Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62010CJ0485

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija favur Ellinika Nafpigeia AE — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Irkupru — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni.
    Kawża C‑485/10.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:395





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

    (Kawża C-485/10)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija favur Ellinika Nafpigeia AE — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Irkupru — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni”

    1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Obbligu — Dmir ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 27, 36)

    2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Kundizzjonijiet — Implementazzjoni ta’ proċedura li tiżgura eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 108(2) TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(3)) (ara l-punti 28, 29)

    3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat — Obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija — Terminu ta’ referenza — Terminu ffissat fid-deċiżjoni li ma ġietx eżegwita jew sussegwentement mill-Kummissjoni (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 30, 31)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-Greċja favur it-tarznari Elleniċi (innotifikata bid-dokument numru C (2008) 3118) (ĠU L 225, p. 104).

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex timplementa d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-Greċja favur it-tarznari Elleniċi, u, billi ma ppreżentatx lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 19 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11 sa 19 ta’ din id-deċiżjoni.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Fuq