Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62007CJ0559

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tas-26 ta' Marzu 2009.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Ellenika.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika soċjali - Artikolu 141 KE - Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari - Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ - Ġustifikazzjoni - Nuqqas.
    Kawża C-559/07.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:198





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja

    (Kawża C‑559/07)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu − Politika soċjali − Artikolu 141 KE − Remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa − Sistema nazzjonali tal-pensjonijiet ċivili u militari − Trattament differenti fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ − Ġustifikazzjoni − Nuqqas”

    1.                     Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Remunerazzjoni ugwali - Artikolu 141 KE - Effetti ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata diskriminazzjoni (Artikolu 141 KE) (ara l-punt 26)

    2.                     Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Remunerazzjoni ugwali - Remunerazzjoni - Kunċett - Skema ta’ pensjonijiet ta’ rtirar tal-uffiċjali (Artikolu 141 KE) (ara l-punti 42, 44, 46, 47, 49, 50, 55, 60)

    3.                     Politika soċjali - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Remunerazzjoni ugwali - Skema ta’ pensjonijiet ta’ rtirar tal-uffiċjali (Artikolu 141 KE) (ara l-punti 62, 66-68)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 141 KE - Ksur tal-prinċipju ta’ remunerazzjoni ugwali għall-ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Skema nazzjonali ta’ pensjonijiet ċivili u militari li tipprovdi għal età ta’ rtirar li tvarja skont is-sess.

    Dispożittiv

    1)

    Billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal differenzi bejn il-ħaddiema rġiel u l-ħaddiema nisa fir-rigward tal-età ta’ rtirar u tas-servizz minimu meħtieġ skont il-kodiċi Grieg tal-pensjonijiet ċivili u militari stabbilit mid-digriet presidenzjali Nru 166/2000, tat-3 ta’ Lulju 2000, fil-verżjoni applikabbli għal dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 141 KE.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Fuq