Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62008CO0159

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-25 ta' Marzu 2009.
Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni - Ċaħda tal-ilment - Nuqqas ta’ interess Komunitarju.
Kawża C-159/08 P.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:188





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 – Scippacercola u Terezakis vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑159/08 P)

“Appell – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Imposti allegatament eċċessivi applikati fuq l-utent tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni – Ċaħda tal-ilment – Nuqqas ta’ interess Komunitarju”

1.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 32, 33, 61)

2.                     Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 34-36, 74, 75, 77, 88, 104, 111)

3.                     Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Abbuż (Artikolu 82 KE) (ara l-punti 44, 47)

4.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, inċiż (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)) (ara l-punti 95, 112)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Jannar 2008, Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis vs Il‑Kummissjoni (T‑306/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Mejju 2005, li ma tiħux azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mill-appellanti dwar allegat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni fi Spata (il‑Greċja), li allegatament japplika imposti eċċessivi fuq l-utenti.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

I. Scippacercola u I. Terezakis huma kkundannati għall-ispejjeż.

Fuq