EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62010CO0266

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-22 ta' Ottubru 2010.
Sistemul electronic de arhivare, criptare şi indexare digitalizată Srl (Seacid) vs il-Parlament Ewropew u il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Appell - Direttiva 2000/35/KE - Rikors għal annullament parzjali - Rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu - Appell manifestament infondat.
Kawża C-266/10 P.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2010:629





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2010 – Seacid vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C‑266/10 P)

“Appell – Direttiva 2000/35/KE – Rikors għal annullament parzjali – Rikors ippreżentat wara l-iskadenza tat-terminu – Appell manifestament infondat”

1.                     Proċedura - Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat - Kundizzjonijiet - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 2(2), 18, 19, 24(6) u 111) (ara l-punti 11-18)

2.                     Rikors għal annullament - Termini – Bidu tad-dekorrenza – Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni – Kalkolu (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17 u 47; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1)) (ara l-punti 25-27, 30)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-16 ta’ Marzu 2010 - Seacid vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-530/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226) - Termini għall-preżentata ta’ appell - Inammissibbiltà manifesta.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sistemul electronic de arhivare, criptare şi indexare digitalizată Srl (Seacid) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Fuq