Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62011CO0495

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012.
    Total SA u Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni.
    Kawża C‑495/11 P.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:571





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 — Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-495/11 P)

    “Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni”

    1.                     Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 14, 29, 72, 84)

    2.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikolu 101 TFUE) (ara l-punti 26, 28, 31, 36, 42, 57)

    3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li tikkonċerna diversi destinatarji — Imputazzjoni tal-prattiki ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Neċessità ta’ motivazzjoni espliċita (Artikolu 101 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 48, 49, 51)

    4.                     Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 52)

    5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punt 80)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tal-14 ta’ Lulju 2011, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-190/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Total SA u Elf Aquitaine SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

    Fuq