Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62011CO0421

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tas-7 ta' Frar 2012.
    Total SA u Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-metakrilati - Kunċett ta''impriża' - Preżunzjoni ta' influwenza determinanti - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Estensjoni tal-awtorità ta' res judicata - Fattur multiplikatur għal effett dissważiv - Indiviżibbilta' tal-multa - Ġurisdizzjoni sħiħa.
    Kawża C-421/11 P.

    Rapporti tal-qorti - ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati”

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:60





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Frar 2012 — Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-421/11 P)

    “Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-metakrilati — Kunċett ta’ ‘impriża’ — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Estensjoni tal-awtorità ta’ res judicata — Fattur multiplikatur għal effett dissważiv — Indiviżibbiltà tal-multa — Ġurisdizzjoni sħiħa”

    1.                     Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112 (1)(c)) (ara l-punti 17, 31, 69-71)

    2.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 25, 28, 30, 33, 38, 46-50, 62)

    3.                     Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punti 41 u 42)

    4.                     Appell — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont ta’ multa imposta fuq impriża — Esklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punt 87)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T‑206/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 2098 finali, tal-31 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

    Fuq