Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62008CJ0263
Judgment of the Court (Second Chamber) of 15 October 2009.#Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening v Stockholms kommun genom dess marknämnd.#Reference for a preliminary ruling: Högsta domstolen - Sweden.#Directive 85/337/EEC - Public participation in environmental decision-making procedures - Right of access to a review procedure to challenge decisions authorising projects likely to have significant effects on the environment.#Case C-263/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009.
Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs Stockholms kommun genom dess marknämnd.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Högsta domstolen - l-Iżvezja.
Direttiva 85/337/KEE - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent - Dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ permessi ta’ xogħolijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent.
Kawża C-263/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009.
Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening vs Stockholms kommun genom dess marknämnd.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Högsta domstolen - l-Iżvezja.
Direttiva 85/337/KEE - Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent - Dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ permessi ta’ xogħolijiet li jista’ jkollhom effett notevoli fuq l-ambjent.
Kawża C-263/08.
Ġabra tal-Ġurisprudenza 2009 I-09967
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:631
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
15 ta’ Ottubru 2009 ( *1 )
“Direttiva 85/337/KEE — Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent — Dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġetti li jista’ jkollhom effetti notevoli fuq l-ambjent”
Fil-Kawża C-263/08,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Mejju 2008, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Ġunju 2008, fil-proċedura
Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening
vs
Stockholms kommun genom dess marknämnd,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, C. Toader, C. W. A. Timmermans, K. Schiemann u L. Bay Larsen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-7 ta’ Mejju 2009,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening, minn P. Schönning u G. Högberg Björck, jur kand, |
— |
għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, K. Petkovska, Ch. Meyer-Seitz u S. Johannesson, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J.-B. Laignelot u P. Dejmek, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-2 ta’ Lulju 2009,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40), kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 85/337”). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn id-Djurgården-Lilla Värtans Miljöskyddsförening (Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent ta’ Djurgården-Lilla Värtans, iktar ’il quddiem il-“Miljöskyddsförening”) u s-Stockholms kommun genom dess marknämnd (il-Komun ta’ Stokkolma, iktar ’il quddiem is-“Stockholms kommun”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt Komunitarju
Id-Direttiva 2003/35
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/35 jgħid li: “Il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus [dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 124, p. 1)] b’mod partikolari billi:
|
Id-Direttiva 85/337
4 |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/337 jipprovdi: “Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva: […]
|
5 |
Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 85/337: “1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi, qabel ma jingħata l-kunsens/approvazzjoni, il-proġetti li x’aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokazzjoni tagħhom jiġu magħmula soġġetti għall-ħtieġa li jkun hemm il-kunsens/approvazzjoni għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom. Dawn il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4. 2. L-istima ta’ l-impatt ambjentali tista’ tkun integrata fi proċeduri eżistenti għal kunsens ta’ proġetti fl-Istati Membri, jew, fin-nuqqas ta’ dan, fi proċeduri oħra jew fi proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti biex ikun hemm konformita ma’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. […] 3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku fl-intier tiegħu jew f’parti minnu mid-dispożizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom:
[…]” |
6 |
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 85/337 jipprovdi: “1. Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għall-stima b’mod konformi ma’ l-Artikoli 5 sa 10. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 2(3), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu permezz ta’:
jekk il-proġett għandux jiġi sottomess għal stima b’mod konformi ma’ l-Artikoli 5 sa 10. L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-(a) u fil-(b). 3. Meta jiġi mwettaq eżami każ b’każ jew jiġu stabbiliti l-għetiebi [il-limiti] jew il-kriterji għall-għan tal-paragrafu 2, għandhom jitqiesu l-kriterji rilevanti tal-għażla ddikjarati fl-Anness III. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak li jkun ġie stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skond il-paragrafu 2 għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.” |
7 |
Il-Punt 11 tal-Anness I għad-Direttiva 85/337 jikkonstata “[e]strazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art jew skemi biex jagħtu l-enerġija mill-ġdid lill-ilma tax-xorb/ta’ taħt l-art artifiċjali fejn il-volum ta’ ilma estratt jew enerġizzat mill-ġdid huwa ekwivalenti għal jew jaqbeż il-10 miljun metru kubu.” |
8 |
Il-Punt 10(l) tal-Anness II għal din id-direttiva, intitolat “Proġetti ta’ Infrastruttura” isemmi, l-“[e]strazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art u skemi biex jagħtu l-enerġija mill-ġdid [ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali] artifiċjalment lill-ilma tax-xorb mhux inklużi fl-Anness I”. |
9 |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 85/337 huwa redatt kif ġej: “[…] 2. Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf, jew b’avviżi pubbliċi jew b’mezzi oħra approprjati bħalma hija l-medja elettronika meta disponibbli, dwar il-materji li ġejjin kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent riferiti fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista’ jiġi pprovvdut b’mod raġjonevoli:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fi kwadri raġjonevoli taż-żmien, dan li ġej għandu jintgħamel disponibbli lill-pubbliku interesat [ikkonċernat]:
4. Il-pubbliku interessat [ikkonċernat] għandu jingħata opportunitajiet minn kmienu u effettivi għalbiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet riferiti fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens fl-iżvilupp [awtorizzazzjoni ta’ proġett]. 5. L-arranġamenti ddettaljati sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf (per eżempju bit-twaħħil tal-kartelluni f’ċertu raġġ jew bil-pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku interessat jiġi kkonsultat (per eżempju b’sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta’ inkjesta pubblika) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 6. Għandhom jiġu pprovvduti kwdari raġjonevoli taż-żmien għall-fażijiet differenti, billi jiġi permess żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf u sabiex il-pubbliku interessat [ikkonċernat] iħejji ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv fit-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.” |
10 |
L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 huwa redatt kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat [ikkonċernat]:
ikollhom aċċess għal rivista [ikunu jistgħu jippreżentaw rikors] quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet. Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat. Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies biżżejjed għall-għan tas-subparagrafi (a) ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-orgnizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet kapaċi li jiġu indebboliti għall-għan tas-subparagrafu (b) ta’ dan l-Artikolu. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista [preliminari quddiem awtorità amminisrattiva u ma għandhomx jaffettwaw il-ħtieġa ta’ l-eżawriment tal-proċeduri tar-rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rivista ġudizzjarja, meta teżisti din il-ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali. Kull proċedura bħal din għandha tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva. Sabiex iżidu l-efettività tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jintgħamel tagħif prattiku disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduiri amministrativi u ġudizzjarji tar-rivista.” |
Id-dritt nazzjonali
11 |
It-tneħħija ta’ ilma ta’ taħt l-art u l-infiltrazzjoni ta’ ilma biex jiżdied il-livell ta’ ilma ta’ taħt l-art kif ukoll it-twettieq ta’ installazzjonijiet għal dawn il-finijiet jikkostitwixxu attivitajiet suġġetti għal awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 2 u 9 tal-Kapitolu 11 tal-Kodiċi tal-Ambjent. Fl-ewwel lok, l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni f’dan il-qasam speċifiku huma eżaminati mill-Awli tal-kawżi ambjentali, skont l-Artikolu 9(b) tal-Kapitolu 11 dan il-kodiċi. Jista’ jsir appell mid-deċiżjonijiet tal-Awli tal-kawżi ambjentali quddiem Awla tal-Appell tal-kawżi ambjentali, li s-sentenzi tagħha jistgħu, min-naħa tagħhom, skont l-Artikoli 1 u 9 tal-Kapitolu 23 ta’ dan il-kodiċi, jiġu appellati quddiem il-Högsta domstolen (Il-Qorti Suprema). |
12 |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jinsabu fil-Kapitolu 6 tal-Kodiċi tal-Ambjent. Huma jipprovdu b’mod partikolari li kull min jixtieq iwettaq xogħlijiet suġġetti għal awtorizzazzjoni għandu jikkonsulta l-länsstryrelsen (awtorità reġjonali), lill-korp ta’ sorveljanza u lill-individwi li probabbilment se jkunu partikolarment ikkonċernati. F’dan il-każ, hija din l-awtorità li għandha tagħti deċiżjoni fuq il-punt dwar jekk l-attività ppjanata jistax ikollha effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent. Jekk hija tiddeċiedi li dan huwa l-każ, il-konsultazzjoni għandha tiġi estiża lil korpi oħrajn tal-Istat kif ukoll lill-komuni, lill-pubbliku u lill-organizzazzjonijiet li jistgħu jkunu kkonċernati. |
13 |
Id-dritt li jiġi ppreżentat rikors huwa rregolat mill-Artikoli 12 u 13 tal-Kapitolu 16 tal-Kodiċi tal-Ambjent. Id-dritt li jiġi ppreżentat rikors min-naħa tal-partijiet fi proċedura ġudizzjarja kif ukoll ta’ ċerti organizzazzjonijiet u awtoritajiet huwa diskuss fl-Artikoli 12 et seq ta’ dan il-Kapitolu 16. L-imsemmi Artikolu 13 jipprovdi li assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet determinati, tippreżenta rikors kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ permess meħuda skont il-Kodiċi tal-Ambjent. |
14 |
Dan l-istess Artikolu 13 jeżiġi li l-assoċjazzjoni tissodisfa tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li hija jkollha bħala għan, skont l-istatuti tagħha, il-protezzjoni tan-natura jew tal-ambjent, li hija tkun eżerċitat l-attività tagħha matul mill-inqas tliet snin fl-Isvezja u li hija ma jkollhiex inqas minn 2000 membru. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
15 |
Is-Stockholms kommun ikkonkluda kuntratt ma’ impriża li tipproduċi l-elettriku bbażat fuq il-kostruzzjoni ta’ mina ta’ tul ta’ madwar 1 km fil-blat, bejn iż-żoni ta’ Hjorthagen u ta’ Fisksjöäng, li jinsabu fil-parti tat-Tramuntana ta’ Djurgården, sabiex iqiegħdu ġo fihom il-linji tal-elettriku billi jissostitwixxu l-linji ta’ tensjoni għolja fuq il-wiċċ tal-art. |
16 |
It-twettieq ta’ dan il-proġett kien jeħtieġ, minn naħa, li tiġi żgurata t-tneħħija tal-ilma ta’ taħt l-art li tinfiltra fil-mina li minna jgħaddu l-kejbils tal-elettriku kif ukoll fil-mina tagħti aċċess għaliha u, min-naħa l-oħra, it-tqegħid, f’ċerti partijiet fiż-żona inkwistjoni, ta’ infrastruttura għat-tneħħia tal-ilma u tal-infiltrazzjoni tagħha fl-art jew fil-blat, sabiex jiġi kkumpensat tnaqqis eventwali fil-livell tal-ilma ta’ taħt l-art. |
17 |
Permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Mejju 2004, il-länsstyrelsen i Stockholms län (l-Awtorità Reġjonali ta’ Stokkolma) ikkonkludiet, wara eżami skont il-Kapitolu 6 tal-Kodiċi tal-Ambjent, fuq il-bażi tal-istima tal-effetti fuq l-ambjent ikkawżati mill-proġett, li l-operazzjoni inkwistjoni seta’ jkollha effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilma ta’ taħt l-art. |
18 |
Permezz ta’ sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2006, il-miljödomstolen vid Stockholms tingsrättla (Awla tal-kawżi dwar l-ambjent tat-tribunal lokali ta’ Stokkolma), skont il-Kapitolu 11 tal-Kodiċi tal-Ambjent, tat awtorizzazzjoni lis-Stockholms kommun sabiex twettaq ix-xogħlijiet inkwistjoni. |
19 |
Il-Miljöskyddsförening appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-Miljööverdomstolen tas-Svea Hovrätt (Awla tal-Appell tal-kawżi dwar l-ambjent tal-Qorti tal-Appell ta’ Svealand), iżda dan l-appell ġie ddikjarat inammissibbli, minħabba li l-Miljöskyddsförening ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni, magħmula mill-Artikolu 13 tal-Kapitolu 16 tal-Kodiċi tal-Ambjent, li jkollha minn tal-inqas 2000 membru sabiex tkun tista’ tappella minn sentenzi u deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-Kodiċi tal-Ambjent. |
20 |
Il-Miljöskyddsförening ippreżentat appell kontra din id-deċiżjoni ta’ inammissibbiltà quddiem il-Högsta Domstolen. |
21 |
Quddiemha, qamet il-kwistjoni dwar jekk il-proġett kontenzjuż kienx jaqa’ taħt id-Direttiva 85/337 bħala proġett imsemmi fil-Punt 10(l) tal-Anness II, peress li dan il-punt kien jidher, skont il-verżjoni bil-lingwa Svediża ta’ din id-direttiva, li kienet qed tillimita ruħha għall-ġbir ta’ ilma ta’ taħt l-art sabiex dan jintuża iktar ’il quddiem. Barra minn hekk, qamet il-kwistjoni dwar liema hi l-portata eżatta tad-dritt għal rikors ġudizzjarju hekk kif previst mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus u jekk il-kundizzjonijiet magħmula fuq dan il-punt mil-liġi Svediża kinux restrittivi wisq. |
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta domstolen iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
23 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju ssaqsi dwar jekk proġett bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux jitqies li jidħol fil-kuntest ta’ “[l]-estrazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art u skemi biex jagħtu l-enerġija mill-ġdid artifiċjalment [ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali] lill-ilma tax-xorb mhux inklużi fl-Anness I” tad-Direttiva 85/337 imsemmija fil-Punt 10(l) tal-Anness II għal din id-direttiva. |
24 |
Skont il-qorti tar-rinviju, it-test tal-Punt 10(l) ta’ dan l-Anness II, fil-verżjoni Svediża tiegħu, jista’ jikkomporta esklużivament il-proġetti ta’ estrazzjoni ta’ ilma ta’ taħt l-art bil-għan li tintuża mill-ġdid iktar ’il quddiem. |
25 |
Jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-bżonn ta’ applikazzjoni u, għalhekk, ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jeskludi li, f’każ ta’ dubju, it-test ta’ dispożizzjoni jiġi kkunsidrat waħdu f’waħda mill-verżjonijiet tiegħu, iżda bil-kontra jeżiġi li jiġi interpretat u applikat fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi uffiċjali oħrajn (sentenzi tad-9 ta’ Marzu 2006, Zuid-Hollandse Milieufederatie u Natuur en Milieu, C-174/05, Ġabra p. I-2443, punt 20, kif ukoll tad-29 ta’ Jannar 2009, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, C-311/06, Ġabra p. I-415, punt 53). |
26 |
Barra minn hekk, il-ħtieġa għal din l-interpretazzjoni teżiġi li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti, id-dispożizzjoni inkwistjoni tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tagħha tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Diċembru 1995, Rockfon, C-449/93, Ġabra p. I-4291, punt 28). |
27 |
Fir-rigward tal-Punt 10(l) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, jirriżulta mill-eżami tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti u, b’mod partikolari, mill-verżjoni Ġermaniża, Ingliża, Spanjola, Finlandiża, Franċiża, Taljana, Olandiża, Pollakka u Portugiża, li din id-dispożizzjoni tinkludi skemi ta’ estrazzjoni u skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid ta’ ilma ta’ taħt l-art li ma jissemmewx fl-Anness I ta’ din id-direttiva, indipendentement mill-għan li jgħid li dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu u, b’mod partikolari, mill-użu li għandu jsir mill-ilma iktar ’il quddiem wara li jkun ġie estratt jew introdott mill-ġdid fl-art. |
28 |
Barra minn hekk, il-Punt 11 tal-Anness I tal-istess direttiva ma tikkonstatax dawn il-kriterji fir-rigward ta’ skemi ta’ estrazzjoni jew skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid ta’ ilma ta’ taħt l-art li jilħqu jew jeċċedu volum annwali ta’ ilma li għandu jiġi estratt jew infiltrat mill-ġdid ta’ 10 miljun metru kubu. |
29 |
Fl-aħħar nett jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 85/337 huwa wiesa’ u l-għan tagħha huwa vast (ara s-sentenza tat-28 ta’ Frar 2008, Abraham et, C-2/07, Ġabra p. I-1197, punt 32 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
30 |
B’hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Punt 10(l) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu skemi ta’ estrazzjoni u ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali ta’ ilma ta’ taħt l-art mhux imsemmija mill-Anness I ta’ din id-direttiva, indipendentement mill-għan tagħhom, li jimplika li huma wkoll inklużi l-iskemi li ma jikkomportawx l-użu tal-ilma iktar ’il quddiem. |
31 |
Fir-rigward ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li proġetti bħal dawk fil-kawża prinċipali li jinvolvu t-tneħħija minn ġo mina għal kejbils tal-elettriku ta’ ilma ta’ taħt l-art li jnixxi fiha u l-infiltrazzjoni (provvista) ta’ ilma fl-art jew f’għolja biex jikkumpensa għal kull tnaqqis fl-ilma ta’ taħt l-art, u l-bini u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet għat-tneħħija u għall-infiltrazzjoni, jaqgħu taħt il-Punt 10(l) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, indipendentement mid-destinazzjoni finali tal-ilma ta’ taħt l-art u, b’mod partikolari, indipendentement mill-fatt dwar jekk l-ilma jintużax jew le iktar ’il quddiem. |
Fuq it-tieni domanda
32 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju ssaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 jfissirx li l-membri tal-pubbliku kkonċernat jistgħux jippreżentaw kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha tribunal, li jappartjeni għall-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru, iddeċieda dwar talba għal awtorizzazzjoni ta’ proġett, meta kellhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fl-evalwazzjoni ta’ din it-talba billi jieħdu sehem fil-proċedura quddiem dan it-tribunal u jsostnu l-pożizzjoni tagħhom f’din l-okkażjoni. |
33 |
Id-Direttiva 85/337, fid-dawl tal-emendi introdotti permezz tad-Direttiva 2003/35 intiżi għall-implementazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, tipprovdi, fl-Artikolu 10a tagħha, b’mod favorevoli għall-membri tal-pubbliku kkonċernat li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet, il-possibbiltà li jippreżentaw rikors quddiem qorti jew organu indipendenti ieħor sabiex jikkontestaw il-legalità, fir-rigward tal-mertu jew tal-proċedura, tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tan-nuqqasijiet li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
34 |
B’hekk, skont din l-istess dispożizzjoni, il-persuni li, fost il-pubbliku kkonċernat, għandhom interess ġuridiku suffiċjenti, jew, jekk meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, isostnu li waħda mill-operazzjonijiet imsemmija mid-Direttiva 85/337 jippreġudikaw id-drittijiet tagħhom, jistgħu jressqu t-tali rikors. |
35 |
Jirriżulta wkoll mill-istess test li kull organizzazzjoni mhux governattiva li taħdem favur il-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa mid-dritt domestiku tissodisfa l-kriterju ta’ pubbliku kkonċernat li jista’ jressaq rikors taħt l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/337, moqri flimkien mal-Artikolu 10a tal-istess direttiva. |
36 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 85/337 jiggarantixxi, b’mod partikolari fil-konfront tal-pubbliku kkonċernat, parteċipazzjoni effettiva fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent fir-rigward tal-proġetti li jista’ jkollhom effetti notevoli fuq l-ambjent. |
37 |
Il-fatt li awtorizzazzjoni ta’ proġett għall-installazzjoni ta’ kejbils tal-elettriku u ta’ estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkostitwixxi deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, toħroġ minn qorti li fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha ta’ natura amministrattiva ma jistax jostakola l-eżerċizzju, minn assoċjazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijet imfakkra fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, u skont il-metodi stabbiliti mid-dritt nazzjonali, tad-dritt għal rikors ta’ din tal-aħħar kontra din id-deċiżjoni. |
38 |
Fil-fatt, minn naħa, il-benefiċċju ta’ dritt għal rikors fis-sens tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 huwa indipendenti min-natura amministrattiva jew ġudizzjarja tal-awtorità responsabbli għad-deċiżjoni jew għall-att ikkontestat. Min-naħa l-oħra, il-parteċipazzjoni fil-proċess deċiżjonali fil-qasam tal-ambjent fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 2(2) u 6(4) tad-Direttiva 85/337 hija separata u għandha għan differenti minn rikors ġudizzjarju, fejn dan tal-aħħar jista’, jekk ikun il-każ, jiġi ppreżentat kontra deċiżjoni meħuda fi tmiem dan il-proċess. Għaldaqstant, din il-parteċipazzjoni ma taffetwax il-kundizzjonijiet għall-preżentata tar-rikors. |
39 |
Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-membri tal-pubbliku kkonċernat fis-sens tal-Artikoli 1(2) u 10a tad-Direttiva 85/337, għandhom ikollhom il-possibbiltà li jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha, tribunal, li jappartjeni għall-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru, ikun iddeċieda dwar talba għal awtorizzazzjoni ta’ proġett, ikun liema jkun ir-rwol li seta’ kellhom fl-eżami ta’ din it-talba billi jkunu ħadu sehem fil-proċedura quddiem dan it-tribunal u billi jkunu sostnew il-pożizzjoni tagħhom f’din l-okkażjoni. |
Fuq it-tielet domanda
40 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju, essenzjalment, tipprova tikkonstata jekk, fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-Artikoli 6(4) u 10a tad-Direttiva 85/337, l-Istati Membri jistgħu jipprovdi li assoċjazzjonijiet żgħar lokali għall-protezzjoni tal-ambjent jipparteċipaw fil-proċess deċiżjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva mingħajr madankollu ma jibbenefikaw mid-dritt li jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni meħuda fi tmiem dan il-proċess. |
41 |
Jidher mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll mid-diskussjonijiet li seħħew matul is-seduta pubblika, li din id-domanda hija b’mod partikolari mmotivata mill-eżistenza, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, tar-regola li tgħid li hija biss assoċjazzjoni li għandha minn tal-inqas 2000 membru li tista’ tippreżenta rikors kontra deċiżjoni meħuda fil-qasam tal-ambjent. |
42 |
Jirriżulta mid-Direttiva 85/337 li din tagħmel distinzjoni bejn, minn naħa, il-pubbliku kkonċernat permezz ta’ waħda mill-operazzjonijiet li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha b’mod ġenerali u, min-naħa l-oħra, fi ħdan dan il-pubbliku kkonċernat, subkategorija ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li, fid-dawl tal-pożizzjoni partikolari tagħhom fil-konfront tal-operazzjoni inkwistjoni għandhom, skont l-Artikolu 10a tagħha, jingħataw id-dritt li jikkontestaw id-deċiżjoni li tippermettiha. |
43 |
Din id-direttiva tirreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li għalihom tista’ tkun suġġetta l-ammissibbiltà tal-kawża mressqa. Dawn jistgħu jkunu ta’ “interess biżżejjed [interess ġuridiku suffiċjenti]” jew “indebboliment ta’ dritt”, fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali normalment tirreferi għal waħda jew oħra minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet. |
44 |
Fir-rigward tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu favur l-ambjent, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/337, moqri flimkien mal-Artikolu 10a tagħha, jeżiġi li dawk fosthom li “jissodisfaw kull ħtieġa taħt il-liġijiet nazzjonali” għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom “interess biżżejjed [interess ġuridiku suffiċjenti]” jew li għandhom wieħed mid-drittijiet li fil-konfront tagħhom operazzjoni li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tista’ tikkawża preġudizzju. |
45 |
Jekk huwa minnu li dan l-aħħar artikolu, bir-referenza li jagħmel għall-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, iħalli lil-leġiżlaturi nazzjonali r-responsabbiltà li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex organizzazzjoni mhux governattiva li taħdem favur l-ambjent bħala assoċjazzjoni tista’ tgawdi mid-dritt għal rikors fil-kundizzjonijiet imfakkra iktar ’il fuq, ir-regoli nazzjonali kkonċernati għandhom, minn naħa, jiżguraw “aċċess [wiesa’] […] quddiem qorti tal-ġustizzja” u, min-naħa l-oħra, jagħtu effett utli lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/337 li jikkonċernaw id-dritt għar-rikorsi ġudizzjarji. B’hekk, dawn ir-regoli nazzjonali ma għandhomx jagħtu lok għar-riskju li jneħħu kull portata mid-dispożizzjonijiet Komunitarji li jgħidu li dawk li għandhom interess suffiċjenti sabiex jikkontestaw proġett ta’ xogħlijiet u dawk li lilhom dan il-proġett jikkawżalhom preġudizzju, bħall-assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent, għandhom ikollhom locus standi quddiem il-qrati kompetenti. |
46 |
Minn dan l-aspett, liġi nazzjonali tista’ teżiġi li t-tali assoċjazzjoni, li jkollha l-intenzjoni li tikkontesta b’mod ġudizzjarju proġett li jaqa’ taħt id-Direttiva 85/337, ikollha għan soċjali marbut mal-protezzjoni tan-natura u tal-ambjent. |
47 |
Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li l-kundizzjoni li tgħid li assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent għandu jkollha numru minimu ta’ membri tista’ tirriżulta rilevanti biex tiġi żgurata r-realtà tal-eżistenza tagħha u tal-attività tagħha. In-numru ta’ membri meħtieġa ma jistax madankollu jiġi ffissat mil-liġi nazzjonali fuq livell li jmur kontra l-għanijiet tad-Direttiva 85/337 u b’mod partikolari ta’ dak li jiġi faċilment permess il-kontroll ġudizzjarju tal-operazzjonijiet li jirriżultaw minnu. |
48 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, jekk id-Direttiva 85/337 tipprovdi li l-membri tal-pubbliku kkonċernat li għandhom interess suffiċjenti li jikkontestaw operazzjoni jew li din l-operazzjoni tista’ tippreġudika d-drittijiet tagħhom għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni li tawtorizzaha, din id-direttiva mkien ma tippermetti li jiġu limitati l-possibbiltajiet ta’ rikors minħabba li l-persuni kkonċernati diġà setgħu jsostnu l-fehmiet tagħhom matul il-fażi ta’ parteċipazzjoni fil-proċess deċiżjonali taħt l-Artikolu 6(4) tagħha. |
49 |
B’hekk, iċ-ċirkustanza, sostnuta mir-Renju tal-Isvezja, li tgħid li r-regoli nazzjonali jiftħu kunsiderevolment il-possibbiltà li wieħed jipparteċipaw mill-istadju inizzjali tal-proċedura tal-eleborazzjoni tad-deċiżjoni li tikkonċerna operazzjoni assolutament ma tiġġustifikax li r-rikors ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni meħuda meta din il-proċedura tintemm ikun possibbli biss taħt kundizzjonijiet restrittivi. |
50 |
Barra minn hekk, id-Direttiva 85/337 ma tikkonċernax esklużivament operazzjonijiet ta’ skala reġjonali jew nazzjonali, iżda wkoll operazzjonijiet ta’ daqs iżgħar li l-assoċjazzjonijet reġjonali huma f’qagħda aħjar li jindirizzaw. Issa, kif tosserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tagħha, ir-regola inkwistjoni tal-leġiżlazzjoni Svediża hija tali li ċċaħħad, sostanzjalment, l-assoċjazzjonijiet lokali minn kull rikors ġudizzjarju. |
51 |
Huwa minn li l-Gvern Svediż, li jirrikonoxxi li, attwalment, jeżistu biss żewġ assoċjazzjonijiet li għandhom minn tal-inqas 2000 membru u li b’hekk jissodisfaw il-kundizzjoni magħmula fl-Artikolu 13 tal-Kapitolu 16 tal-Kodiċi tal-Ambjent, sostna li assoċjazzjonijiet lokali jistgħu jirreferu għal waħda minn dawn iż-żewġ assoċjazzjonijiet u jitolbuhom sabiex jippreżentaw rikors. Madankollu din is-sempliċi possibbiltà mhijiex tali li tissodisfa l-ħtiġijiet tad-Direttiva 85/337 peress li, minn naħa, jista’ jkun li dawn l-assoċjazzjonijiet awtorizzati ma jkollhomx l-istess interess li jindirizzaw operazzjoni ta’ daqs limitat, filwaqt li min-naħa l-oħra, teżisti l-probabbiltà li jitressqu bosta talbiet lil dawn l-assoċjazzjonijiet f’dan is-sens, u f’dan il-kuntest ikollhom neċessarjament iwettqu selezzjoni skont kriterji li ma jkunu suġġetti għal ebda verifika. Fl-aħħar nett, din is-sistema tagħti lok, min-natura tagħha nnifisha, għal selezzjoni tar-rikorsi fil-qasam tal-ambjent li tmur direttament kontra l-ispirtu ta’ din id-direttiva li, kif ġie mfakkar fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, għandha bħala għan li tiżgura l-implementazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. |
52 |
Għaldaqstant, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva d-dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra deċiżjoni li tirrigwarda operazzjoni partikolari li tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biss fil-konfront ta’ assoċjazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent li għandhom minn tal-inqas 2000 membru tmur kontra l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337. |
Fuq l-ispejjeż
53 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.