Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62011CD0017

    Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzj (Awla għall-eżami mill-ġdid) tat-8 ta’ Frar 2011.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Nicole Petrilli.
    Eżami mill-ġdid.
    Kawża C-17/11 RX.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2011:55

    DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

    (Awla speċjali prevista fl-Artikolu 123b tar-Regoli tal-Proċedura)

    8 ta’ Frar 2011*

    “Eżami mill-ġdid”

    Fil-Kawża C‑17/11 RX,

    li għandha bħala suġġett proposta għal eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali ewlieni, skont l-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fit-12 ta’ Jannar 2011,

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla speċjali prevista fl-Artikolu 123b tar-Regoli tal-Proċedura)

    Komposta minn M. V. Skouris, President, A. Tizzano (relatur), J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts u J.‑C. Bonichot, Presidenti ta’ Awla,

    tagħti l-preżenti

    Deċiżjoni

    1        Il-proposta għal eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali ewlieni tikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Appell) tas-16 ta’ Diċembru 2010, Il-Kummissjoni vs Petrilli (T‑143/09 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2009, Petrilli vs Il-Kummissjoni (F‑98/07, li għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

    2        Is-sentenza, li qed jiġi propost l-eżami mill-ġdid tagħha, turi diverġenza fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet sabiex ikun hemm responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-servizz pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjoni li tirrigwarda l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni mwettaq mill-istituzzjoni kkonċernata. Fil-fatt, permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, billi ma kkunsidratx is-soluzzjoni fis-sens kuntrarju adottata fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Diċembru 2008, Nardone vs Il-Kummissjoni (T‑57/99, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li din il-kundizzjoni hija sodisfatta meta l-istituzzjoni kkonċernata twettaq att illegali, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk din l-illegalità tikkostitwixxix ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali ta’ din l-istituzzjoni.

    3        Barra minn hekk, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja diġà speċifikat liema huma l-kundizzjonijiet ġenerali sabiex ikun hemm responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, fis-sentenza tagħha tal-4 ta’ Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C‑352/98 P, Ġabra p. I‑5291), madankollu hija għadha ma ddeċidietx fuq il-kwistjoni dwar jekk il-partikolaritajiet tal-kontroversji fil-qasam tas-servizz pubbliku, li jirriżultaw mill-Artikolu 270 TFUE kif ukoll mill-Artikoli 91 u 91 tar-Regolament tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, jiġġustifikawx li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni tkun suġġetta f’dan il-qasam għal kundizzjonijiet speċjali.

    4        Tali ċirkustanzi ma jiġġustifikawx li jsir l-eżami mill-ġdid propost. Fil-fatt, minn naħa, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, li tiddeċiedi fuq il-mertu ta’ żvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali magħmula mill-Qorti Ġenerali nnifisha meta tiddeċiedi bħala qorti tal-appell. Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għadha ma ddeċidietx fuq punt ta’ liġi ma huwiex, fih innifsu, suffiċjenti sabiex jiġġustifika eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 64 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkwantu issa huwa biss il-kompitu tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jiżviluppaw il-ġurisprudenza fil-qasam tas-servizz pubbliku, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tevita li d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma jaffettwawx l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni.

    5        F’din il-kawża, l-eżami tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali Il-Kummisjsoni vs Petrilli, iċċitata iktar ’il fuq, ma rrilevatx l-eżistenza ta’ riskju serju li l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni huma affettwati.

    Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla speċjali prevista fl-Artikolu 123b tar-Regoli tal-Proċedura) tiddeċiedi:

    Ma hemmx lok li jsir eżami mill-ġdid tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2010, Il-Kummissjoni vs Petrilli (T‑143/09 P).

    Firem

    Fuq

    DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

    (Awla speċjali prevista fl-Artikolu 123b tar-Regoli tal-Proċedura)

    8 ta’ Frar 2011 *

    “Eżami mill-ġdid”

    Fil-Kawża C‑17/11 RX,

    li għandha bħala suġġett proposta għal eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali ewlieni, skont l-Artikolu 62 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fit-12 ta’ Jannar 2011,

    IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla speċjali prevista fl-Artikolu 123b tar-Regoli tal-Proċedura)

    Komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano (relatur), J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts u J.‑C. Bonichot, Presidenti ta’ Awla,

    tagħti l-preżenti

    Deċiżjoni

    1        Il-proposta għal eżami mill-ġdid magħmula mill-Avukat Ġenerali ewlieni tikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Appell) tas-16 ta’ Diċembru 2010, Il-Kummissjoni vs Petrilli (T‑143/09 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Komunitajiet Ewropej (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2009, Petrilli vs Il-Kummissjoni (F‑98/07, li għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

    2        Is-sentenza, li qed jiġi propost l-eżami mill-ġdid tagħha, turi diverġenza fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet sabiex ikun hemm responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-servizz pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjoni li tirrigwarda l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni mwettaq mill-istituzzjoni kkonċernata. Fil-fatt, permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, billi ma kkunsidratx is-soluzzjoni fis-sens kuntrarju adottata fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Diċembru 2008, Nardone vs Il-Kummissjoni (T‑57/99, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), li din il-kundizzjoni hija sodisfatta meta l-istituzzjoni kkonċernata twettaq att illegali, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk din l-illegalità tikkostitwixxix ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali ta’ din l-istituzzjoni.

    3        Barra minn hekk, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja diġà speċifikat liema huma l-kundizzjonijiet ġenerali sabiex ikun hemm responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tagħha tal-4 ta’ Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C‑352/98 P, Ġabra p. I‑5291), madankollu hija għadha ma ddeċidietx fuq il-kwistjoni dwar jekk l-aspetti partikolari tal-kontroversji fil-qasam tas-servizz pubbliku, li jirriżultaw mill-Artikolu 270 TFUE kif ukoll mill-Artikoli 91 u 91 tar-Regolament tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, jiġġustifikawx li r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni tkun suġġetta f’dan il-qasam għal kundizzjonijiet speċjali.

    4        Tali ċirkustanzi ma jiġġustifikawx li jsir l-eżami mill-ġdid propost. Fil-fatt, minn naħa, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, li tiddeċiedi fuq il-mertu ta’ żvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali magħmula mill-Qorti Ġenerali nnifisha meta tiddeċiedi bħala qorti tal-appell. Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għadha ma ddeċidietx fuq punt ta’ liġi ma huwiex, fih innifsu, suffiċjenti sabiex jiġġustifika eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 64 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkwantu issa huwa biss il-kompitu tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jiżviluppaw il-ġurisprudenza fil-qasam tas-servizz pubbliku, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tevita li d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma jippreġudikawx l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni.

    5        F’din il-kawża, l-eżami tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali Il-Kummisjsoni vs Petrilli, iċċitata iktar ’il fuq, ma rrilevatx l-eżistenza ta’ riskju serju li l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni jiġu ppreġudikati.