Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CJ0260
Judgment of the Court (Fourth Chamber), 11 April 2013.#The Queen, on the application of David Edwards and Lilian Pallikaropoulos v Environment Agency and Others.#Request for a preliminary ruling from the Supreme Court of the United Kingdom.#Environment — Aarhus Convention — Directive 85/337/EEC — Directive 2003/35/EC — Article 10a — Directive 96/61/EC — Article 15a — Access to justice in environmental matters — Meaning of ‘not prohibitively expensive’ judicial proceedings.#Case C‑260/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ April 2013.
The Queen, fuq talba ta’ David Edwards u Lilian Pallikaropoulos vs Environment Agency et.
Talba għal deċiżjoni preliminary, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom.
Ambjent — Konvenzjoni ta’ Århus — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 2003/35/KE — Artikolu 10a — Direttiva 96/61/KE — Artikolu 15a — Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Kunċett ta’ ‘spiża mhux projbittiva’ tal-proċeduri ġudizzjarji.
Kawża C‑260/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ April 2013.
The Queen, fuq talba ta’ David Edwards u Lilian Pallikaropoulos vs Environment Agency et.
Talba għal deċiżjoni preliminary, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom.
Ambjent — Konvenzjoni ta’ Århus — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 2003/35/KE — Artikolu 10a — Direttiva 96/61/KE — Artikolu 15a — Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Kunċett ta’ ‘spiża mhux projbittiva’ tal-proċeduri ġudizzjarji.
Kawża C‑260/11.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2013:221
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
11 ta’ April 2013 ( *1 )
“Ambjent — Konvenzjoni ta’ Århus — Direttiva 85/337/KEE — Direttiva 2003/35/KE — Artikolu 10a — Direttiva 96/61/KE — Artikolu 15a — Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali — Kunċett ta’ ‘spiża mhux projbittiva’ tal-proċeduri ġudizzjarji”
Fil-Kawża C-260/11,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Mejju 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-25 ta’ Mejju 2011, fil-proċedura
The Queen, fuq talba ta’:
David Edwards,
Lilian Pallikaropoulos
vs
Environment Agency,
First Secretary of State,
Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J.-C. Bonichot (Relatur), C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-13 ta’ Settembru 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal L. Pallikaropoulos, minn R. Buxton, solicitor, u D. Wolfe, QC, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Murrell u J. Maurici, bħala aġenti, assistiti minn R. Palmer, barrister, |
— |
għall-Gvern Daniż, minn S. Juul Jørgensen u V. Pasternak Jørgensen, bħala aġenti, |
— |
għall-Irlanda, minn E. Creedon u D. O’Hagan, bħala aġenti, assistiti minn N. Hyland, barrister-at-law, |
— |
għall-Gvern Grieg, minn G. Karipsiades, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Oliver u L. Armati, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-18 ta’ Ottubru 2012,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), u tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 15a tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80), kif emendati bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466, iktar ’il quddiem, id-“Direttiva 85/337” u d-“Direttiva 96/61”, rispettivament). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, D. Edwards u L. Pallikaropoulos u, min-naħa l-oħra, l-Environment Agency, il-First Secretary of State u kif ukoll is-Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs, fir-rigward tal-permess tal-operat mogħti mill-Environment Agency lil fabbrika tas-siment. It-talba tirrigwarda l-konformità mad-dritt tal-Unjoni tad-deċiżjoni tal-House of Lords li tikkundanna lil L. Pallikaropoulos, li l-appell tagħha ġie miċħud bħala infondat, għall-ħlas tal-ispejjeż tal-partijiet avversarji. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
3 |
Skont il-preambolu tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 164M, p. 17, iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Århus”): “[...] Wara li rrikonoxxew li kull persuna għandha d-dritt li tgħix f’ambjent xieraq għas-saħħa u l-benesseri tiegħu jew tagħha u d-dmir, kemm individwali u kemm f’assoċjazzjoni ma’ oħrajn, li tħares u ttejjeb l-ambjent għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, Wara li kkunsidraw li, sabiex ikunu f’pożizzjoni li jasserixxu dan id-dritt u josservaw dan id-dmir, iċ-ċittadini jrid ikollhom aċċess għal informazzjoni, ikunu intitolati li jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u jkollhom aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, filwaqt li jiġi rrikonoxxut f’dan ir-rigward li ċ-ċittadini jista’ jkollhom il-bżonn ta’ assistenza sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, [...] Imħassba li mekkaniżmi ġudizzjarji effettivi għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, inklużi organizzazzjonijiet, sabiex l-interessi leġittimi tiegħu jkunu protetti u l-liġi tiġi infurzata, [traduzzjoni mhux uffiċjali] [...]” |
4 |
L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Århus, taħt it-titolu “Għan”, jipprevedi dan li ġej: “Għal finijiet ta’ kontribuzzjoni għall-ħarsien tad-dritt ta’ kull persuna ta’ ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, li tgħix f’ambjent xieraq sabiex jiżgura s-saħħa u l-benesseri tagħha, kull Parti għandha tiggarantixxi d-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
5 |
L-Artikolu 3 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat “Dispożizzjonijiet ġenerali”, jipprovdi fil-paragrafu 8 tiegħu: “Kull Parti għandha tiżgura li l-persuni li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni ma jiġu bl-ebda mod ippenalizzati, ippersegwitati jew suġġetti għal miżuri vessatorji minħabba l-involviment tagħhom. Din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax is-setgħat tal-qrati nazzjonali li jattribwixxu spejjeż ta’ ammont raġonevoli fil-proċeduri ġudizzjarji.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
6 |
Taħt it-titolu “Aċċess għall-ġustizzja”, l-Artikolu 9 tal-istess konvenzjoni jippreċiża: “[…] 2. Kull Parti għandha tiżgura li, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali tagħha, il-membri tal-pubbliku kkonċernati
jew, diversament,
ikunu jistgħu jaġixxu quddiem qorti u/jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit mil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità, kemm fir-rigward tal-mertu kif ukoll tal-proċedura, ta’ kull deċiżjoni, kull att jew kull ommissjoni koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 u, jekk id-dritt intern jipprevedi dan u mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 iktar ’l isfel, dispożizzjonijiet oħra rilevanti ta’ din il-konvenzjoni. [...] 3. Barra minn hekk, u mingħajr ħsara għal proċeduri ta’ rimedju previsti fil-paragrafi 1 u 2 iktar ’il fuq, kull Parti għandha tiżgura li l-membri tal-pubbliku li jissodisfaw il-kriterji possibbilment previsti mid-dritt intern tagħha jkunu jistgħu jibdew proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jikkontestaw l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-ambjent. 4. Barra minn hekk, u mingħajr ħsara għal-paragrafu 1, il-proċeduri previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 iktar ’il fuq għandhom jipprovdu rimedji suffiċjenti u effettivi, inkluż rimedju permezz ta’ inġunzjoni fejn xieraq, u għandhom ikunu oġġettivi, ekwi u espedjenti mingħajr ma l-ispejjeż tagħhom ikunu projbittivi [...]. 5. Sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkunu iktar effikaċi, kull Parti għandha tiżgura li l-pubbliku jkun informat bil-possibbiltà lilu mogħtija li jibda proċeduri ta’ rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju, u għandha tikkunsidra l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi xierqa ta’ assistenza bil-ħsieb li jiġu eliminati jew imnaqqsa l-ostakli finanzjarji jew ostakli oħra li jfixklu l-aċċess għall-ġustizzja.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Id-dritt tal-Unjoni
7 |
Skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 kif ukoll l-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat:
ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet. Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat [...]. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali. Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva. [...]” |
8 |
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1) ikkodifikat id-Direttiva 85/337. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 jipprevedi dispożizzjonijiet identiċi għal dawk tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337. |
9 |
Id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8), ikkodifikat id-Direttiva 96/61. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2008/1 jipprevedi dispożizzjonijiet identiċi għal dawk tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61. |
Id-dritt tar-Renju Unit
10 |
L-Artikolu 49(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tas-Supreme Court tal-2009 (Supreme Court Rules 2009, SI 2009, Nru 1603) jipprovdi: “L-evalwazzjoni fid-dettall tal-ispejjeż għandha ssir minn żewġ costs officers maħtura mill-President u:
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
11 |
D. Edwards ikkontesta d-deċiżjoni tal-Environment Agency li tawtorizza l-operat ta’ fabbrika tas-siment, inkluż l-inċinerazzjoni tal-iskart, ġewwa Rugby (ir-Renju Unit), fid-dawl tad-dritt tal-ambjent, billi invoka, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-effetti tal-proġett fuq l-ambjent. F’dan il-kuntest, D. Edwards seta’ jibbenefika mill-għajnuna legali. |
12 |
Din l-azzjoni ġiet miċħuda u D. Edwards ippreżenta appell quddiem il-Court of Appeal qabel ma ddeċieda, finalment, li jabbanduna l-kawża fl-aħħar jum tas-smigħ tagħha. |
13 |
Fuq talba tagħha, L. Pallikaropoulos ġiet aċċettata bħala intervenjenti fil-kwalità ta’ appellanti għall-kumplament tal-proċedura. Hija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tibbenefika mill-għajnuna legali, iżda l-Court of Appeal aċċettat li tillimita l-obbligi tagħha fir-rigward tal-ispejjeż għal GBP 2 000. |
14 |
Il-Court of Appeal ċaħdet l-appell ta’ L. Pallikaropoulos u kkundannatha għall-ħlas tal-ispejjeż tagħha u tal-ispejjeż, hekk limitati, tal-partijiet avversarji. |
15 |
L. Pallikaropoulos appellat quddiem il-House of Lords fejn talbet li ma tkunx marbuta li tipprovdi l-garanzija għal spejjeż prevedibbli fl-ammont ta’ GBP 25 000 li ġiet mitluba lilha minn din il-qorti. Din it-talba ġiet miċħuda. |
16 |
L. Pallikaropoulos talbet ukoll il-benefiċċju ta’ miżura ta’ protezzjoni fir-rigward tal-ispejjeż (“protective costs order”) bil-għan li r-responsabbiltà tagħha għall-ispejjeż tkun limitata fil-każ li l-appell tagħha ma jintlaqax. Din it-talba ġiet miċħuda. |
17 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ April 2008, il-House of Lords ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Court of Appeal li tiċħad l-appell u, fit-18 ta’ Lulju sussegwenti, ikkundannat lil L. Pallikaropoulos sabiex tħallas lill-appellati l-ispejjeż tal-appell li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet, l-ammont tagħhom kellu jiġi stabbilit mill-Clerk of the Parliaments. L-appellati ppreżentaw żewġ taxxi tal-ispejjeż ta’ GBP 55 810 u ta’ GBP 32 290 bħala spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati. |
18 |
Il-kompetenza tal-House of Lords ġiet ittrasferita lis-Supreme Court of the United Kingdom, ikkostitwita mill-ġdid fl-1 ta’ Ottubru 2009. B’mod konformi mar-Regoli ta’ Proċedara tas-Supreme Court tal-2009, l-evalwazzjoni fid-dettall tal-ispejjeż saret minn żewġ “costs officers” maħtura mill-President ta’ dik il-qorti. F’dan il-kuntest, L. Pallikaropoulos invokat id-Direttivi 85/337 u 96/61 sabiex tikkontesta l-kundanna tagħha għall-ispejjeż. |
19 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 2009, il-“costs officers” qiesu li, bħala prinċipju, huma kienu kompetenti sabiex jevalwaw il-mertu ta’ dan l-argument. |
20 |
L-appellati fil-kawża prinċipali fl-istanza tal-ispejjeż ippreżentaw appell minn din id-deċiżjoni quddiem imħallef uniku tas-Supreme Court of the United Kingdom, li pemezz tiegħu huma talbu li l-kawża tintbagħat quddiem kulleġġ ta’ ħames imħallfin, kif finalment ġie deċiż li jsir. |
21 |
Dan il-kulleġġ ippronunzja ruħu fil-15 ta’ Diċembru 2010. Huwa qies li l-“costs officers” kellhom iwettqu biss il-kompetenzi mogħtija lilhom mir-Regoli ta’ Proċedura tas-Supreme Court tal-2009 u, konsegwentement, kellhom jillimitaw ruħhom għall-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż. Skont dan il-kulleġġ, il-kwistjoni dwar jekk il-proċedura segwita tippreżentax spiża projbittiva fis-sens tad-Direttivi 85/337 u 96/61 taqa’ biss taħt il-kompetenza tal-qorti adita fil-mertu tal-kawża li tista’ tiddeċiedi in limine litis, meta tevalwa t-talba għal miżura ta’ protezzjoni fir-rigward tal-ispejjeż, jew inkella flimkien mad-deċiżjoni tagħha fil-mertu. |
22 |
Dan l-istess kulleġġ iqis ukoll li l-kwistjoni ta’ jekk il-kundanna ta’ L. Pallikaropoulos għall-ħlas tal-ispejjeż tal-appellati tmurx kontra dawn id-direttivi ma ġietx eżaminata mill-House of Lords fl-ambitu tal-eżami tat-talba tagħha għal miżura ta’ protezzjoni fir-rigward tal-ispejjeż. |
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supreme Court of the United Kingdom iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
24 |
Permezz tad-diversi domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża, minn naħa, is-sens tar-rekwiżit previst fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif ukoll fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61, li l-proċeduri ġudizzjarji previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux jinvolvu spiża projbittiva, u, min-naħa l-oħra, il-kriterji ta’ evalwazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit li jistgħu jiġu applikati minn qorti nazzjonali meta din tiddeċiedi fuq l-ispejjeż kif ukoll il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri sabiex jiddefinixxu dawn il-kriterji fid-dritt intern. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni, mill-qorti nazzjonali, tal-eventwali natura projbittiva tal-ispiża tal-proċedura, il-qorti tar-rinviju titlob ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tippreċiża jekk il-qorti għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-parti li tista’ tiġi kkundannata għall-ispejjeż ma tkunx fil-fatt ġiet skoraġġita milli tressaq jew tkompli bl-azzjoni tagħha u jekk, barra minn hekk, l-analiżi tagħha tistax tkun differenti skont jekk hija tkunx qiegħda tiddeċiedi fi tmiem ta’ proċedura fl-ewwel istanza, fi tmiem ta’ appell jew fi tmiem ta’ appell ulterjuri. |
Fuq il-kunċett ta’ “spiża mhux projbittiva” fis-sens tad-Direttivi 85/337 u 96/61
25 |
Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, għandu qabelxejn jitfakkar li r-rekwiżit li l-proċeduri ġudizzjarji ma jkunux jinvolvu spiża projbittiva, previst fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 u fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61, ma jipprekludix lill-qrati nazzjonali milli jippronunzjaw kundanna għall-ispejjeż (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-427/07, Ġabra p. I-6277, punt 92). |
26 |
Dan joħroġ b’mod espliċitu mill-Konvenzjoni ta’ Åarhus li magħha l-liġijiet tal-Unjoni għandhom ikunu “allineati kif jixraq”, kif jirriżulta mill-premessa 5 tad-Direttiva 2003/35 li emendat id-Direttivi 85/337 u 96/61, peress li l-Artikolu 3(8) ta’ din il-konvenzjoni jispeċifika li s-setgħa tal-qrati nazzjonali li jattribwixxi l-ispejjeż, f’ammont raġonevoli, fi tmiem ta’ proċedura ġudizzjarja, ma hija bl-ebda mod ippreġudikata. |
27 |
Isegwi li għandu jiġi enfasizzat li r-rekwiżit li l-ispejjeż ta’ proċedura ma jkunux projbittivi jirrigwarda l-assjem tal-ispejjeż finanzjarji kkawżati mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ġudizzjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 92). |
28 |
Għalhekk, in-natura projbittiva għandha tiġi evalwata globalment billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha sostnuti mill-parti kkonċernata. |
29 |
Barra minn hekk, kemm mir-rekwiżiti tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit is-sens u l-portata tagħha għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi stabbilita fid-dawl tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u tal-għan imfittex (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-14 ta’ Frar 2012, Flachglas Torgau, C-204/09, punt 37). |
30 |
Minn dan jirriżulta li minkejja li la l-Konvenzjoni ta’ Åarhus, li l-Artikolu 9(4) tagħha jipprovdi li l-proċeduri previsti fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu ma għandhomx jinvolvu spiża projbittiva, u lanqas id-Direttivi 85/337 u 96/61 ma jispeċifikaw il-mod li bih l-ispiża ta’ proċedura ġudizzjarja għandha tiġi evalwata sabiex jiġi kkonstatat jekk din għandhiex titqies li hija projbittiva, din l-evalwazzjoni ma tistax taqa’ biss taħt id-dritt nazzjonali. |
31 |
Kif huwa speċifikat b’mod espliċitu fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 u fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61, l-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni huwa dak li jagħti lill-pubbliku kkonċernat “aċċess għall-ġustizzja” wiesa’. |
32 |
Dan l-għan jifforma parti, b’mod iktar ġenerali, mir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jippriserva, jipproteġi u jtejjeb il-kwalità tal-ambjent u li jagħti lill-pubbliku rwol attiv għal dan il-għan. |
33 |
Barra minn hekk, ir-rekwiżit tal-“ispiża mhux projbittiva” jikkontribwixxi, fil-qasam tal-ambjent, għall-osservanza tad-dritt għal rimedju effettiv, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-prinċipju ta’ effettività li jipprovdi li l-modalitajiet proċedurali ta’ azzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li l-individwi għandhom bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni ma għandhomx jirrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ta’ drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2011, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C-240/09, Ġabra p. I-1255, punt 48). |
34 |
Fl-aħħar nett, anki jekk id-dokument ippubblikat fis-sena 2000 mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, intitolat “Il-Konvenzjoni ta’ Åarhus, gwida ta’ applikazzjoni”, ma jistax jagħti interpretazzjoni vinkolanti ta’ din il-konvenzjoni, jista’ jiġi rrilevat li dan jispeċifika li l-ispiża ta’ proċedura ta’ rimedju taħt il-konvenzjoni jew sabiex jiġi applikat id-dritt nazzjonali tal-ambjent ma tistax tkun tant għolja li l-membri tal-pubbliku jkunu preklużi milli jressqu azzjoni meta dawn iqisu tali azzjoni neċessarja. |
35 |
Mill-premess jirriżulta li r-rekwiżit li l-proċedura ġudizzjarja ma għandhiex tinvolvi spiża projbittiva, previst fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 u fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61, jimplika li l-persuni hemm previsti ma jkunux preklużi milli jressqu jew ikomplu b’azzjoni ġudizzjarja li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli minħabba l-ispiża finanzjarja li tista’ tirriżulta minnha. Meta qorti nazzjonali tintalab tippronunzja ruħha fuq il-kundanna għall-ispejjeż ta’ parti li tkun tilfet il-kawża, bħala rikorrenti jew appellanti, f’tilwima ambjentali jew, b’mod iktar ġenerali, meta hija tkun meħtieġa, bħalma jistgħu jkunu meħtieġa l-qrati tar-Renju Unit, tieħu pożizzjoni, fi stadju bikri tal-proċedura, fuq eventwali limitazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jiġu attribwiti lill-parti li titlef il-kawża, hija għandha tiżgura ruħha mill-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit billi tieħu inkunsiderazzjoni kemm l-interess tal-persuna li tixtieq tiddefendi d-drittijiet tagħha kif ukoll l-interess ġenerali marbut mal-ħarsien tal-ambjent. |
–Fuq il-kriterji rilevanti ta’ evalwazzjoni tar-rekwiżit ta’ “spiża mhux projbittiva”
36 |
Kif ġie speċifikat fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, is-Supreme Court of the United Kindom tixtieq tistabbilixxi l-kriterji ta’ evalwazzjoni li l-qorti nazzjonali għandha tapplika sabiex tiżgura l-osservanza tar-rekwiżit, meta hija tiddeċiedi fuq l-ispejjeż, li l-ispejjeż tal-proċedura ma jkunux f’ammont projbittiv. Hija tistaqsi b’mod partikolari jekk din l-evalwazzjoni għandhiex tkun ta’ natura oġġettiva jew, għall-kuntrarju, suġġettiva, kif ukoll sa fejn għandu jittieħed inkunsiderazzjoni d-dritt nazzjonali. |
37 |
Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fin-nuqqas ta’ preċiżjoni tad-dritt tal-Unjoni, huma l-Istati Membri li, fit-traspożizzjoni ta’ direttiva, għandhom jiżguraw l-effett sħiħ tagħha, u dan filwaqt li jżommu marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla tal-metodi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2006, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-216/05, Ġabra p. I-10787, punt 26). |
38 |
Minn dan jirriżulta li, fir-rigward tal-metodi li jistgħu jwasslu għall-għan li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva mingħajr spiża eċċessiva fil-qasam tad-dritt tal-ambjent, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet kollha rilevanti tad-dritt nazzjonali u, b’mod partikolari, ta’ sistema nazzjonali ta’ għajnuna legali kif ukoll ta’ sistema għall-protezzjoni tal-ispejjeż, bħalma hija dik prevista fil-punt 16 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi sinjifikattivi li hemm bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali f’dan il-qasam. |
39 |
Barra minn hekk, kif ġie indikat qabel, il-qorti nazzjonali li tkun ġiet mitluba li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż għandha tiżgura ruħha mill-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit billi tieħu inkunsiderazzjoni kemm l-interess tal-persuna li tixtieq tiddefendi d-drittijiet tagħha kif ukoll l-interess ġenerali marbut mal-ħarsien tal-ambjent. |
40 |
Għalhekk, din l-evalwazzjoni ma tistax tinvolvi biss is-sitwazzjoni ekonomika tal-parti kkonċernata, iżda għandha wkoll tkun ibbażata fuq analiżi oġġettiva tal-ammont tal-ispejjeż, u dan b’mod partikolari minħabba li, kif ġie speċifikat fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, l-individwi u l-assoċjazzjonijiet huma naturalment mitluba jassumu rwol attiv fid-difiża tal-ambjent. F’dawn il-parametri, l-ispiża ta’ proċedura ma għandhiex tidher, f’ċerti każijiet, bħala li hija oġġettivament irraġonevoli. Għaldaqstant, l-ispiża ta’ proċedura la għandha tisboq il-kapaċitajiet finanzjarji tal-parti kkonċernata u lanqas, fi kwalunkwe każ, ma għandha tidher li hija oġġettivament irraġonevoli. |
41 |
Fir-rigward tal-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-parti kkonċernata, l-evalwazzjoni li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel ma tistax tkun ibbażata biss fuq il-kapaċitajiet finanzjarji ta’ rikorrent “medju”, peress li tali informazzjoni jista’ jkollha biss konnessjoni limitata mas-sitwazzjoni tal-parti kkonċernata. |
42 |
Barra minn hekk, il-qorti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-partijiet inkwistjoni, il-possibbiltajiet raġonevoli ta’ suċċess tal-parti li tagħmel it-talba, l-importanza tal-interessi involuti ta’ din il-parti u tal-ħarsien tal-ambjent, il-kumplessità tad-dritt u tal-proċedura applikabbli u kif ukoll in-natura possibbilment awdaċi tal-azzjoni fid-diversi stadji tagħha (ara, bħala analoġija, is-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2010, DEB, C-279/09, Ġabra p. I-13849, punt 61). |
43 |
Hemm lok li jiġi speċifikat ukoll li l-fatt, imressaq mis-Supreme Court of the United Kingdom, li l-parti kkonċernata ma kinitx skoraġġita milli teżerċita, fil-fatt, l-azzjoni tagħha, ma huwiex suffiċjenti fih innifsu sabiex jiġi kkunsidrat li l-proċedura ma tiġix tiswiha spiża projbittiva fis-sens, hawn fuq ippreċiżat, tad-direttivi 85/337 u 96/61. |
44 |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk l-evalwazzjoni tal-assenza ta’ spiża projbittiva għandhiex tkun differenti skont jekk il-qorti nazzjonali tkunx qiegħda tiddeċiedi fuq l-ispejjeż fi tmiem ta’ proċedura fl-ewwel istanza, fi tmiem ta’ appell jew fi tmiem ta’ appell ulterjuri, imqajma wkoll mill-qorti tar-rinviju, apparti l-fatt li din id-distinzjoni ma hijiex prevista fid-Direttivi 85/337 u 96/61, interpretazzjoni bħal din ma tkunx ta’ natura li tirrispetta b’mod sħiħ l-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni, li huwa dak li jiżgura aċċess wiesa’ għall-ġustizzja u li jikkontribwixxi għat-titjib tal-ħarsien tal-ambjent. |
45 |
Ir-rekwiżit dwar l-assenza ta’ spiża projbittiva tal-proċedura ġudizzjarja ma jistax, għalhekk, jiġi evalwat b’mod differenti minn qorti nazzjonali skont jekk din tkunx qiegħda tiddeċiedi fi tmiem ta’ proċedura fl-ewwel istanza, fi tmiem ta’ appell jew fi tmiem ta’ appell ulterjuri. |
46 |
Għalhekk, hemm lok li jiġi kkunsidrat li meta l-qorti nazzjonali tintalab sabiex tippronunzja ruħha, fl-ambitu tal-evalwazzjoni msemmija fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, fuq in-natura projbittiva, għall-parti kkonċernata, tal-ispiża ta’ proċedura ġudizzjarja fil-kuntest ta’ kwistjonijiet ambjentali, hija ma tistax tibbaża ruħha biss fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-parti kkonċernata, iżda għandha wkoll tagħmel analiżi oġġettiva tal-ammont tal-ispejjeż. Barra minn hekk, hija tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-partijiet inkwistjoni, il-possibbiltajiet raġonevoli ta’ suċċess tal-parti li tagħmel it-talba, l-importanza tal-interessi involuti ta’ din il-parti u tal-ħarsien tal-ambjent, il-kumplessità tad-dritt u tal-proċedura applikabbli, in-natura possibbilment awdaċi tal-azzjoni fid-diversi stadji tagħha u kif ukoll l-eżistenza ta’ sistema nazzjonali ta’ għajnuna legali jew ta’ sistema ta’ protezzjoni fir-rigward tal-ispejjeż. |
47 |
Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-parti kkonċernata ma kinitx skoraġġita, fil-fatt, milli teżerċita l-azzjoni tagħha ma huwiex suffiċjenti fih innifsu sabiex jiġi kkunsidrat li l-ispiża tal-proċedura ma għandhiex għal din il-parti tali natura projbittiva. |
48 |
Fl-aħħar nett, din l-evalwazzjoni ma tistax issir bl-applikazzjoni ta’ kriterji differenti skont jekk din issirx fi tmiem ta’ proċedura fl-ewwel istanza, fi tmiem ta’ appell jew fi tmiem ta’ appell ulterjuri. |
Fuq l-ispejjeż
49 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
Ir-rekwiżit li l-proċedura ġudizzjarja ma tistax tinvolvi spiża projbittiva, previst fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent u fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 15a tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, kif emendati bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, jimplika li l-persuni hemm previsti ma jkunux preklużi milli jressqu jew ikomplu b’azzjoni ġudizzjarja li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli minħabba l-ispiża finanzjarja li tista’ tirriżulta minnha. Meta qorti nazzjonali tintalab tippronunzja ruħha fuq il-kundanna għall-ispejjeż ta’ parti li tkun tilfet il-kawża, bħala rikorrenti jew appellanti, f’tilwima ambjentali jew, b’mod iktar ġenerali, meta hija tkun meħtieġa, bħalma jistgħu jkunu meħtieġa l-qrati tar-Renju Unit, tieħu pożizzjoni, fi stadju bikri tal-proċedura, fuq eventwali limitazzjoni tal-ispejjeż li jistgħu jiġu attribwiti lill-parti li titlef il-kawża, hija għandha tiżgura ruħha mill-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit billi tieħu inkunsiderazzjoni kemm l-interess tal-persuna li tixtieq tiddefendi d-drittijiet tagħha kif ukoll l-interess ġenerali marbut mal-ħarsien tal-ambjent. |
Fl-ambitu ta’ din l-evalwazzjoni, il-qorti nazzjonali ma tistax tibbaża ruħha biss fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-parti kkonċernata, iżda għandha wkoll tagħmel analiżi oġġettiva tal-ammont tal-ispejjeż. Barra minn hekk, hija tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-partijiet inkwistjoni, il-possibbiltajiet raġonevoli ta’ suċċess tal-parti li tagħmel it-talba, l-importanza tal-interessi involuti ta’ din il-parti u tal-ħarsien tal-ambjent, il-kumplessità tad-dritt u tal-proċedura applikabbli, in-natura possibbilment awdaċi tal-azzjoni fid-diversi stadji tagħha u kif ukoll l-eżistenza ta’ sistema nazzjonali ta’ għajnuna legali jew ta’ sistema ta’ protezzjoni fir-rigward tal-ispejjeż. |
Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-parti kkonċernata ma kinitx skoraġġita, fil-fatt, milli teżerċita l-azzjoni tagħha ma huwiex suffiċjenti fih innifsu sabiex jiġi kkunsidrat li l-ispiża tal-proċedura ma għandhiex għal din il-parti tali natura projbittiva. |
Fl-aħħar nett, din l-evalwazzjoni ma tistax issir bl-applikazzjoni ta’ kriterji differenti skont jekk din issirx fi tmiem ta’ proċedura fl-ewwel istanza, fi tmiem ta’ appell jew fi tmiem ta’ appell ulterjuri. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.