Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62007CJ0552
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 17 February 2009.#Commune de Sausheim v Pierre Azelvandre.#Reference for a preliminary ruling: Conseil d'État - France.#Directive 2001/18/EC - Deliberate release of genetically modified organisms - Location of release - Confidentiality.#Case C-552/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Frar 2009.
Commune de Sausheim vs Pierre Azelvandre.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Conseil d'État - Franza.
Direttiva 2001/18/KE - Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi modifikati ġenetikament - Post tar-rilaxx - Kunfidenzjalità.
Kawża C-552/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Frar 2009.
Commune de Sausheim vs Pierre Azelvandre.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Conseil d'État - Franza.
Direttiva 2001/18/KE - Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi modifikati ġenetikament - Post tar-rilaxx - Kunfidenzjalità.
Kawża C-552/07.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:96
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
17 ta’ Frar 2009 ( *1 )
“Direttiva 2001/18/KE — Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi modifikati ġenetikament — Post tar-rilaxx — Kunfidenzjalità”
Fil-Kawża C-552/07,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Novembru 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 ta’ Diċembru 2007, fil-proċedura
Commune de Sausheim
vs
Pierre Azelvandre,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, T. von Danwitz, R. Silva de Lapuerta (Relatur), E. Juhász u J. Malenovský, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-14 ta’ Ottubru 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Commune de Sausheim, minn D. Le Prado, avukat, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u A.-L. During, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Elleniku, minn S. Papaioannou u V. Karra kif ukoll minn I. Chalkias, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. de Mol kif ukoll minn M. de Grave, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Pollakk, minn M. Dowgielewicz u B. Majczyna, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn C. Zadra u J.-B. Laignelot, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-22 ta’ Diċembru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari, kif imressqa mill-qorti tar-rinviju, tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 117, p.15). |
2 |
Il-kwistjoni fil-kawża prinċipali għandha bħala suġġett il-kontestazzjoni ta’ deċiżjoni amministrattiva mogħtija matul is-sena 2004. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva 90/220 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 15, Vol., 6 p. 77-114), l-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mis-17 ta’ Ottubru 2002. Skont l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2001/18, id-Direttiva 90/220 ġiet imħassra b’effett mill-istess data. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/18. |
3 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Commune de Sausheim u P. Azelvandre dwar ir-rifjut ta’ komunikazzjoni lil dan tal-aħħar ta’ ittri amministrattivi u reġistri ta’ taħwil marbuta ma’ provi ta’ rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (iktar ’il quddiem “GMOs”). |
Il-kuntest ġuridiku Komunitarju
4 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/18 jipprovdi: “Skond il-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tapprossima l-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent meta:
|
5 |
Skont l-Artikolu 2(3) tal-imsemmija direttiva, b’“rilaxx intenzjonat” wieħed jifhem kwalunkwe introduzzjoni intenzjonata fl-ambjent ta’ GMO jew tagħqid ta’ GMOs li għalihom ma jintużawx miżuri ta’ ħażna partikolari sabiex jillimitaw il-kuntatt tagħhom mal-popolazzjoni inġenerali u mal-ambjent u sabiex jiżguraw lil dawn tal-aħħar livell għoli ta’ sigurtà. |
6 |
L-Artikolu 4(1) u (2) tal-istess direttiva jiddefinixxi l-obbligi ġenerali tal-Istati Membri fil-qasam kif ġej: “1. L-Istati Membri skond il-prinċipju ta’ prekawzjoni jassiguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiġu evitati effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent li jista’ jsir mir-rilaxx intenzjonat jew tpoġġija ta’ GMOs fis-suq. GMOs jistgħu jiġu rilaxxati jew jitpoġġew fis-suq intenzjonalment biss in konformità mal-parti B jew mal-parti C rispettivament. 2. Kwalunkwe persuna qabel tissotometti notifika skond parti B jew parti C, għandha tagħmel stima ta’ riskju ambjentali. L-informazzjoni li tista’ tkun neċessarja biex tagħmel stima ta’ riskju ambjentali hija stabbilita fl-Anness III. […]” |
7 |
Fir-rigward tal-“proċedura ta’ awtoriżżazjoni standard”, l-Artikolu 6(1) u (2)(a) tad-Direttiva 2001/18 jipprovdi: “1. Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 5, kwalunkwe persuna trid, qabel ma tirrilaxxja b’mod intenzjonat GMO jew tagħqid ta’ GMOs, tagħti notifika lil awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu se jsir ir-rilaxx. 2. In-notifika riferita fil-paragrafu 1 tinkludi:
|
8 |
L-Artikolu 9 tal-imsemmija direttiva jistipula: “1. L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7 u 25, jikkonsultaw lil pubbliku u, fejn xieraq, gruppi fuq ir-rilaxx intenzjonat li ġie propost. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti għal din il-konsultazzjoni, inkluż perijodu ta’ żmien raġjonevoli, biex tagħti lil pubbliku jew gruppi opportunità biex jesprimu opinjoni. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25:
[…]” |
9 |
Fir-rigward tal-“proċedura ta’ notifika”, l-Artikolu 13(2)(a) tal-istess direttiva jipprovdi: “In-notifika għandu jkun fiha:
|
10 |
L-Artikolu 25 tal-imsemmija direttiva jipprovdi: “1. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ma jikxfux lill-partijiet oħra xi informazzjoni kunfidenzjali notifikata jew skambjata skond din id-Direttiva u tipproteġi drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali relatati mad-data li tkun riċevuta. 2. In-notifikant jista’ jindika l-informazzjoni fin-notifika li ngħatat skond din id-Direttiva, li l-kxif tagħha jista’ jkun ta’ ħsara għal pożizzjoni kompettitiva tiegħu u li għalhekk għandha tkun meqjusa bħala kunfidenzjali. Ġustifikazzjoni li tista’ tiġi verifikata trid tingħata f’dawn il-każi. 3. L-awtorità kompetenti wara konsultazzjoni man-notifikant, tiddeċiedi liema informazzjoni tinżamm kunfidenzjali u tinforma lin-notifikant bid-deċiżjonijiet tagħha. 4. F’ebda każ ma tista’ din l-informazzjoni [li ġejja] meta tingħata skond l-Artikoli 6, 7, 8, 13, 17, 20 jew 23 tinżamm kunfidenzjali:
|
11 |
L-Artikolu 31 tal-istess direttiva, dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u rappurtaġġ, jipprovdi fil-paragrafu 3 tiegħu: “Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2 u punt A Nru 7 tal-Anness IV,
|
12 |
L-Anness III tad-Direttiva 2001/18 jipprovdi speċifikazzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tingħata fin-notifiki msemmija fil-partijiet B u Ċ ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-Artikoli 5 sa 24 tagħha. |
13 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1990 dwar l-aċċess ħieles għall-informazzjoni dwar l-ambjent (ĠU L 158, p. 56) tipprovdi, fl-Artikolu 3(2) tagħha: “L-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex talba għal din l-informazzjoni tiġi rrifjutata fejn tkun teffettwa:
[…]” |
14 |
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva 90/313 (ĠU L 41, p. 26), li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10 tagħha, kellha tiġi fis-seħħ sa mhux iktar tard mill-14 ta’ Frar 2005, tipprovdi fil-punti (b), (e) u (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha illi l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tiġi rrifjutata talba għal tagħrif dwar l-ambjent jekk l-iżvelar tat-tagħrif jaffettwa b’mod negattiv, fost materji oħra, is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent li miegħu jkun marbut dan it-tagħrif rispettivament. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
15 |
B’ittra tal-21 ta’ April 2004, P. Azelvandre talab lis-Sindku tal-Commune de Sausheim jgħaddilu, fir-rigward ta’ kull rilaxx ta’ GMOs fit-territorju ta’ dan il-komun, l-avviż pubbliku, ir-reġistru ta’ taħwil, li jippermetti l-identifikazzjoni tal-porzjon ta’ art maħduma, u l-ittra amministrattiva ta’ tifsir ta’ dawn id-dokumenti. Huwa talab ukoll l-inkartamenti ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ kull rilaxx ġdid li kellu jsir fl-2004. |
16 |
Fin-nuqqas ta’ tweġiba għat-talba tiegħu, P. Azelvandre ressaq, b’ittra tal-1 ta’ Ġunju 2004, talba quddiem il-commission d’accès aux documents administratifs (CADA) bil-għan li jingħatawlu d-dokumenti msemmija fl-ittra tiegħu tal-21 ta’ April 2004. Fl-24 ta’ Ġunju 2004, din il-kummissjoni tat opinjoni favorevoli fir-rigward tal-komunikazzjoni tal-avviż pubbliku u tal-ewwel paġna tal-ittra amministrattiva ta’ tifsir. Min-naħa l-oħra, hija ma qablitx mal-komunikazzjoni tar-reġistru ta’ taħwil fil-porzjon ta’ art u tal-pjanta li tidentifika l-post tar-rilaxx, minħabba li din il-komunikazzjoni tippreġudika l-kunfidenzjalità tal-ħajja privata u s-sigurtà tal-bdiewa kkonċernati. Barra minn hekk, din il-kummissjoni ddikjarat inammissibbli t-talba għall-komunikazzjoni tal-inkartamenti ta’ informazzjoni dwar kull rilaxx ġdid. |
17 |
Wara din l-opinjoni, fl-24 ta’ Mejju u fl-4 ta’ Awwissu 2004, is-Sindku ta’ Sausheim għadda lil P. Azelvandre l-avviżi pubbliċi dwar il-ħames rilaxxi ta’ GMOs magħmula fit-territorju ta’ dan il-komun u l-ittri amministrattivi ta’ tifsir fir-rigward ta’ tnejn minn dawn l-avviżi. |
18 |
Fis-16 ta’ Settembru 2004, P. Azelvandre ppreżenta quddiem it-Tribunal administratif de Strasbourg rikors li jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni impliċita li permezz tagħha s-Sindku ta’ Sausheim ċaħad it-talba għall-komunikazzjoni tal-ittri amministrattivi u tar-reġistri ta’ taħwil fir-rigward ta’ kull rilaxx ta’ GMOs fit-territorju ta’ dan il-komun u, min-naħa l-oħra, li s-Sindku jiġi ordnat jgħaddilu dawn id-dokumenti. |
19 |
B’sentenza tal-10 ta’ Marzu 2005, it-Tribunal administratif de Strasbourg, minn naħa, annulla d-deċiżjoni impliċita li permezz tagħha s-Sindku rrifjuta li jgħaddi lil K. Azelvandre l-ittri amministrattivi marbuta mal-provi l-oħra ta’ rilaxx ta’ GMOs u r-reġistri ta’ taħwil li jirrigwardaw ħames provi, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni dwar l-ismijiet, u, min-naħa l-oħra, ordna lis-Sindku tal-imsemmi komun jgħaddi d-dokumenti hawn fuq imsemmija lil P. Azelvandre. |
20 |
Fit-30 ta’ Mejju 2005, il-Commune de Sausheim ippreżenta quddiem il-Conseil d’État appell minn din is-sentenza bil-għan li jikseb l-annullament tagħha. |
21 |
Il-Conseil d’État għandu dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-obbligi ta’ informazzjoni lill-pubbliku fil-qasam tar-rilaxx intenzjonat tal-GMOs, kif dawn jirriżultaw b’mod partikolari fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/220. |
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
Osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
23 |
Il-Commune de Sausheim jikkunsidra li l-“post ta’ rilaxx” fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18 għandu jinftiehem bħala t-territorju tal-komun fejn isiru l-provi. |
24 |
Il-Gvern Franċiż jikkunsidra li l-post tar-rilaxx jista’ jikkonċerna żona ġeografika ikbar mill-porzjon ta’ art irreġistrata, liema żona tista’ tkun il-komun jew il-canton. |
25 |
Skont il-Gvern Elleniku, il-post tar-rilaxx għandu jiġi ddefinit bħala porzjon ta’ art irreġistrata fil-katast u identifikata bħala tali jew, fin-nuqqas ta’ katast, porzjon ta’ art identifikata u li dwarha jkun hemm informazzjoni preċiża ta’ fejn tinsab, fis-sistema ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-artijiet, bis-saħħa tas-sistema ta’ informazzjoni ġeografika. |
26 |
Il-Gvern Olandiż isostni li l-kunċett ta’ post tar-rilaxx m’għandux jinftiehem bħala l-porzjon ta’ art irreġistrata ħlief f’ċerti każijiet. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ dan il-kunċett, l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ diskrezzjoni. |
27 |
Il-Gvern Pollakk isostni li l-post tar-rilaxx m’għandux jinftiehem bħala l-porzjon ta’ art irreġistrata, iżda żona ġeografika ikbar, iddefinita b’tali mod li l-aċċess xieraq tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ rilaxx fl-ambjent ta’ GMOs ikun iggarantit, filwaqt li jitħarsu l-interessi ekonomiċi tal-operaturi li jwettqu dawn l-operazzjonijiet. |
28 |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tosserva li l-post tar-rilaxx għandu jiġi ddefinit skont id-data ppreżentata lill-awtoritajiet nazzjonali mill-persuna li tinnotifikahom, każ b’każ, skont il-proċeduri msemmija fil-partijiet B u Ċ tad-Direttiva 2001/18. |
Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja
29 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi osservat preliminarjament li l-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18, li jipprovdi li ċerta informazzjoni dwar rilaxxi intenzjonati fl-ambjent ta’ GMOs ma tistax tinżamm kunfidenzjali, jinsab f’korp ta’ regoli dwar il-proċeduri differenti applikabbli għal dawn ir-rilaxxi. Dawn ir-regoli huma ispirati mill-għanijiet ta’ din id-direttiva, kif indikat b’mod espliċitu fil-ħames, fis-sitt, fit-tmien u fl-għaxar premessi tagħha, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-prinċipju li għandha tittieħed azzjoni preventiva u l-prinċipju ta’ prekawzjoni kif ukoll it-trasparenza tal-miżuri li jirrigwardaw il-preparazzjoni u l-implementazzjoni ta’ dawn ir-rilaxxi. |
30 |
Fir-rigward tal-aħħar għan imsemmi hawn fuq, għandu jiġi enfasizzat li s-sistema ta’ trasparenza li din id-direttiva tistabbilixxi hija riflessa b’mod partikolari fl-Artikolu 9, kif ukoll fl-Artikoli 25(4) u 31(3) tagħha. Fil-fatt, permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-leġiżlatur Komunitarju fittex li jistabbilixxi mhux biss mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku inġenerali u, fejn applikabbli, ma’ ċerti gruppi fir-rigward tar-rilaxx intenzjonat ta’ GMOs previst, iżda wkoll dritt ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar operazzjoni bħal din kif ukoll il-ħolqien ta’ reġistri pubbliċi li fihom ikun hemm indikat il-post fejn isir kull rilaxx ta’ GMOs. |
31 |
Kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punti 45 u 48 tal-konklużjonijiet tagħha, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta wkoll li d-drittijiet stipulati fihom huma marbuta mill-qrib mal-informazzjoni li għandha tingħata fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika li għandha tiġi segwita fir-rigward ta’ kull rilaxx intenzjonat ta’ GMOs għal kull skop għajr dak tat-tqegħid tagħhom fis-suq, skont l-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/18. |
32 |
Mir-rabta hekk stabbilita bejn il-proċedura ta’ notifika u l-aċċess għad-data dwar l-operazzjoni ta’ rilaxx intenzjonat ta’ GMOs prevista jirriżulta li, mingħajr ħsara għad-derogi previsti mill-imsemmija direttiva, il-pubbliku interessat jista’ jitlob li jiġi pprovdut b’kull informazzjoni mibgħuta min-notifikant fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni dwar rilaxx bħal dan. |
33 |
F’dak li jirrigwarda n-natura ta’ din id-data, l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva 2001/18 jipprovdi li kwalunkwe persuna li tkun trid tirrilaxxja b’mod intenzjonat GMOs għandha tagħti notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun se jsir ir-rilaxx, u dan għandu jfisser dossier tekniku li jkollu fih l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness III ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 13(2)(a) tal-istess direttiva, din l-informazzjoni għandha tqis id-diversità tas-siti ta’ użu tal-GMOs. |
34 |
Huwa billi jqisu dawn il-fatturi kollha li l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2001/18, jiżguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiġu evitati effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent li jistgħu jirriżultaw mir-rilaxx intenzjonat ta’ GMOs u li ssir stima xierqa tar-riskji ambjentali li jistgħu jirriżultaw minn operazzjoni bħal din. |
35 |
Fir-rigward tal-livell ta’ dettall tad-data li għandha tiġi pprovduta, għandu jiġi rrilevat li, kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 2001/18, dan ivarja skont in-natura tar-rilaxx intenzjonat ta’ GMOs previst. F’dan ir-rigward, l-Anness IIIB ta’ din id-direttiva, dwar rilaxxi ta’ pjanti ogħla ġenetikament modifikati, jinkludi dispożizzjonijiet fid-dettall dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta min-notifikant. |
36 |
B’mod partikolari jidhru fost id-data li għandha tissemma fid-dossiers tekniċi li jintbagħtu flimkien man-notifiki, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IIIB(E) tal-imsemmija direttiva, il-post u l-estensjoni tas-siti ta’ rilaxx kif ukoll id-deskrizzjoni tal-ekosistema tas-siti ta’ rilaxx, inklużi l-klima, il-flora u l-fawna, kif ukoll il-viċinanza ta’ biotopes uffiċjalment rikonoxxuti jew ta’ żoni protetti li jistgħu jiġu affettwati. |
37 |
Fir-rigward tar-rilaxx ta’ organiżmi ġenetikament modifikati għajr il-pjanti ogħla, il-parti IIIB tal-Anness IIIA jispeċifika, fost id-data li għandha tissemma fid-dossiers tekniċi li jintbagħtu man-notifiki, il-post ġeografiku u l-grid reference tas-sit jew siti ta’ rilaxx kif ukoll id-deskrizzjoni tal-ekosistemi, f’mira u dawk mhux f’mira, li jistgħu jiġu affettwati. |
38 |
B’dan il-mod, il-fatturi marbuta mal-post ġeografiku ta’ rilaxx intenzjonat ta’ GMOs li għandhom jidhru fin-notifika ta’ dan ir-rilaxx jirriflettu r-rekwiżiti intiżi li jiddeterminaw l-effetti ambjentali konkreti ta’ operazzjoni bħal din. Għalhekk id-dettalji tas-sit ta’ rilaxx bħal dan għandhom jiġu ddefiniti fid-dawl tal-karatteristiċi ta’ kull operazzjoni u tal-effetti ambjentali tagħha li jista’ jkun hemm, kif jirriżulta miż-żewġ punti preċedenti ta’ din is-sentenza. |
39 |
Għalhekk, għall-ewwel domanda għandha tingħata r-risposta li l-“post ta’ rilaxx”, fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18, huwa ddeterminat permezz tal-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-post tal-imsemmi rilaxx sottomess min-notifikant lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-terrritorju tiegħu għandu jsir dan ir-rilaxx, fil-kuntest tal-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6, 7, 8, 13, 17, 20 jew 23 tal-istess direttiva. |
Fuq it-tieni domanda
Osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
40 |
Il-Commune de Sausheim jikkunsidra li l-Artikolu 95 KE u d-Direttiva 2003/4/KE jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jiddeċiedu li l-informazzjoni marbuta mal-post fejn isiru l-provi ta’ rilaxx intenzjonat ta’ GMOs tista’ tinżamm kunfidenzjali għal raġunijiet ibbażati fuq il-protezzjoni tal-ordni pubbliku u tas-sigurtà pubblika. |
41 |
Il-Gvern Franċiż isostni li, fil-każ li l-qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-post tar-rilaxx huwa l-porzjon ta’ art irreġistrata, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jeżaminaw każ b’każ jekk, indipendentement mill-interessi tan-notifikant, interessi marbuta b’mod partikolari mal-protezzjoni tas-sigurtà pubblika jipprekludux l-iżvelar tal-informazzjoni dwar l-imsemmi post. |
42 |
Skont il-Gvern Elleniku, fil-każ li bil-“post tar-rilaxx” wieħed jifhem porzjon ta’ art irreġistrata, eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ordni pubbliku jew ma’ affarijiet kunfidenzjali oħra protetti mil-liġi tista’ tipprekludi b’mod eċċezzjonali biss il-komunikazzjoni tar-referenzi katastali tal-post tar-rilaxx, u dan sakemm din ma tkunx ifformulata b’mod ġenerali, iżda għall-kuntrarju tiġi motivata b’mod suffiċjenti. |
43 |
Il-Gvern Pollakk isostni li, fil-każ li l-kunċett ta’ post tar-rilaxx ikun ifisser il-porzjon ta’ art irreġistrata, l-eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ordni pubbliku tista’, bħala regola ġenerali, tipprekludi l-komunikazzjoni tar-referenzi katastali fuq il-bażi tad-Direttiva 2003/4 tal-Artikolu 95 KE. |
44 |
Il-Kummissjoni tirrileva li d-dritt Komunitarju ma jipprovdi ebda eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku jew ta’ natura oħra li tista’ titqajjem fil-konfront tar-regola stipulata fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18. |
Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja
45 |
Sabiex tingħata risposta għat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi mfakkar illi l-Artikolu 25(1) sa (3) tad-Direttiva 2001/18 jistabbilixxi sistema li tiddefinixxi bi preċiżjoni l-kunfidenzjalità li minnha tista’ tibbenefika d-data differenti kkomunikata fil-kuntest tal-proċeduri ta’ notifika u ta’ skambju ta’ informazzjoni previsti mill-istess direttiva. |
46 |
Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-informazzjoni kunfidenzjali nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-awtorità kompetenti jew skambjata skont l-imsemmija direttiva, kif ukoll l-informazzjoni li tista’ tippreġudika pożizzjoni ta’ kompetizzjoni ma tistax tiġi żvelata, u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali marbuta ma’ din id-data għandhom jiġu protetti. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 25(2) u (3), l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi, wara konsultazzjoni man-notifikant, liema informazzjoni tinżamm kunfidenzjali fid-dawl tal-“ġustifikazzjoni li tista’ tiġi verifikata” mressqa min-notifikant, li jiġi informat bid-deċiżjoni meħuda f’dan ir-rigward mill-imsemmija awtorità. |
47 |
Għalhekk permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kollha, id-Direttiva 2001/18 stabbilixxiet regoli eżawrjenti dwar id-dritt ta’ aċċess pubbliku fil-qasam inkwistjoni u l-eżistenza ta’ derogi li jista’ jkun hemm minn dan id-dritt. |
48 |
Fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-post tar-rilaxx, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 25(4) tal-imsemmija direttiva, din fl-ebda każ ma tista’ tibqa’ kunfidenzjali. |
49 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, kunsiderazzjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ordni pubbliku u ma’ affarijiet kunfidenzjali oħra protetti mil-liġi, bħal dawk indikati mill-qorti tar-rinviju fit-tieni domanda tagħha, ma jistgħux jikkostitwixxu raġunijiet li jistgħu jirrestrinġu l-aċċess għad-data elenkata fl-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18, li fosthom hemm b’mod partikolari dik dwar il-post tar-rilaxx. |
50 |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-biża’ tad-diffikultajiet interni ma tistax tiġġustifika nuqqas minn Stat Membru li japplika d-dritt Komunitarju korrettament (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-9 ta’ Diċembru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza, C-265/95, Ġabra p. I-6959, punt 55). B’mod partikolari, fir-rigward tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ GMOs, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 72 tas-sentenza tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Franza (C-121/07, Ġabra p. I-9159), li, jekk wieħed jassumi li l-problemi msemmija mir-Repubblika Franċiża huma effettivament parzjalment dovuti għall-implementazzjoni tar-regoli ta’ oriġini Komunitarja, Stat Membru ma jistax jeċċepixxi diffikultajiet fl-applikazzjoni li feġġew fl-istadju tal-eżekuzzjoni ta’ att Komunitarju, inklużi dawk marbuta mar-reżistenza ta’ individwi, biex jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi u t-termini li jirriżultaw mir-regoli tad-dritt Komunitarju. |
51 |
Din l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/18 hija ssostanzjata bir-rekwiżit, li jinsab fit-tielet inċiż tal-Artikolu 25(4), li d-data dwar l-istima tar-riskji ambjentali ma tistax tibqa’ kunfidenzjali. Fil-fatt, stima bħal din issir biss fid-dawl tal-għarfien sħiħ tar-rilaxx previst, peress li, fin-nuqqas ta’ dan, ma jkunux jistgħu jiġu evalwati sewwa r-riperkussjonijiet li jista’ jkun hemm għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent bħala riżultat ta’ rilaxx intenzjonat ta’ GMOs (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-9 ta’ Diċembru 2008, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punti 75 u 77). |
52 |
Fir-rigward tad-Direttivi 90/313 u 2003/4, għandu jingħad ukoll li, kif l-Avukat Ġenerali jirrileva fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tagħha, Stat Membru ma jistax jinvoka dispożizzjoni derogatorja li tinsab f’dawn id-direttivi sabiex jirrifjuta l-aċċess għal informazzjoni li tkun fil-qasam pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 90/220 u 2001/18. |
53 |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tar-riferiment tal-qorti tar-rinviju għall-Artikolu 95 KE, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat illi l-Istat Membru kkonċernat m’għamilx użu mill-possibbiltà prevista f’dan l-artikolu. |
54 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 90/313, kif ukoll tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4, li jipprovdu li talba għal informazzjoni ambjentali tista’ tiġi miċħuda meta l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba jista’ jippreġudika ċerti interessi, li fosthom tinsab is-sigurtà pubblika, ma jistgħux jintużaw b’mod utli kontra r-rekwiżiti ta’ trasparenza li joħorġu mill-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18. |
55 |
Għaldaqstant, għat-tieni domanda għandha tingħata r-risposta li eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ordni pubbliku jew ma’ interessi oħra protetti mil-liġi ma tistax titqajjem fil-konfront tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18. |
Fuq l-ispejjeż
56 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.