Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62009CJ0320

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-21 ta' Diċembru 2011.
A2A SpA, magħrufa qabel bħala AEM SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Skemi ta' għajnuna mogħtija lil impriżi ta' servizzi pubbliċi - Eżenżjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta' 'għajnuna' - Artikolu 88 KE - Kunċett ta' 'għajnuna ġdida' - Artikolu 10 KE - Obbligu ta' kooperazzjoni leali- Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta' ordni għall-irkupru- Prinċipju ta' ċertezza legali - Obbligu ta' motivazzjoni.
Kawża C-320/09 P.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2011:858





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 – A2A, li kienet AEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑320/09 P)

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Skemi ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ servizz pubbliku – Eżenzjonijiet fiskali – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Locus standi – Interess ġuridiku – Artikolu 87 KE – Kunċett ta’ ‘għajnuna’ – Artikolu 88 KE – Kunċett ta’ ‘għajnuna ġdida’ – Artikolu 10 KE – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali – Regolament (KE) Nru 659/1999 – Artikoli 1 u 14 – Legalità ta’ ordni għall-irkupru – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali - Rikors ta’ impriża benefiċjarja ta’ għajnuna individwali mogħtija taħt din l-iskema u li għandha tiġi rkuprata - Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 55-60)

2.                     Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Kundizzjoni - Rikors li jista’ jirriżulta f’benefiċċju għall-parti li ppreżentatu - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-punti 68-70)

3.                     Appell - Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punt 97)

4.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 103-105)

5.                     Appell - Aggravji - Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha - Aggravju ineffettiv (ara l-punt 109)

6.                     Appell - Aggravji - Żnaturament tad-dritt nazzjonali meqjus bħala prova - Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51) (ara l-punt 125)

7.                     Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 42(2) u 118) (ara l-punt 131)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AEM vs Il-Kummissjoni (T‑301/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-azzjonist tagħhom huwa fil-maġġoranza pubbliku (ĠU L 77, p. 21).

Dispożittiv

1)

L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

2)

A2A SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.

Fuq