Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62007CJ0523
Judgment of the Court (Third Chamber) of 2 April 2009.#A.#Reference for a preliminary ruling: Korkein hallinto-oikeus - Finland.#Judicial cooperation in civil matters - Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in matrimonial matters and the matters of parental responsibility - Regulation (EC) No 2201/2003 - Substantive scope - Definition of ‘civil matters’ - Decision relating to the taking into care and placement of children outside the family home - Child’s habitual residence - Protective measures - Jurisdiction.#Case C-523/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-2 ta' April 2009.
A.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Korkein hallinto-oikeus - il-Finlandja.
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċetti ta’ ‘materji ċivili’ - Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali - Residenza abitwali tal-minuri - Miżuri protettivi - Ġurisdizzjoni.
Kawża C-523/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-2 ta' April 2009.
A.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Korkein hallinto-oikeus - il-Finlandja.
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċetti ta’ ‘materji ċivili’ - Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja originali - Residenza abitwali tal-minuri - Miżuri protettivi - Ġurisdizzjoni.
Kawża C-523/07.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:225
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
2 ta’ April 2009 ( *1 )
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Kunċett ta’ ‘materji ċivili’ — Deċiżjoni dwar il-kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja oriġinali — Residenza abitwali tal-minuri — Miżuri kawtelatorji — Ġurisdizzjoni”
Fil-Kawża C-523/07,
li għandha bħala suġġett talba għal domanda preliminari skont l-Artikoli 68 KE u 234 KE, imressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess ġurnata, fil-kawża mibdija minn
A,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn A. Rosas, President tal-Awla, A. Ó Caoimh, J. N. Cunha Rodrigues (Relatur), U. Lõhmus u P. Lindh, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-22 ta’ Ottubru 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski u A. Guimaraes-Purokoski, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u J. Kemper, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Elleniku, minn T. Papadopoulou, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn R. Adam, bħala aġent, assistit minn W. Ferrante, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn V. Jackson, bħala aġent, assistita minn C. Howard, QC, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn P. Aalto u V. Joris, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-29 ta’ Jannar 2009,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, iktar ’il quddiem ir-“Regolament”). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest tar-rikors ippreżentata minn A, omm it-tfal C, D u E, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kuopion hallinto-oikeus [tribunal amministrattiv ta’ Kuopio (il-Finlandja)] li kkonfermat id-deċiżjoni li permezz tagħha l-perusturvalautakunta (Kummissjoni għall-garanzija tad-drittijiet soċjali fundamentali, iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni għall-garanzija”) ipproċediet għat-teħid urġenti tal-kura ta’ dawn it-tfal u għat-tqegħid tagħhom f’istitut professjonali fejn jilqgħu lit-tfal. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt Komunitarju
3 |
Il-premessi 12 u 13 tar-Regolament huma fformulati kif ġej:
|
4 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament jiddisponi: “1. Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta’ l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar: […]
|
5 |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament jipprovdi: “Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.” |
6 |
L-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej: “Fejn ir-residenza abitwali ta’ l-minuri ma tistax tiġi stabbilita u l-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata dwar il-bażi ta’ l-Artikolu 12, il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn il-minuri huma preżenti għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni.” |
7 |
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament jiddisponi: “B’mod ta’ eċċezzjoni, il-qrati ta’ xi Stat Membru li għandhom il-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza ta’ l-kwistjoni jistgħu, jekk jikkunsidraw li qorti ta’ Stat Membru ieħor, li magħha l-minuri għandu konnessjoni partikolari, u fejn dan huwa fl-aħjar interessi ghall-minuri, tkun f’pożizzjoni aħjar biex jisimgħu l-każ, jew parti speċifika minnu:
|
8 |
Skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament: “Fejn qorti ta’ Stat Membru għandha l-pussess dwar każ li m’għandiex il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament u dwar liema xi qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, għandha tiddikjara b'mozzjoni proprja li m’għandhiex ġurisdizzjoni.” |
9 |
L-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament jiddisponi: “F’każijiet urgenti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mhux se jħallu l-qrati ta’ Stat Membru milli jieħu dawk il-miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi [kawtelatorji] fir-rigward ta’ persuni jew assi f’dak l-Istat kif huma disponibbli taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anke jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni nkwantu għas-sustanza ta’ l-kwistjoni.” |
10 |
L-Artikolu 53 tar-Regolament jistabbilixxi: “Kull Stat Membru għandu jiddenomina wieħed jew aktar mill-awtoritajiet ċentrali biex jassistu bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandu jispeċifika l-ġurisdizzjoni ġeografika jew funżjonali ta’ kull wieħed. Fejn Stat Membru ddenomina aktar minn awtorità ċentrali waħda, il-komunikazzjonijiet għandhom normalment jiġu mibgħuta direttament lill-awtorità ċentrali rilevanti li għandha l-ġurisdizzjoni. Fejn il-komunikazzjoni tiġi mibgħuta lill-awtorità ċentrali mingħajr ġurisdizzjoni, din ta’ l-aħħar għandha tkun responsabbli biex tibgħata lill-awtorità ċentrali bil-ġurisdizzjoni u li tinforma lil min bagħtaha skond dan.” |
11 |
L-Artikolu 55 ta’ dan ir-regolament jipprovdi b’mod partikolari: “L-awtoritajiet ċentrali għandhom, fuq talba minn awtorità ċentrali ta’ Stat Membru ieħor jew minn min għandu r-responsabbilità tal-ġenituri, jikkoperaw dwar il-każijiet speċifiċi biex jakkwistaw l-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, għandhom, jaġixxu direttament jew permezz ta’ l-awtoritajiet pubbliċi jew ta’ korpi oħra, jieħdu l-passi neċessarji kollha skond il-liġi ta’ dak l-Istat Membru fi kwistjonijiet tal-protezzjoni personali tad-data biex:
[…]
[…]” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
12 |
Skont l-Artikolu 15(1) tal-liġi dwar l-għajnuna soċjali [sosiaalihuoltolaki (710/1982), iktar ’il quddiem il-“Liġi 710/1982”)], fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, f’każijiet urġenti jew fejn iċ-ċirkustanzi jirrikjedu dan, il-komun għandu wkoll jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-kura fi ħdan l-istituzzjoni u ta’ servizzi soċjali oħra għal persuni li jirrisjedu fil-komun iżda li mhumiex domiċiljati hemmhekk. |
13 |
Permezz tal-Artikolu 16 tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-minuri [lastensuojelulaki (683/1983), iktar ’il quddiem il-“Liġi 683/1983”)], fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, korp ta’ azzjoni soċjali tal-komun għandu jieħu miżuri immedjati ta’ għajnuna meta l-kundizzjonijiet li fihom ikun qed jikber il-minuri jew l-adoloxxent jheddu jew ma jipproteġixxux saħħtu jew l-iżvilupp tiegħu. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
14 |
Matul ix-xahar ta’ Diċembru 2001, it-tfal C, D u E stabbilew ruħhom fl-Isvezja, flimkien ma’ ommhom, A, kif ukoll mal-missier tar-rispett tat-tfal, F. Qabel, D u E kienu ttieħdu taħt il-kura tal-belt ta’ X, fil-Finlandja. Dan it-teħid taħt il-kura kien motivat mill-vjolenza tal-missier tar-rispett tagħhom, u wara, ġie sospiż. Matul is-sajf 2005, din il-familja telqet mill-Isvezja sabiex tgħaddi l-vaganzi fil-Finlandja. Hija baqgħet fit-territorju Finlandiż, billi toqgħod f’karavans, f’diversi kampijiet, mingħajr mat-tfal kienu jmorru l-iskola. Fit-30 ta’ Ottubru 2005, din il-familja għamlet talba lis-servizzi soċjali tal-belt Y (il-Finlandja) sabiex tikseb akkomodazzjoni soċjali. |
15 |
B’deċiżjonijiet tal-kummissjoni ta’ garanzija tas-16 ta’ Novembru 2005, adottati abbażi tal-Liġi 683/1983, it-tfal C, D u E ttieħdu b’urġenza taħt il-kura u tqiegħdu ma’ familja tar-rispett fil-Finlandja minħabba li kienu ġew abbandunati. |
16 |
A u F talbu li jitħassru d-deċiżjonijiet dwar it-teħid urġenti tal-kura. |
17 |
Bid-deċiżjonijiet tal-15 ta’ Diċembru 2005 il-kummissjoni ta’ garanzija ċaħdet it-talba għal annullament imressqa u, skont l-Artikolu 16 tal-Liġi 683/1983, ħadet il-kura tat-tfal u ordnat it-tqegħid tagħhom f’istitut professjonali fejn jilqgħu lit-tfal. |
18 |
A ppreżentat rikors quddiem il-Kuopion hallinto-oikeus, għall-annullament ta’ dawn id-deċiżjonijiet u sabiex tingħata lura l-kustodja tat-tfal tagħha. A ppreċiżat li, minn meta telqet mill-Isvezja flimkien ma’ F f’nofs Novembru 2005, it-tfal tagħha baqgħu ġewwa l-Finlandja fid-dar ta’ oħt il-missier tar-rispett tat-tfal. B’deċiżjoni tal-25 ta’ Ottubru 2006, din il-qorti ċaħdet dan ir-rikors u kkonfermat id-deċiżjonijiet ikkontestati. Hija mmotivat id-deċiżjoni tagħha billi enfasizzat li, fid-dawl tal-Artikolu 15(1) tal-Liġi 710/1982, il-kummissjoni ta’ garanzija intervjeniet fi kwistjoni li kienet taqa’ taħt il-kompetenzi tagħha. Din il-qorti żiedet li l-kundizzjonijiet li fihom kienu qed jgħixu t-tfal ikkonċernati kienu qegħdu b’mod serju fil-perikolu l-istat fiżiku tagħhom, saħħithom u l-iżvilupp tagħhom. Il-miżuri fuq il-kura u l-kustodja ta’ dawn it-tfal ippermettielhom jirċievu l-kura psikjatrika li kienu jeħtieġu u tathom il-possibbiltà ta’ tagħlim fi skola kif ukoll ambjent protett u stabbli. |
19 |
A appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-Korkein hallinto-oikeus (Qorti Amministrattiva Suprema), fejn allegat in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet Finlandiżi. F’dan ir-rigward, A indikat li t-tfal C, D u E għandhom, sa mit-2 ta’ April 2007, il-kwalifika ta’ ċittadini Svediżi li għandhom ir-residenza permanenti tagħhom għal żmien twil fl-Isvezja. Għalhekk, konsegwentement jirriżulta li l-kawża taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Svediżi. |
20 |
Billi hemm bżonn tal-interpretazzjoni tar-Regolament sabiex tkun tista’ tiddeċiedi fuq il-kwistjoni quddiemha, il-Korkein hallinto-oikeus iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Gustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
21 |
Din id-domanda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1(1) tar-Regolament għandux jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, huwa japplika għal deċiżjoni unika li tordna t-teħid immedjat taħt kura kif ukoll it-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu, u, min-naħa l-oħra, din id-deċiżjoni tirriżulta mill-kunċett ta’ “materji ċivili”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dik id-deċiżjoni tkun adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija. |
22 |
Din id-domanda ġiet magħmula mill-istess qorti tar-rinviju, hija bbażata fuq l-istess motivazzjoni u hija fformulata eżattament fl-istess kliem bħal dik li tat lok għas-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2007, C (C-435/06, Ġabra p. I-10141). F’dawn iċ-ċirkstanzi, hija għandha tingħata l-istess risposta bħal dik mogħtija lill-ewwel domanda tas-sentenza C, iċċitata iktar ’il fuq. |
23 |
Fil-fatt, l-Artikolu 2(7) tar-Regolament jistabbilixxi li r-responsabbilità tal-ġenituri tinkludi d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà tal-minuri li huma moghtija lil persuna fiżika jew persuna legali b’deċiżjoni, bl-operazzjoni tal-liġi jew b’xi ftehim li għandu effetti legali. |
24 |
Skont l-Artikolu 1(2)(d) tar-Regolament, it-tqegħid tal-minuri ma’ familja tar-rispett jew f’kustodja istituzzjonali tagħmel parti mill-oqsma li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri. |
25 |
Barra minn dan, mill-premessa 5 tar-Regolament jirriżulta li, sabiex l-ugwaljanza għal minuri kollha tiġi żgurata, dan ir-regolament ikopri d-deċizjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri, inklużi l-miżuri ta’ protezzjoni għall-minuri. |
26 |
Deċiżjoni ta’ teħid taħt kura ta’ minuri, bħal dik fil-kawża prinċipali, naturalment, taqa’ fil-kuntest ta’ azzjoni pubblika li l-għan tagħha huwa li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ protezzjoni u ta’ assistenza tal-minuri. |
27 |
F’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ “materji ċivili”, dan għandu jkun interpretat fis-sens li jista’ wkoll jinkludi miżuri li, mill-perspetiva tad-dritt ta’ Stat Membru, jaqa’ taħt id-dritt pubbliku. |
28 |
Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mill-premessa 10 tar-Regolament, li tgħid li dan ir-regolament mhuwiex maħsub biex japplika “[għall-]miżuri pubbliċi ta’ natura ġenerali fi kwistjonijiet ta’ edukazzjoni jew saħħa”. Din l-esklużjoni tikkonferma li l-leġiżlatur Komunitarju ma kienx bi ħsiebu jeskludi l-miżuri kollha li jaqgħu taħt id-dritt pubbliku tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. |
29 |
Huwa meħtieġ li lill-ewwel domanda tingħata r-risposta li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni unika li tordna t-teħid immedjat taħt kura u t-tqegħid ta’ minuri barra mill-familja oriġinali tiegħu, meta dik id-deċiżjoni tiġi adottata fil-kuntest tar-regoli tad-dritt pubbliku dwar il-protezzjoni tat-tfulija, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq it-tieni domanda
30 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-kunċett ta’ “residenza abitwali” fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament, b’mod partikolari f’sitwazzjoni li fiha minuri jkollu residenza permanenti fi Stat Membru iżda jirrisjedi fi Stat Membru ieħor fejn fih ma jkollux residenza fissa. |
31 |
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament jistabbilixxi l-prinċipju li l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri f’materji ta’ responsabbilità tal-ġenituri hija stabbilita skont il-post fejn tinsab ir-residenza abitwali tal-minuri fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess, iżda mingħajr ma tiddefinixxi l-kontenut ta’ dan il-kunċett. |
32 |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament, fejn ir-residenza abitwali tal-minuri ma tistax tiġi stabbilita, il-qrati tal-Istat Membru fejn il-minuri huma preżenti għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni. |
33 |
Għalhekk, il-preżenza fiżika tal-minuri fi Stat Membru, sa fejn din hija regola tal-ġurisdizzjoni sussidjarja fir-rigward ta’ dik stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament, waħedha mhijiex biżżejjed sabiex tistabbilixxi r-residenza abitwali tal-minuri. |
34 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, jirriżulta mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju kif ukoll tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju, li ma jinvolvu ebda riferiment espress għal-liġi tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tiegħu, għandu normalment ikollhom, fil-Komunità Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħed in kunsiderazzjoni l-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-18 ta’ Jannar 1984, Ekro, 327/82, Ġabra p. 107, punt 11, kif ukoll tas-6 ta’ Marzu 2008, Nordania Finans u BG Factoring, C-98/07, Ġabra p. I-1281, punt 17). |
35 |
Billi l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ma jagħmel l-ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tal-portata tal-kunċett ta’ “residenza abitwali”, din għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-kuntest tad-dispożizzjonijiet u tal-għan tar-Regolament, b’mod partikolari dak li jirriżulta mill-premessa 12 tiegħu, li tgħid li r-regoli rigward ġurisdizzjoni li jistabbilixxi huma magħmula fl-aqwa interessi tal-minuri u b’mod partikolari tal-kriterju ta’ qrubija. |
36 |
Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ “residenza abitwali” f’oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-15 ta’ Settembru, 1994, Magdalena Fernández vs Il-Kummissjoni, C-452/93 P, Ġabra p. I-4295, punt 22, tal-11 ta’ Novembru 2004, Adanez-Vega, C-372/02, Ġabra p. I-10761, punt 37, u tas-17 ta’ Lulju 2008, Kozłowski, C-66/08, Ġabra p. I-6041), ma għandhiex tiġi direttament trasposta fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-residenza abitwali tal-minuri, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament. |
37 |
Ir-“residenza abitwali” tal-minuri, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament, għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi fattwali kollha li huma partikolari għal kull każ. |
38 |
Minbarra l-preżenza fiżika tal-minuri fi Stat Membru, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra li jistgħu jindikaw li din il-preżenza fl-ebda mod ma hija waħda ta’ natura temporanja jew okkażjonali u li r-residenza tal-minuri tirrifletti ċerta integrazzjoni f’ambjent soċjali u familjari. |
39 |
B’mod partikolari għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tul, ir-regolarità, il-kundizzjonijiet u r-raġunijiet tar-residenza fit-territorju ta’ Stat Membru u tat-trasferiment tal-familja f’dan l-Istat, iċ-ċittadinanza tal-minuri, il-post u l-kundizzjonijiet ta’ tagħlim, il-konoxxenzi lingwistiċi kif ukoll ir-rapporti familjari u soċjali tal-minuri f’dan l-Istat. |
40 |
Hekk kif l-Avukat Ġenerali qieset fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tagħha, l-intenzjoni tal-ġenituri li jistabbilixxu ruħhom mal-minuri fi Stat Membru ieħor, permezz ta’ miżuri tanġibbli, bħall-akkwist jew il-kirja ta’ reżidenza fl-Istat Membru tat-trasferiment, tista’ tindika l-intenzjoni ta’ bidla fir-residenza abitwali. Indikazzjoni oħra tista’ tkun ikkostitwita permezz ta’ talba għal akkomodazzjoni soċjali mingħand id-dipartiment ikkonċernat ta’ dan l-Istat. |
41 |
Min-naħa l-oħra, iċ-ċirkustanza li l-minuri jirrisjedu fi Stat Membru fejn, matul perijodu qasir, ikollhom ħajja ta’ persuna li ma għandhiex residenza fissa tista’ tikkostitwixxi indikazzjoni li r-residenza abitwali ta’ dawn il-minuri mhijiex f’dan l-Istat. |
42 |
Huwa fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-punti 38 sa 41 ta’ din is-sentenza u fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni sħiħa li l-qorti nazzjonali għandha tistabbilixxi l-post tar-residenza abitwali tal-minuri. |
43 |
Mhuwiex madankollu eskluż li, wara din l-evalwazzjoni, ikun impossibbli li jiġi stabbilit l-Istat Membru li fih tinsab ir-residenza abitwali tal-minuri. F’każ eċċezzjonali bħal dan, u jekk ma jkunx japplika l-Artikolu 12 tar-Regolament, li jirrigwarda l-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali għal kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-responsabbilità tal-ġenituri meta dawn il-kwisjtonijiet ikunu marbuta ma’ talba għal divorzju, separazzjoni legali tal-konjuġi jew annullament ta’ żwieġ, il-qrati nazzjonali tal-Istat Membru li fih jinsab il-minuri għandu l-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament. |
44 |
Konsegwentement, lit-tieni domanda għandha tingħata r-risposta li l-kunċett ta’ “residenza abitwali”, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li din ir-residenza tikkorrispondi mal-post li jirrifletti ċerta integrazzjoni tal-minuri f’ambjent soċjali u familjari. Għal dan il-għan, għandhom b’mod partikolari jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tul, ir-regolarità, il-kundizzjonijiet u r-raġunijiet tar-residenza fit-territorju ta’ Stat Membru u tat-trasferiment tal-familja f’dan l-Istat, iċ-ċittadinanza tal-minuri, il-post u l-kundizzjonijiet ta’ tagħlim, il-konoxxenzi lingwistiċi kif ukoll ir-rapporti familjari u soċjali tal-minuri f’dan l-Istat. Hija l-qorti nazzjonali li tistabbilixxi r-residenza abitwali tal-minuri billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha li huma partikolari għal kull każ. |
Fuq it-tielet domanda
45 |
Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju l-ewwel nett tistaqsi għal liema kundizzjonijiet hija suġġetta l-adozzjoni ta’ miżura kawtelatorja, bħal dik tat-teħid taħt kura ta’ minuri, skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament. It-tieni nett, hija tistaqsi dwar il-kwistjoni jekk tali miżura tistax tiġi applikata b’mod konformi għad-dritt nazzjonali u jekk ir-regoli ta’ dan id-dritt dwar din il-miżura humiex vinkolanti. It-tielet nett, hija tistaqsi jekk, wara l-implementazzjoni tal-miżura kawtelatorja, il-każ għandux jiġi ttrasferit lill-qorti ta’ Stat Membru ieħor li jkollha ġurisdizzjoni. |
46 |
Permezz tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament, f’każ urġenti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar mhux se jħallu l-qrati ta’ Stat Membru milli jieħu dawk il-miżuri provviżorji jew kawtelatorji, rigward persuni jew assi f’dak l-Istat, kif huma disponibbli taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anki jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni inkwantu għas-sustanza tal-kwistjoni. |
47 |
Jirriżulta mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li l-adozzjoni ta’ miżuri f’materja ta’ responsabbiltà tal-ġenituri minn qrati ta’ Stati Membri li ma għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq il-mertu huma suġġetti għall-osservanza ta’ tliet kundizzjonijiet, li huma:
|
48 |
Dawn il-miżuri huma applikabbli għall-minuri li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru, jirrisjedu b’mod temporanju jew okkażjonali fi Stat Membru ieħor u jinsabu f’sitwazzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għalihom, inkluża saħħithom jew l-iżvilupp tagħhom, u li għalhekk jiġġustifikaw l-adozzjoni immedjata ta’ miżuri ta’ protezzjoni. In-natura provviżorja ta’ dawn il-miżuri tirriżulta mill-fatt li, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament, dawn ma jibqgħux ikollhom effett mill-mument li fih il-qorti tal-Istat Membru li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tieħu l-miżuri li tikkunsidra xierqa. |
49 |
Ir-Regolament ma jinkludix dispożizzjonijiet materjali rigward it-tip ta’ miżuri urġenti li għandhom jiġu applikati. |
50 |
L-Artikolu 20(1) tar-Regolament jiddisponi li l-miżuri provviżorji jew kawtelatorji li l-qrati ta’ Stat Membru huma mitluba jieħdu fil-każ ta’ urġenza huma dawk “kif huma disponibbli taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru”. |
51 |
F’dan il-kuntest, huwa għal-leġiżlatur nazzjonali li għandu jħabbar il-miżuri li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jadottaw sabiex jipproteġu l-aqwa interessi tal-minuri u jiffissaw il-metodi proċedurali tal-infurzar tagħhom. |
52 |
Billi l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri sseħħ fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, in-natura vinkolanti tagħhom tirriżulta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni. |
53 |
Għad irid jiġi vverifikat jekk, wara l-implementazzjoni ta’ miżura kawtelatorja, il-kawża għandhiex tiġi mibgħuta ex officio lill-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li jkollha ġurisdizzjoni. |
54 |
Skont l-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru li għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq il-mertu jistgħu, jekk iqisu li qorti ta’ Stat Membru ieħor li miegħu l-minuri għandu rabta partikolari qiegħed f’pożizzjoni aħjar sabiex jiddeċiedi dwar il-kawża, jitolbu lill-qorti ta’ dan l-Istat jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu. |
55 |
Fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli rigward ġurisdizzjoni f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, l-Artikolu 15 huwa l-uniku li jipprovdi talba lill-qorti ta’ Stat Membru ieħor sabiex teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha. |
56 |
Ir-regolament ma jimponix fuq il-qrati nazzjonali jadottaw miżuri provviżorji jew kawtelatorji li jirreferu l-kawża lil qorti ta’ Stat Membru ieħor wara l-infurzar ta’ dawn il-miżuri. |
57 |
Għal kollox differenti hija l-kwistjoni li jsir magħruf jekk l-qrati nazzjonali li implementaw miżuri provviżorji jew kawtelatorji għandhomx jinformaw lill-qrati ta’ Stat Membru ieħor li għandhom ġurisdizzjoni. |
58 |
Hekk kif huwa indikat fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament, il-miżuri provviżorji jew kawtelatorji ma jibqgħux ikollhom effett mill-mument li fih il-qorti tal-Istat Membru li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tieħu l-miżuri li tikkunsidra xierqa. |
59 |
Peress li l-miżuri provviżorji jew kawtelatorji huma ta’ natura tranżitorja, ċirkustanzi marbuta mal-evoluzzjoni fiżika, psikoloġika u intellettwali tal-minuri jistgħu jirrendu neċessarju l-intervent iktar kmieni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex jiġu adottati miżuri definittivi. |
60 |
Il-bżonn u l-urġenza tal-miżuri definittivi għandhom jiġu evalwati fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-minuri, tal-evoluzzjoni prevedibbli tagħha u tal-effettività tal-miżuri provviżorji jew kawtelatorji meħuda. |
61 |
F’dan il-kuntest, il-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri tista’ jitlob li l-qorti nazzjonali li implementat miżuri provviżorji jew kawtelatorji tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-awtorità ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li jkollha ġurisdizzjoni. |
62 |
Il-kooperazzjoni fil-kuntest ta’ kawżi speċifiċi ta’ responsabbiltà tal-ġenituri hija prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament u din b’mod partikolari tinkludi l-ġbir kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-minuri, il-proċeduri li jkunu għaddejja u kull deċiżjoni oħra li tirrigwarda l-minuri. |
63 |
L-Artikolu 55(ċ) tar-Regolament jipprovdi għal komunikazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri sabiex jiġi applikat dan ir-regolament. |
64 |
Minn dan jirriżulta li sa fejn dan huwa mitlub mill-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri, il-qorti nazzjonali li implementat miżuri provviżorji jew kawtelatorji għandha tinforma, direttament jew permezz tal-awtorità ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni. |
65 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fuq imsemmija, hemm lok li lit-tielet domanda tingħata r-risposta li miżura kawtelatorja, bħal dik tat-teħid taħt kura ta’ minuri, tista’ tiġi deċiża minn qorti nazzjonali skont l-Artikolu 20 tar-Regolament malli jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-implementazzjoni ta’ din il-miżura kif ukoll in-natura vinkolanti ta’ din tal-aħħar jiġu stabbiliti b’mod konformi mad-dritt nazzjonali. Wara l-implementazzjoni tal-miżura kawtelatorja, il-qorti nazzjonali ma għandhiex għalfejn tirreferi l-kawża lill-qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha ġurisdizzjoni. Madankollu, sa fejn dan huwa mitlub għall-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri, il-qorti nazzjonali li implementat il-miżuri provviżorji jew kawtelatorji għandha tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-awtorità ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni. |
Fuq ir-raba’ domanda
66 |
Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fil-każ fejn il-qorti ta’ Stat Membru ma jkollha l-ebda ġurisdizzjoni, hija għandhiex tiddikjara li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni jew għandhiex tirreferi l-kawża lil qorti ta’ Stat Membru ieħor. |
67 |
Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, “[f]ejn qorti ta’ Stat Membru għandha l-pussess dwar każ li ma għandiex il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament u dwar liema xi qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, għandha tiddikjara b’mozzjoni proprja li m’għandhiex ġurisdizzjoni”. |
68 |
Hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, l-Artikolu 15 tar-Regolament biss jipprovdi talba lill-qorti ta’ Stat Membru ieħor sabiex teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha. |
69 |
Fil-każ fejn il-qorti ta’ Stat Membru tiddikjara ex officio li ma għandhiex ġurisdizzjoni, ir-Regolament ma jipprovdix li l-kawża tintbgħat lil qorti ta’ Stat Membru ieħor. |
70 |
Madankollu, għal raġunijiet identiċi għal dawk indikati fil-punti 59 sa 63 ta’ din is-sentenza u sakemm il-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri teħtieġ dan, il-qorti nazzjonali li tiddikjara ex officio li ma għandhiex ġurisdizzjoni għandha tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-awtorità ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni. |
71 |
Għalhekk lir-raba’ domanda għandha tingħata r-risposta li, fil-każ fejn il-qorti ta’ Stat Membru ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni, din għandha tiddikjara ex officio li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni, mingħajr ma għandha tirreferi l-kawża lil qorti oħra. Madankollu, sakemm il-protezzjoni tal-aqwa interessi tal-minuri teħtieġ dan, il-qorti nazzjonali li tiddikjara ex officio li ma għandhiex ġurisdizzjoni għandha tinforma dwar dan, direttament jew permezz tal-awtorità ċentrali maħtura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament, il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor li għandha ġurisdizzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
72 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.