Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62010CJ0343
Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 14 April 2011. # European Commission v Kingdom of Spain. # Failure of a Member State to fulfil obligations - Directive 91/271/EEC - Pollution and nuisances - Treatment of urban waste water - Articles 3 and 4. # Case C-343/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta' April 2011.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġiż u fastidji - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3 u 4.
Kawża C-343/10.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta' April 2011.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Tniġġiż u fastidji - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3 u 4.
Kawża C-343/10.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2011:260
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C-343/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Tniġġis u fastidji – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikoli 3 u 4”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikoli 3 u 4) (ara l-punti 54, 64)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26). |
Dispożittiv
1) |
Billi ma żgurax: |
– il-ġbir tal-ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 ruħ ta’ Valle de Güimar, Noreste (Valle Guerra), Valle de la Orotava, Arenys de Mar, Alcossebre u Cariño, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, u
– it-trattament tal-ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet li għandhom popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 15 000 ruħ ta’ Arroyo de la Miel, Arroyo de la Víbora, Estepona (San Pedro de Alcántara), Alhaurín el Grande, Coín, Barbate, Chipiona, Isla Cristina, Matalascañas, Nerja, Tarifa, Torrox Costa, Vejer de la Frontera, Gijón‑Este, Llanes, Valle de Güimar, Noreste (Valle Guerra), Los Llanos de Aridane, Arenys de Mar, Pineda de Mar, Ceuta, Alcossebre, Benicarló, Elx (Arenales), Peñíscola, Teulada Moraira (Rada Moraira), Vinaròs, A Coruña, Cariño, Tui, Vigo, Aguiño-Carreira-Ribeira, Baiona, Noia, Santiago, Viveiro u Irún (Hondarribia), skont 1-Artikolu 4(1) u (3) u jekk ikun il-każ skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 91/271,
ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |