EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62008CO0519

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-24 ta' April 2009.
Archontia Koukou vs Elliniko Dimosio.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Monomeles Protodikeio Athinon - il-Greċja.
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 5 u 8 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss - Kuntratt ta' impjieg għal żmien fiss fis-settur pubbliku - Kuntratti suċċessivi - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni għall-ħaddiema - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-abbużi - Sanzjonijiet - Projbizzjoni assoluta tat-tibdil tal-kuntratti ta' impjieg għal żmien fiss f'kuntratti ta' impjieg permanenti fis-settur pubbliku - Konsegwenzi ta' traspożizzjoni inkorretta ta' direttiva - Interpretazzjoni konformi.
Kawża C-519/08.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:269





Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal‑24 ta’ April 2009 – Koukou vs Elliniko Dimosio

(Kawża C‑519/08)

“L‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 104(3) tar‑Regoli tal‑Proċedura – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Klawżoli 5 u 8 tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat – Kuntratti għal żmien determinat fis‑settur pubbliku – Kuntratti suċċessivi – Tnaqqis tal‑livell ġenerali ta’ protezzjoni għall‑ħaddiema – Miżuri intiżi li jipprevjenu l‑abbużi – Sanzjonijiet – Projbizzjoni assoluta li kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jinbidlu f’kuntratti għal żmien indeterminat fis‑settur pubbliku – Konsegwenzi ta’ traspożizzjoni inkorretta ta’ direttiva – Interpretazzjoni konformi”

1.                     Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix‑xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Miżuri intiżi li jipprevjenu l‑użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat – (Direttiva tal‑Kunsill 1999/70, Anness, Klawżoli 5(1)(a) u 8(3)) (punti 48, 59, 72, 81, 91, 102, 133, u d‑dispożittivi 1‑6, 8)

2.                     Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP dwar ix‑xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Projbizzjoni ta’ tnaqqis tal‑livell ġenerali ta’ protezzjoni għall‑ħaddiema fil‑qasam kopert mill‑imsemmi ftehim (Direttiva tal‑Kunsill 1999/70, Anness, Klawżoli 5(1) u 8(3)) (punt 124 u d‑dispożittiv 7)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Monomeles Protodikeio Athinon – Interpretazzjoni tal‑klawżoli 5 u 3 tal‑Anness tad‑Direttiva 1999/70/KE tal‑Kunsill, tat‑28 ta’ Ġunju 1999, dwar il‑ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill‑ETUC, mill‑UNICE u mis‑CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p.368) – Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it‑tiġdid indefinit ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat – Obbligu, impost mil‑leġiżlazzjoni nazzjonali, li jiġu konklużi dawn il‑kuntratti – Projbizzjoni li tiġi adottata leġiżlazzjoni għat‑traspożizzjoni li tnaqqas il‑livell ta’ protezzjoni għall‑ħaddiema – Kunċett ta’ deterjorament.

Dispożittiv

1)

Il‑Klawżola 5(1)(a) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat], konkluż fit‑18 ta’ Marzu 1999, li jidher fl‑Anness tad‑Direttiva tal‑Kunsill 1999/70/KE, tat‑28 ta’ Ġunju 1999, dwar il‑ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill‑ETUC, mill‑UNICE u miċ‑CEEP, għandha tiġi interpretata fis‑sens li tipprekludi l‑użu ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat li jiġi ġġustifikat biss mill‑fatt li l‑użu ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat huwa stabbiliti minn dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari ġenerali ta’ Stat Membru. Bil‑kontra ta’ dan, il‑kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”, fis‑sens tal‑imsemmija klawżola, jeżiġi li l‑użu ta’ din it‑tip partikolari ta’ relazzjoni ta’ xogħol, kif stabbilit bil‑leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġi ġġustifikat bl‑eżistenza ta’ elementi konkreti li jirrigwardaw b’mod partikolari l‑attività inkwistjoni u l‑kundizzjonijiet tal‑eżerċizzju tagħha.

2)

Il‑Klawżola 5(1) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis‑sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil‑kawża prinċipali li, filwaqt li timponi, bis‑saħħa ta’ miżuri preventivi kontra l‑użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, l‑osservanza tat‑tul massimu totali ta’ dawn il‑kuntratti, tistabbilixxi, fir‑rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, eċċezzjonijiet għal din l‑aħħar limitazzjoni meta dawn il‑ħaddiema jibbenefikaw tal‑inqas minn waħda mill‑miżuri preventivi stabbiliti fl‑imsemmija klawżola.

3)

Il‑Klawżola 5(1) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis‑sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil‑kawża prinċipali li tistabbilixxi, bis‑saħħa ta’ miżuri li jipprojbixxu l‑użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, il‑ħlas ta’ pagi u l‑ħlas ta’ kumpens kif ukoll sanzjonijiet kriminali u dixxiplinari, sa fejn, ħaġa li hija l‑qorti tar‑rinviju li għandha tivverifika, il‑kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni kif ukoll l‑implementazzjoni effettiva tad‑dispożizzjonijiet rilevanti tad‑dritt nazzjonali jikkostitwixxu miżura adegwata sabiex jiġi ssanzjonat l‑użu abbużiv mill‑amministrazzjoni pubblika ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat.

4)

Il‑Klawżola 5(1) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis‑sens li, sa fejn fis‑sistema legali nazzjonali tal‑Istat Membru ma jkunx hemm, fis‑settur pubbliku, miżuri oħra effettivi sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il‑każ, issanzjonat l‑użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, ħaġa li hija l‑qorti tar‑rinviju li għandha tivverifika, hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil‑kawża prinċipali, peress li hija ma tkunx applikabbli ratione temporis għal kuntratti suċċessivi għal żmien determinat li jkunu ġew konklużi jew imġedda wara l‑iskadenza tal‑perijodu stabbilit mid‑Direttiva 1999/70, għat‑traspożizzjoni tagħha meta huma ma kinux validi fid‑data tad‑dħul fis‑seħħ ta’ din il‑leġiżlazzjoni jew fi kwalunkwe mument matul perijodu ta’ tliet xhur qabel din id‑data.

5)

Fiċ‑ċirkustanzi bħal dawk fil‑kawża prinċipali, il‑Klawżola 5(1) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis‑sens li, meta s‑sistema legali nazzjonali tal‑Istat Membru jkollha, fis‑settur inkwistjoni, miżuri oħra effettivi sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il‑każ, issanzjonat l‑użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat fl‑istess sens tal‑punt 1, hija ma tipprekludix l‑applikazzjoni ta’ regola fid‑dritt nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut, għas‑settur pubbliku biss, il‑bdil f’kuntratti għal żmien indeterminat ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi li, peress illi jkollhom l‑għan li jissodisfaw l‑eżiġenzi permanenti u dewwiema ta’ min qiegħed jimpjega, għandhom jitqiesu li huma abbużivi. Madankollu, hija l‑qorti tar‑rinviju li għandha tevalwa sa fejn il‑kundizzjonijiet applikabbli kif ukoll l‑implementazzjoni effettiva tad‑dispożizzjonijiet rilevanti tad‑dritt nazzjonali jikkostitwixxu miżura adegwata sabiex jiġi evitat u, jekk ikun il‑każ, issanzjonat, l‑użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat mill‑awtorità pubblika.

6)

Il‑Klawżola 5(1) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis‑sens li hija ma tipprekludix, fil‑prinċipju, li l‑kawżi li jirrigwardaw l‑użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat jaqgħu taħt il‑kompetenza esklużiva tal‑qrati amministrattivi. Madankollu, hija l‑qorti tar‑rinviju li għandha tiżgura, fid‑dawl tal‑osservanza tal‑prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, li d‑dritt ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jiġi ggarantit.

7)

Il‑Klawżola 8(3) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] għandha tiġi interpretata fis‑sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil‑kawża prinċipali li tistabbilixxi, għal finijiet tal‑konstatazzjoni tal‑eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat, kundizzjonijiet supplimentari meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fid‑dritt nazzjonali preċedenti, bħalma huwa, b’mod partikolari, l‑Artikolu 8(3) tal‑Liġi 2112/1920 dwar ix‑xoljiment obbligatorju ta’ kuntratt ta’ xogħol ta’ ħaddiema fis‑settur privat, meta dawn il‑kundizzjonijiet, li għandhom jiġu vverifikati mill‑imsemmija qorti, jaffettwaw kategorija limitata ta’ ħaddiema li jkunu kkonkludew kuntratt għal żmien determinat jew ikunu kkumpensati permezz tal‑adozzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu l‑użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat fis‑sens tal‑Klawżola 5(1) tal‑imsemmi Ftehim Qafas.

8)

Sa fejn huwa possibbli, il‑qorti tar‑rinviju għandha tagħti lid‑dispożizzjonijiet rilevanti fid‑dritt nazzjonali interpretazzjoni konformi mal‑Klawżoli 5(1) u 8(3) tal‑Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat], kif ukoll tiddetermina, f’dan il‑kuntest, jekk dispożizzjoni tad‑dritt nazzjonali, bħall‑Artikolu 8(3) tal‑Liġi 2112/1920, għandhiex tiġi applikata fil‑kawża prinċipali minflok ċerti dispożizzjonijiet oħra f’dan id‑dritt.

Fuq