Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62009CJ0526

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-2 ta' Diċembru 2010.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Portugiża.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 11(1) u (2) - Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta' ġbir u fl-istazzjonijiet ta' purifikazzjoni tal-ilma urban mormi - Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi - Nuqqas ta' awtorizzazzjoni.
    Kawża C-526/09.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2010:734





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 – Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall

    (Kawża C‑526/09)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Artikolu 11(1) u (2) – Ħruġ tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta’ ġbir u fl-istazzjonijiet ta’ purifikazzjoni tal-ilma urban mormi – Issuġġettar għal leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ u/jew għal awtorizzazzjonijiet speċifiċi – Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni”

    1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni - Produzzjoni ta’ provi li juru n-nuqqas - Ċaħda li taqa’ fuq l-Istat Membru inkwistjoni (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikolu 11(1) u (2)) (ara l-punti 21, 22, 32)

    2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 91/271, Artikolu 11(1) u (2)) (ara l-punti 24, 25)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) - Liċenzja għall-ħruġ ta’ ilma mormi - “Estação de Serviço Sobritos”.

    Dispożittiv

    1)         Billi ppermettiet il-ħruġ tal-ilma industrijali mormi tas-sit industrijali ta’ Estação de Serviço Sobritos, Lda li tinsab fiż-żona urbana ta’ Matosinhos, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni adegwata maħruġa f’dan ir-rigward, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/721/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

    2)         Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Fuq