EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62011CJ0096

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta' Settembru 2012.
August Storck KG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta' ġurdien taċ-ċikkulata.
Kawża C-96/11 P.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:537





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Storck vs UASI

(Kawża C-96/11 P)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali li hija kkostitwita mill-forma tal-prodott — Trade mark tridimensjonali li tinkorpora element figurattiv — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu Nru 7(1)(b)) (ara l-punti 33-35, 38-39)

2.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament — Kundizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punti 74, 80)

3.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — Għan (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punti 86, 88)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010, Storck vs L-UASI (T-13/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 30 — Karattru distintiv tat-trade mark.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

Fuq