Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CJ0001
Judgment of the Court (Fourth Chamber), 29 March 2012.#Interseroh Scrap and Metals Trading GmbH v Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM).#Reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Mainz.#Environment — Regulation (EC) No 1013/2006 — Article 18(1) and (4) — Shipments of certain waste — Article 3(2) — Mandatory information — Identity of waste producers — Information not provided by the intermediary dealer — Protection of business secrets.#Case C-1/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012.
Interseroh Scrap and Metals Trading GmbH vs Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM).
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Mainz.
Ambjent — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Artikolu 18(1) u (4) — Vjeġġi ta’ ċertu skart — Artikolu 3(2) — Informazzjoni obbligatorja — Identità tal-produttur tal-iskart — Nuqqas ta’ indikazzjoni min-negozjant intermedjarju — Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali.
Kawża C-1/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012.
Interseroh Scrap and Metals Trading GmbH vs Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM).
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Mainz.
Ambjent — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Artikolu 18(1) u (4) — Vjeġġi ta’ ċertu skart — Artikolu 3(2) — Informazzjoni obbligatorja — Identità tal-produttur tal-iskart — Nuqqas ta’ indikazzjoni min-negozjant intermedjarju — Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali.
Kawża C-1/11.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:194
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
29 ta’ Marzu 2012 ( *1 )
“Ambjent — Regolament (KE) Nru 1013/2006 — Artikolu 18(1) u (4) — Vjeġġi ta’ ċertu skart — Artikolu 3(2) — Informazzjoni obbligatorja — Identità tal-produttur tal-iskart — Nuqqas ta’ indikazzjoni min-negozjant intermedjarju — Protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali”
Fil-Kawża C-1/11,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Mainz (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Novembru 2010, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-3 ta’ Jannar 2011, fil-proċedura
Interseroh Scrap and Metals Trading GmbH
vs
Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Prechal, K. Schiemann (Relatur), L. Bay Larsen u C. Toader, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-26 ta’ Ottubru 2011,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Interseroh Scrap and Metals Trading GmbH, minn A. Oexle, avukat, |
— |
għal Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM), minn C. v. der Lühe, avukat, |
— |
għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u T. Materne, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Portugiż, minn L. Fernandes u M. João Lois, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wilms u A. Marghelis, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-8 ta’ Diċembru 2011,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2009, tal-15 ta’ April 2009 (ĠU L 97, p. 8, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1013/2006”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn Interseroh Scrap and Metals Trading GmbH (iktar ’il quddiem “Interseroh”), speċjalizzata fil-kummerċ ta’ skart ta’ ħadid u ta’ metall, kontra Sonderabfall-Management-Gesellschaft Rheinland-Pfalz mbH (SAM) (iktar ’il quddiem “SAM”), inkarigata mil-Land ta’ Rheinland Pfalz, b’mod partikolari mis-sorveljanza ta’ flussi ta’ skart speċjali f’din il-Land, dwar indikazzjonijiet li għandhom jingħataw fid-dokument li jinsab fl-Anness VII tar-Regolament Nru 1013/2006 (iktar ’il quddiem id-“dokument ta’ vjeġġ”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Il-premessa 7 tar-Regolament Nru 1013/2006 tfakkar li huwa importanti li jiġu organizzati u rregolati s-sorveljanza u l-kontroll ta’ vjeġġ ta’ skart b’mod li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu ppreżervati, protetti u mtejba l-kwalità tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u b’mod li tiġi promossa applikazzjoni iktar uniformi tal-imsemmi regolament fl-Unjoni Ewropea kollha. |
4 |
Skont il-premessa 15 tar-Regolament Nru 1013/2006, għandu jiġi żgurat livell minimu ta’ sorveljanza u kontroll għal dak li jikkonċerna l-vjeġġ ta’ skart elenkati fl-Annessi III, III A jew III B ta’ dan ir-regolament u intiżi sabiex jiġu rkuprati, billi jinħtieġ li tali vjeġġi jkunu akkumpanjati minn ċerta informazzjoni. |
5 |
Skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, dan tal-aħħar jistabbilixxi l-proċeduri u s-sistemi ta’ kontroll għall-vjeġġi tal-iskart, skont l-oriġini, id-destinazzjoni u r-rotta tal-vjeġġ, it-tip ta’ skart ittrasportat u t-tip ta’ trattament li għandu jiġi applikat fuq l-iskart fid-destinazzjoni tiegħu. |
6 |
Mill-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 1013/2006 jirriżulta li l-vjeġġi tal-iskart intiżi għall-irkupru elenkati fl-Anness III jew III B ta’ dan ir-regolament għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ġenerali ta’ informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament, jekk il-kwantità tal-iskart ittrasportat tkun ikbar minn 20 kilogrammi. |
7 |
L-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006 jinkludi, taħt is-sub-titolu “Skart elenkat bħala “Aħdar”), b’mod partikolari l-iskart elenkat fl-Anness IX tal-Konvenzjoni dwar il-kontroll tal-movimenti li jaqsmu l-fruntieri tal-iskart ta’ riskju u d-disponiment minnhom, li ġiet iffirmata f’Basel fit-22 ta’ Marzu 1989, u approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE, tal-1 ta’ Frar 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 18, p. 304, iktar ’il qudiem il-“Konvenzjoni ta’ Basel”). |
8 |
L-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel jispeċifika li l-iskart li jinsab f’dan l-anness bħala prinċipju ma huwiex kopert mill-Artikolu 1(1)(a) ta’ din il-konvenzjoni, u għaldaqstant ma jitqiesx bħala prinċipju bħala “skart perikoluż” skont l-imsemmija konvenzjoni. |
9 |
Taħt il-Kodiċi B 1010, fl-imsemmi Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel il-“Metall u skart ta’ liga tal-metall f’forma metallika, mhux dispersibbli”, b’mod partikolari ruttam tal-ħadid u tal-azzar, tal-krom, tar-ram, tan-nikel, tal-aluminju, taż-żingu u tal-landa. |
10 |
L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006, bit-titolu “Ċerta informazzjoni rekwiżita ma’ l-iskart”, jipprovdi li: “1. Dak l-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) u (4) li huwa previst se jiġi trasportat għandu jkun suġġett għar-rekwiżiti proċedurali li ġejjin:
2. Il-kuntratt imsemmi fl-Anness VII bejn il-persuna li torganizza il-vjeġġ u d-destinatarju għall-irkupru ta’ l-iskart għandu jkun effettiv meta jibda l-vjeġġ u għandu jinkludi l-obbligu, fejn il-vjeġġ ta’ l-iskart jew l-irkupru tiegħu ma jistax jitkompla kif maħsub jew fejn dan ikun sar bħala vjeġġ illegali, tal-persuna li organizzat il-vjeġġ jew, fejn dik il-persuna mhijiex f’pożizzjoni li tkompli l-vjeġġ ta’ l-iskart jew l-irkupru tiegħu (per eżempju hija falluta), tad-destinatarju, li:
Il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju għandhom jipprovdu kopja tal-kuntratt fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti konċernata. 3. Għall-finijiet ta’ spezzjoni, infurzar, ippjanar u statistika, l-Istati Membri jistgħu, skond il-liġi nazzjonali, jitolbu l-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 dwar vjeġġi koperti minn dan l-Artikolu. 4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trattata bħala konfidenzjali fejn dan ikun meħtieġ mil-liġi tal-Komunità u nazzjonali.” |
11 |
L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1013/2006 jimponi b’mod partikolari lill-organizzatur u lid-destinatarju tal-vjeġġ li jżommu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) tal-imsemmi regolament għal tal-inqas tliet snin mid-data tal-bidu tal-vjeġġ. |
12 |
Id-dokument tal-vjeġġ li jinsab fl-Anness VII tar-Regolament Nru 1013/2006 huwa kif ġej:
|
Id-dritt nazzjonali
13 |
Skont l-informazzjoni mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Verwaltungsgericht Mainz, il-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland, iktar ’il quddiem il-“Liġi fundamentali”) tiggarantixxi l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tagħha, dwar l-eżerċizzju liberu ta’ attività professjonali, u l-Artikolu 14 tagħha, dwar id-dritt ta’ proprjetà. Skont il-ġurisprudenza tal-Bundesverfassungsgericht (il-Qorti Kostituzzjonali) is-sorsi ta’ provvista ta’ impriża jikkostitwixxu barra minn hekk sigrieti kummerċjali li jaqgħu taħt il-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet fundamentali. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
14 |
Interseroh hija sussidjarja tal-kumpannija Interseroh SE, waħda mill-impriżi l-iktar importanti tal-Ewropa li tispeċjalizza fil-ġbir, fl-ipproċessar u fil-kummerċ ta’ materja prima sekondarja, jiġifieri r-ruttam tal-metall, l-iskart tal-karti, l-iskart tal-plastik u l-iskart tal-injam. Interseroh SE timpjega madwar 2 000 impjegat f’madwar mitt sit imxerda fi tlettax-il pajjiż. |
15 |
Interseroh tiżgura, bħala negozjant, il-kunsinna tal-kwantità kollha ordnata ta’ skart tal-metall ta’ diversi kwalitajiet lill-klijenti tagħha, li huma fabbriki tal-azzar, funderiji u fabbriki tal-metall. |
16 |
F’dan il-kuntest, Interseroh teżerċita l-attivitajiet tagħha esklużivament bħala “negozjant intermedjarju” (“Streckenhändlerin”). Il-karatteristika ta’ din il-forma partikolari ta’ negozju hija li n-negozjant jixtri l-merkanzija mingħand il-produttur jew mingħand il-kollettur u jbigħha mingħajr ma huwa stess ma jieħu pussess fiżiku tal-merkanzija. Relazzjonijiet kuntrattwali huma stabbiliti biss bejn, minn naħa, in-negozjant u l-produttur u, min-naħa l-oħra, in-negozjant u d-destinatarju. |
17 |
It-tipi ta’ metalli nnegozjati minn Interseroh huma kkunsidrati bħala “skart” li jaqa’ taħt il-Kodiċi B 1010 tal-Konvenzjoni ta’ Basel li jinsab fl-Anness IX ta’ din il-konvenzjoni, u konsegwentement fil-lista “aħdar [ħadra]” tal-iskart elenkat fl-Anness III tar-Regolament Nru 1013/2006. Il-vjeġġ transkonfinali tagħhom kien, konsegwentement, suġġett għal rekwiżiti ta’ informazzjoni previsti fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament. |
18 |
Skont SAM, il-persuna li torganizza l-vjeġġ, f’dan il-każ Interseroh, hija meħtieġa, skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 1013/2006 tiżgura li l-iskart ikun akkumpanjat mid-dokument ta’ vjeġġ matul il-vjeġġ tiegħu. Skont l-Artikoli 18(1)(b) u 20(2) tar-Regolament Nru 1013/2006, l-imsemmi dokument għandu jkun iffirmat u miżmum għal tal-inqas tliet snin mid-destinatarju tal-kunsinna. |
19 |
Konsegwenza prattika ta’ din l-interpretazzjoni hija li negozjant fis-sitwazzjoni ta’ Interseroh huwa obbligat, fid-dawl tad-dettalji li għandhom jiġu pprovduti fit-Taqsima 6 ta’ dan id-dokument, li jiżvela lill-klijenti tiegħu s-sorsi tiegħu ta’ provvista, u konsegwentement l-imsemmija klijenti għandhom il-possibbiltà li jikkuntattjaw direttament lill-produttur jew lill-kollettur tal-iskart, u li ma jużawx is-servizzi tan-negozjant intermedjarju meta jikkonkludu l-kuntratti sussegwenti. |
20 |
Interseroh tqis li l-obbligu li tiżvela lill-klijenti tagħha s-sorsi ta’ provvista tagħha jikser id-dritt tagħha għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħha u jostakola b’mod serju l-eżerċizzju tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha ta’ negozjant intermedjarju. Barra minn hekk, dan l-obbligu jikkawżalha dannu patrimonjali peress li l-informazzjoni li tikkonċerna s-sorsi ta’ provvista tagħha tikkostitwixxi parti sostanzjali mill-konoxxenza tan-negozju tagħha u mill-valur tal-impriża tagħha. Fl-aħħar nett, Interseroh diġà tilfet numru ta’ klijenti minħabba l-obbligu li tiżvela s-sorsi ta’ provvista tagħha. |
21 |
Minħabba f’hekk, Interseroh iddeċidiet li tindika lilha nnifisha bħala l-produttur jew il-kollettur fit-Taqsima 6 tad-dokument ta’ vjeġġ, jew li ma timliex din il-parti, u għamlet dan fil-kuntest ta’ diversi vjeġġi tal-iskart. Peress li, l-identità tal-produttur jew tal-kollettur reali kienet tirriżulta mid-dokumenti ta’ kunsinna u tal-użin li għandhom ukoll jakkumpanjaw il-vjeġġ ta’ skart u li għandhom jiġu ppreżentati fil-każ ta’ kontroll, proċeduri ta’ kontravenzjoni nbdew kontra l-amministratur ta’ Interseroh minħabba d-differenza manifesta bejn, minn naħa, id-dokumenti ta’ kunsinna u tal-użin u, min-naħa l-oħra, it-Taqsima 6 tad-dokument ta’ vjeġġ. |
22 |
Dan kien il-każ, b’mod partikolari, waqt kontroll ta’ vettura fuq l-awtostrada A3 qrib Montabaur, fis-7 ta’ Mejju 2009. B’deċiżjoni tal-5 ta’ Awwissu 2009, SAM imponiet, għaldaqstant, fuq l-amministratur ta’ Interseroh multa ta’ EUR 150. Wara lment kontra din id-deċiżjoni, il-proċeduri huma attwalment pendenti quddiem l-iStaatsanwaltschaft Mainz (Ministeru Pubbliku ta’ Mainz). |
23 |
Konsegwentement, fit-18 ta’ Diċembru 2009, Interseroh ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex jiġi kkonstatat li, bħala negozjant intermedjarju, hija ma kinitix meħtieġa ssemmi l-identità tal-produttur tal-iskart fit-Taqsima 6 tad-dokument ta’ vjeġġ. |
24 |
Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li t-trattament kunfidenzjalità tal-informazzjoni dwar il-produttur tal-iskart hija bħala prinċipju imposta mil-Liġi fundamentali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 14 tagħha moqrija flimkien, peress li huwa ġeneralment aċċettat li s-sorsi ta’ provvista ta’ kumpannija jikkostitwixxu sigrieti kummerċjali li jifformaw parti mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. |
25 |
Huma f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Verwaltunsgericht Mainz iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
26 |
Il-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1013/2006 jeħtieġ bħala prinċipju li l-persuna li torganizza vjeġġ ta’ skart li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni timla d-dokument tal-vjeġġ kollu kemm hu u tibagħtu lid-destinatajru tal-vjeġġ għall-firma u sabiex iżommu. Dan ir-rekwiżit jimplika l-iżvelar tal-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju tal-vjeġġ, flimkien mal-konsegwenzi potenzjalment dannużi għal negozjant intermedjarju fis-sitwazzjoni ta’ Interseroh bħal dawk deskritti fil-punti 20 u 21 ta’ din is-sentenza. |
27 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi f’dawn iċ-ċirkustanzi jekk negozjant intermedjarju bħar-rikorrenti, meta jorganizza vjeġġ ta’ skart, jistax validament jibbaża ruħu kemm fuq l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006, li jippermetti trattament kunfidenzjali tad-data f’ċerti ċirkustanzi, jew, alternattivament, fuq prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni bħall-prinċipju ta’ protezzjoni tas-sigriet kummerċjali, sabiex jiġi evitat l-iżvelar tal-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju tal-vjeġġ permezz tad-dokument ta’ vjeġġ. |
28 |
Mit-talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll mill-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-vjeġġ kollu inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonċerna materja prima bħal metall ta’ kwalitajiet differenti li jinxtraw u jinbigħu mill-intermedjarju u li jikkostitwixxu skart li jaqa’ taħt il-lista “aħdar [ħadra]” li tikkonċerna skart mhux perikoluż. |
Fuq l-ewwel, it-tielet u r-raba ’ domandi
29 |
Permezz tal-ewwel, it-tielet u r-raba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti negozjant intermedjarju li jorganizza vjeġġ ta’ skart li ma jiżvelax l-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju tal-vjeġġ fejn dan in-nuqqas ta’ żvelar ikun neċessarju għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tal-intermedjarju. |
30 |
L-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprovdi li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jiġifieri l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta’ vjeġġ, għandha tkun suġġetta għal trattament kunfidenzjali meta dan ikun meħtieġ. |
31 |
Rigward l-identità tal-persuni li jistgħu jkunu marbuta bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirreferi għalihom l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006, minn interpretazzjoni litterali u sistematika tal-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li l-obbligi ta’ kunfidenzjalità li għalihom tirreferi din id-dispożizzjoni jistgħu japplikaw għal kull persuna li għandha l-informazzjoni kkonċernata, li tinkludi kemm l-awtoritajiet ta’ spedizzjoni u ta’ destinazzjoni kif ukoll il-persuni kollha fiżiċi u ġuridiċi li jipparteċipaw fil-vjeġġ ta’ skart. |
32 |
Fil-fatt, il-kliem tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 ma jagħmilx distinzjoni bejn il-persuni li jista’ jkollhom l-informazzjoni kkonċernata u b’mod partikolari ma jirreferix għall-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1013/2006, li jikkonċerna speċifikament l-awtoritajiet pubbliċi. |
33 |
Madankollu, mill-Artikolu 1013/2006 huwa dedott ukoll li l-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirreferi għalihom l-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu ma jistgħux jipprekludu t-trażmissjoni, bejn l-impriżi parteċipanti għall-operazzjoni, ta’ informazzjoni msemmija fl-Anness VII ta’ dan ir-regolament. |
34 |
Minn naħa, l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprovdi li r-redazzjoni ta’ dokumenti ta’ vjeġġ għandu jkun obbligatorjament jakkumpanja kull vjeġġ ta’ skart li għalih tapplika din id-dispożizzjoni. L-organizzatur ta’ dan il-vjeġġ huwa għaldaqstant meħtieġ li jimla, b’mod partikolari, it-Taqsima 6 tad-dokument ta’ vjeġġ, ipprovdut fl-Anness VII tal-imsemmi regolament, li fiha għandu jsemmi l-isem tal-produttur tal-iskart. |
35 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprovdi li d-dokument ta’ vjeġġ għandu jiġi ffirmat mill-organizzatur tal-vjeġġ ta’ skart u d-destinatarju tal-vjeġġ ta’ skart, filwaqt li l-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-regolament jeħtieġ lill-organizzatur u lid-destinatarju li jżommu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) tal-imsemmi regolament għal tal-inqas tliet snin mill-bidu tal-vjeġġ. |
36 |
Il-konsegwenza neċessarja ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija li d-destinatarju tal-vjeġġ jikseb l-informazzjoni kollha fid-dokument tal-vjeġġ, u għaldaqstant isir jaf b’mod partikolari bl-identità tal-produttur tal-iskart, li huwa identifikat, kif rikjest mill-Anness VII tal-istess regolament, fit-Taqsima 6 tal-imsemmi dokument. |
37 |
Eventwali obbligu ta’ trattament kunfidenzjali skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 ma jkollux effett f’dan ir-rigward peress li, kif l-Avukat Ġenerali rrileva, essenzjalment, fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-ipoteżi ta’ trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta’ vjeġġ tqum biss wara r-redazzjoni u l-komunikazzjoni tal-imsemmi dokument. L-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 jista’ japplika biss jekk l-informazzjoni tkun diġà ssemmiet fid-dokument ta’ vjeġġ, skont l-Artikolu 18(1) moqri flimkien mal-Anness VII ta’ dan ir-regolament. |
38 |
Għaldaqstant, u kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-portata ta’ tali obbligi ta’ kunfidenzjalità hija neċessarjament limitata għall-kuntatti li għandhom il-persuni li għandhom aċċess għad-dokument ta’ vjeġġ, ma’ terzi involuti fil-vjeġġ, jiġifieri l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti u l-persuni li jipparteċipaw f’dan il-vjeġġ. |
39 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-kliem tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 li jiddikjara espressament li l-informazzjoni msemmija fid-dokument ta’ vjeġġ għandha tiġi “ttrattata bħala k[u]nfidenzjali”, u ma jsemmi ebda eċċezzjoni ipotetika għall-obbligu li jiddaħħlu d-dettalji kollha meħtieġa fid-dokument ta’ vjeġġ. Hija sostnuta wkoll min-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 tal-Anness VII ta’ dan ir-regolament, li tenfasizza li l-informazzjoni li tikkonċerna l-produttur jew il-kollettur għandha tiġi pprovduta meta l-persuna li torganizza l-vjeġġ ma hijiex il-produttur jew il-kollettur. |
40 |
Għaldaqstant ir-risposta għall-ewwel, it-tielet u r-raba’ domandi għandha tkun li l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil negozjant intermedjarju li jorganizza vjeġġ ta’ skart li ma jiżvelax l-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju tal-vjeġġ, kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, moqri flimkien mal-Anness VII tal-imsemmi regolament, anki jekk dan in-nuqqas ta’ żvelar ikun neċessarju għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerjali ta’ dan in-negozjant intermedjarju. |
Fuq it-tieni domanda
41 |
It-tieni domanda hija magħmula biss fil-każ li l-Artikolu 18(4) tar-Regolament Nru 1013/2006 ma jippermettix lil negozjant intermedjarju li jorganizza vjeġġ li jevita li jiżvela l-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju tal-vjeġġ. Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Liġi fundamentali tiggarantixxi, kif kien ġie espost fil-punt 13 ta’ din is-sentenza, il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, li tkopri b’mod partikolari s-sorsi ta’ provvista ta’ impriża. Ma hemmx dispożizzjoni nazzjonali applikabbli li tippermetti li jiġu limitati d-drittijiet fundamentali inkwistjoni. Hija tistaqsi, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk is-sigrieti kummerċjali jibbenefikawx minn protezzjoni fid-dritt primarju tal-Unjoni li jillimta l-portata tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1013/2006. |
42 |
Konsegwentement għandu jinftiehem li, bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li jobbliga, fil-kuntest ta’ vjeġġ ta’ skart li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni, negozjant intermedjarju li jimla t-Taqsima 6 tad-dokument ta’ vjeġġ u li jgħaddih lid-destinatajru, mingħajr ma l-portata ta’ dan l-obbligu tista’ tiġi limitata minn dritt għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali. |
43 |
F’dan ir-rigward, l-Artikoli 15(1), 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprovdu d-dritt għal xogħol u li twettaq xogħol magħżul jew aċċettat liberament, il-libertà ta’ impriża u d-dritt ta’ proprjetà, rispettivament. Barra minn hekk, kemm il-libertà tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali kif ukoll id-dritt ta’ proprjetà jifformaw, skont ġurisprudenza stabbilita, parti mill-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenzi tal-5 ta’ Ottubru 1994, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-280/93, Ġabra p. I-4973, punt 78; tal-10 ta’ Lulju 2003, Booker Aquaculture u Hydro Seafood, C-20/00 u C-64/00, Ġabra p. I-7411, punt 68; tat-12 ta’ Lulju 2005, Alliance for Natural Health et, C-154/04 u C-155/04, Ġabra p. I-6451, punt 126, kif ukoll tas-6 ta’ Diċembru 2005, ABNA et, C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04, Ġabra p. I-10423, punt 87). Barra minn hekk, il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tikkostitwixxi, kif jirriżulta wkoll minn ġurisprudenza stabbilita, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tal-14 ta’ Frar 2008, Varec, C-450/06, Ġabra p. I-581, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
44 |
Madankollu għandu jiġi rrilevat li, anki jekk l-obbligu li tiġi żvelata l-identità tal-produttur tal-iskart lid-destinatarju ta’ vjeġġ ta’ skart jikkostitwixxi ksur tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tan-negozjanti intermedjarji, il-konsegwenza ta’ tali konstatazzjoni ma tistax tillimita l-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt sekondarju li hija ċara u inkundizzjonali. |
45 |
Kif kien ġie espost fil-punti 33 sa 40 ta’ din is-sentenza, il-mekkaniżmu ta’ proċess ta’ rekord previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006 neċessarjament ifisser li d-destinatarju tal-vjeġġ isir jaf bl-identità tal-produttur tal-iskart, u l-ebda deroga ma tista’ tiġi dedotta mit-test ta’ dan ir-regolament. |
46 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ksur inġustifikat tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, jekk jista’ jiġi stabbilit, ma jkunx ta’ natura li jillimita l-portata tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006, iżda li jqiegħed inkwistjoni l-validità ta’ din id-dispożizzjoni. Il-qorti nazzjonali ma staqsitx lill-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-validità tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1013/2006, u lanqas esprimiet dubju f’dan ir-rigward, u l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex fatti suffiċjenti sabiex tkun tista’ tevalwa l-validità tal-imsemmija dispożizzjoni. |
47 |
Għaldaqstant ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga, fil-kuntest ta’ vjeġġ ta’ skart li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni, negozjant intermedjarju li jimla t-Taqsima 6 tad-dokument ta’ vjeġġ u li jgħaddih lid-destinatarju, mingħajr ma l-portata ta’ dan l-obbligu tista’ tiġi limitata minn dritt għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali. |
Fuq l-ispejjeż
48 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.