Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CO0307
Order of the Court (Fifth Chamber) of 26 April 2012. # Deichmann SE v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM). # Appeal - Community trade mark - Regulation (EC) No 40/94 - Article 7(1)(b) - Absolute ground for refusal - Lack of distinctive character - Figurative sign representing a chevron edged with dotted lines. # Case C-307/11 P.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-26 ta' April 2012.
Deichmann SE vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta' V b'bordura bit-tikek.
Kawża C-307/11 P.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-26 ta' April 2012.
Deichmann SE vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta' V b'bordura bit-tikek.
Kawża C-307/11 P.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:254
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Deichmann vs UASI
(Kawża C‑307/11 P)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(b) — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 46-48)
2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 58)
3. Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (ara l-punt 65)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Deichmann SE vs UASI (T‑202/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 10 u 25 — Karattru distintiv tat-trade mark. |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż. |