Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62010CJ0375

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-24 ta' Marzu 2011.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Renju ta' Spanja.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/36/KE - Eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpanniji kkwotati - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
    Kawża C-375/10.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2011:184





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Il-Kummissjoni vs Spanja

    (Kawża C-375/10)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2007/36/KE – Eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

    1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati - Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet tar-rikorrent (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja Artikolu 38(1)(c)) (ara l-punti 10, 11)

    2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 20)

    3.                     Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 21)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17).

    Dispożittiv

    1)

    Billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva.

    2)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Fuq