Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62009CO0332

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-23 ta' April 2010.
    l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI) vs Frosch Touristik GmbH.
    Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nruº40/94 - Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE - Procedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Data rilevanti għall-eżami ta' raġuni assoluta ta' invalidità.
    Kawża C-332/09 P.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2010:225





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2010 – UASI vs Frosch Touristik

    (Kawża C-332/09 P)

    “Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità”

    Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7 - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 41, 47)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tat-3 ta’ Ġunju 2009, Frosch Touristik vs UASI - DSR touristik (FLUGBÖRSE) (T‑189/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal‑Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mill‑proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali “FLUGBÖRSE” fir-rigward tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità parzjali ta’ din it-trade mark - Determinazzjoni tad-data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Fuq