Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62006CJ0380
Judgment of the Court (First Chamber) of 11 December 2008.#Commission of the European Communities v Kingdom of Spain.#Failure of a Member State to fulfil obligations - Late payment in commercial transactions - Time-limit - Directive 2000/35/EC - Infringement of Article 3(1), (2) and (4)).#Case C-380/06.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali - Terminu - Direttiva 2000/35/KE - Ksur tal-Artikolu 3(1), 2 u 4.
Kawża C-380/06.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali - Terminu - Direttiva 2000/35/KE - Ksur tal-Artikolu 3(1), 2 u 4.
Kawża C-380/06.
Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008 I-09245
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2008:702
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
11 ta’ Diċembru 2008 ( *1 )
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ħlasijiet tardivi fi tranżazzjonijiet kummerċjali — Terminu — Direttiva 2000/35/KE — Ksur tal-Artikolu 3(1), (2) u (4)”
Fil-Kawża C-380/06,
li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, imressaq fil-15 ta’ Settembru 2006,
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn B. Schima u S. Pardo Quintillán, bħala aġenti,
rikorrenti,
vs
Ir-Renju ta’ Spanja, irrappreżentat minn F. Díez Moreno, bħala aġent,
konvenut,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn P. Jann, President tal-Awla, M. Ilešič, A. Tizzano (Relatur), A. Borg Barthet u J.-J. Kasel, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: E. Sharpston,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-13 ta’ Frar 2008,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-17 ta’ Lulju 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Peremzz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddikjara li, billi awtorizza perijodu ta’ 90 jum għall-ħlas ta’ ċerti prodotti tal-ikel u ta’ prodotti tal-konsum u billi ppospona d-dħul fis-seħħ ta’ ċerti dispożizzjonijiet sa l-1 ta’ Lulju 2006, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, p. 35). |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
2 |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/35, intitolat “Imgħax fil-każ ta’ ħlas tard”, jistipula: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:
[…] 2. Għal ċerti kategoriji ta’ kuntratti li għandhom jiġu definiti mil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perjodu li warajh l-imgħax isir dovut sa massimu ta’ 60 jum b’dan illi jew jirrestrinġu lill-partijiet għall-kuntratt milli jeċċedu l-perjodu jew jiffissaw rata mandatorja ta’ imgħax li tkun teċċedi sostanzjalment ir-rata statutorja. 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ftehim fuq id-data tal-ħlas jew fuq il-konsegwenzi ta’ ħlas tard li ma jkunux jaqblu mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1(b) sa (d) u 2 jew ma jkunx infurzabbli jew ikun jagħti lok għal talba għad-danni jekk, meta ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inkluża l-prattika kummerċjali xierqa u n-natura tal-prodott, jiġu kkunsidrati, ikunu inġusti għall-aħħar għall-kreditur. Biex jiġi ddeterminat jekk ftehim ikunx inġust għall-aħħar għall-kreditur, għandu jingħata, inter alia, kont jekk id-debitur kellux xi raġuni oġġettiva li jiddevja mid-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1(b) sa (d) u 2. Jekk jiġi stabbilit li dak il-ftehim ikun inġust għall-aħħar, it-termini statutorji għandhom japplikaw, sakemm il-qrati nazzjonali ma jistabbilixxux kondizzjonijiet differenti li huma ġusti. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fl-interessi tal-kredituri u l-kompetituri, mezzi adegwati u effettivi jeżistu biex jimpedixxu l-użu kontinwu ta’ termini li jkunu inġusti għall-aħħar skond it-tifsira tal-paragrafu 3. […]” |
3 |
L-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Transposizzjoni”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-8 ta’ Awissu 2002. Għandhom jinfurmaw bihom minnufih lill-Kummissjoni. […] 2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew iġibu fis-seħħ disposizzjonijiet li jkunu l-aktar favorevoli għall-kreditur mid-disposizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. […]” |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
4 |
Il-Liġi Nru 3/2004, tad-29 ta’ Diċembru 2004, dwar il-ġlieda kontra l-ħlasijiet tardivi fi tranżazzjonijiet kummerċjali (BOE Nru 314, tat-30 ta’ Diċembru 2004, p. 42334), hija intiża biex tittrasponi d-Direttiva 2000/35 fl-ordinament ġuridiku Spanjol. |
5 |
Il-Liġi Nru 7/1996, tal-15 ta’ Jannar 1996, dwar il-kummerċ bl-imnut (BOE Nru 15, tas-17 ta’ Jannar 1996, p. 1243), tipprovdi, fl-Artikolu 17, dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħlasijiet lill-fornituri. |
6 |
Skont l-ewwel dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi Nru 3/2004, intitolata “Sistema ta’ ħlasijiet fil-kummerċ bl-imnut”, il-ħlasijiet lill-fornituri fil-kummerċ bl-imnut, għandhom ikunu rregolati prinċipalment mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 7/1996 u l-Liġi Nru 3/2004 tapplika biss b’mod supplimentari. |
7 |
L-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 7/1996, kif emendat bl-ewwel paragrafu tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004, jipprovdi: “1. Fin-nuqqas ta’ ftehim espliċitu, għandu jkun mifhum li l-bejjiegħa bl-imnut iridu jħallsu l-prezz tal-oġġetti li jixtru fi żmien tletin jum mid-data tal-kunsinna. […] 3. Il-ħlas għal ikel frisk u għal prodotti li jistgħu jmorru f’ebda każ ma għandu jkun iddifferit għal iktar minn tletin jum. Il-ħlas għal ikel ieħor u għal prodotti tal-konsum m’għandux ikun iddifferit għal perijodu ta’ iktar minn sittin jum, ħlief jekk ikun hemm ftehim espliċitu li jipprovdi għal kumpens finanzjarju għall-fornitur ekwivalenti għall-perijodu addizzjonali. Il-ħlas ma għandu f’ebda każ ikun iddifferit għal iktar minn disgħin jum. […] 5. Ikun xi jkun il-każ, l-imgħax għal ħlas tardiv għandu jkun awtomatikament dovut mill-jum wara d-data ffissata għall-ħlas jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, id-data meta għandu jsir il-ħlas skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1. […]” |
8 |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi Nru 7/1996, introdotta mit-tieni paragrafu tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004, tistipula kif ġej: “It-terminu stabbilit għall-ikel frisk u għall-prodotti li jistgħu jmorru jibqa’ t-terminu diġà previst ta’ tletin jum. Il-limitazzjoni għal massimu ta’ sittin jum prevista fl-Artikolu 17(3) ta’ din il-liġi tapplika mill-1 ta’ Lulju 2006. Fil-frattemp, il-ħlas għal ikel li ma jkunx frisk jew li ma jmurx u għal prodotti tal-konsum m’għandux ikun iddifferit għal iktar minn disgħin jum mill-kunsinna tal-oġġetti.” |
Il-proċedura prekontenzjuża
9 |
Il-Kummissjoni, wara li rċeviet ilment, bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Renju ta’ Spanja fit-13 ta’ Lulju 2005, li fiha talbitha tippreżentalha, f’terminu ta’ xahrejn, l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-Liġi Nru 3/2004 mal-Artikolu 3(1), (2), (4) u (5) tad-Direttiva 2000/35. |
10 |
Peress li ma rċeviet ebda risposta mingħand ir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni, fid-19 ta’ Diċembru 2005, bagħtet opinjoni motivata lil dan l-Istat Membru, li fiha hija sostniet, b’mod partikolari, li:
|
11 |
Billi ma kinitx sodisfatta bir-risposti mogħtija mir-Renju ta’ Spanja, il-Kummissjoni adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b’dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. |
Fuq ir-rikors
Fuq l-ewwel ilment
L-argumenti tal-partijiet
12 |
Il-Kummissjoni tallega li l-Artikolu 17(3) tal-Liġi Nru 7/1996, kif emendat bil-paragrafu 1 tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004, jikser l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/35, inkwantu jipprovdi li t-terminu massimu għall-ħlas tal-prezz ta’ ikel u ta’ prodotti tal-konsum, minbarra l-ikel frisk jew prodotti li jistgħu jmorru, jista’ jkun ta’ 90 jum, bl-unika kundizzjoni li jiġi pprovdut favur il-fornitur “kumpens finanzjarju […] ekwivalenti għall-perijodu addizzjonali”. |
13 |
Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tippermetti li t-terminu massimu għall-ħlas ta’ 60 jum, previst fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/35, jiġi estiż, mingħajr madankollu ma tipprovdi, għall-kuntrarju ta’ dak li teżiġi din id-dispożizzjoni, għal “rata mandatorja ta’ imgħax li tkun teċċedi sostanzjalment ir-rata statutorja”. F’dan ir-rigward, il-kumpens finanzjarju ekwivalenti għall-perijodu addizzjonali, previst mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni, ma jistax jiġi mqabbel mal-applikazzjoni ta’ tali rata ta’ imgħax, minħabba n-nuqqas ta’ preċiżjoni fil-formulazzjoni użata mil-leġiżlatur Spanjol. |
14 |
Ir-Renju ta’ Spanja jfakkar, fl-ewwel lok, li d-Direttiva 2000/35 għandha l-għan li tintroduċi miżuri li jkunu favorevoli għall-kreditur u li jkunu intiżi sabiex jiġu limitati l-ħlasijiet tardivi fit-tranżazzjonijiet kummerċjali, filwaqt li tiġi rrispettata l-libertà kuntrattwali tal-partijiet. |
15 |
Id-dispożizzjonijiet inkwistjoni, billi jipprojbixxu b’mod assolut li jiġi pprovdut f’kuntratt terminu itwal minn 90 jum, fil-fatt jistabbilixxi sistema iktar restrittiva u iktar favorevoli għall-kreditur minn dik stabbilita mid-Direttiva 2000/35, li l-Artikolu 3(2) tagħha jippermettti lill-partijiet jaqblu dwar terminu itwal minn dak ta’ 60 jum mingħajr madankollu ma jiffissa limitu massimu għal din il-possibbiltà. Għal din ir-raġuni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni hija kompatibbli wkoll mal-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva li jippermetti lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-kreditur minn dawk meħtieġa biex il-liġi tagħhom tkun konformi mal-imsemmija direttiva. |
16 |
L-Istat Membru konvenut jispeċifika, fit-tieni lok, li billi t-terminu ta’ 90 jum jista’ japplika biss jekk jiġi previst kumpens finanzjarju ekwivalenti għall-perijodu addizzjonali, ir-rekwiżit previst fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/35 dwar il-ħlas ta’ imgħax għal ħlas tardiv b’rata sostanzjalment ogħla mir-rata statutorja huwa effettivament sodisfatt. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
17 |
B’mod preliminari, għandu jiġi mfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2000/35, il-partijiet huma, bħala regola, liberi li jistabbilixxu fil-kuntratt tagħhom id-data jew it-terminu għall-ħlas. |
18 |
Għalhekk, huwa biss fin-nuqqas ta’ klawżola kuntrattwali f’dan ir-rigward li għandu japplika t-terminu legali ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ din id-direttiva. |
19 |
L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/35 jippermetti, imbagħad, lill-Istat Membri jtawwlu l-imsemmi terminu ta’ 30 jum, iżda jissuġġetta din il-possibbiltà għal kundizzjoni doppja. Fl-ewwel lok, din il-possibbiltà għandha tkun limitata għal ċerti kategoriji ta’ kuntratti. Fit-tieni lok, fir-rigward tat-tul tat-terminu derogatorju, dan jista’ jiġi mtawwal għal massimu ta’ 60 jum jekk jiġi pprojbit lill-partijiet li jidderogaw minnu kuntrattwalment jew bil-kundizzjoni li tkun applikabbli rata ta’ imgħax mandatorja li teċċedi sostanzjalment ir-rata statutorja. |
20 |
Għaldaqstant, huwa fid-dawl tal-kontenut u tal-istruttura ġenerali tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/35 indikati fil-punti preċedentili li għandhom jiġu eżaminati l-kontestazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni. |
21 |
Għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, l-Artikolu 17(3) tal-Liġi Nru 7/1996, kif emendat bil-paragrafu 1 tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004, jawtorizza, għall-prodotti tal-ikel li ma jkunux friski u li ma jmorrux u għall-prodotti tal-konsum, il-possibbiltà li t-terminu għall-ħlas ta’ 30 jum applikabbli skont dan l-Artikolu 17(1) jiġi estiż sa 60 jum, fin-nuqqas ta’ ftehim espliċitu bejn il-partijiet. Min-naħa l-oħra, it-tieni sentenza tal-Artikolu 17(3), li lilha jirrigwardaw il-kontestazzjonijiet tal-Kummissjoni, taċċetta l-possibbiltà li l-imsemmi terminu jittawwal addizzjonalment bi 30 jum sa 90 jum jekk ikun hemm ftehim espliċitu bejn il-partijiet li jipprovdi għal kumpens finanzjarju, favur il-fornitur, ekwivalenti għall-perijodu addizzjonali. |
22 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, skont il-kliem stess tad-dispożizzjoni inkwistjoni, il-possibbiltà li t-terminu għall-ħlas jittawwal għal iżjed minn 60 jum hija suġġetta għall-kundizzjoni f’dan ir-rigward ta’ “ftehim espliċitu” bejn il-partijiet. |
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kontestazzjoni tal-Kummissjoni intiża biex turi li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni tikser l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/35 inkwantu tippermetti li għal ċerti prodotti, it-terminu ta’ 60 jum jista’ jiġi estiż għal 90 jum mingħajr ma tosserva l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, ma tistax tintlaqa’. |
24 |
Fil-fatt, kif ġie mfakkar fil-punti 18 u 19 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/35 jirregola esklużivament il-possibbiltà rikonoxxuta favur l-Istati Membri li jistabbilixxu, f’ċerti każijiet limitati, terminu legali li jeċċedi dak ta’ 30 jum applikabbli fin-nuqqas ta’ klawżola kuntrattwali dwar id-data jew it-terminu għall-ħlas. Fi kliem ieħor, huma biss il-każijiet fejn il-partijiet ma jgħidu xejn f’dan ir-rigward li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva. |
25 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 17(3) tal-Liġi Nru 7/1996, kif emendat bil-paragrafu 1 tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004, jeżiġi preċiżament, sabiex it-terminu għall-ħlas ikun jista’ jittawwal sa massimu ta’ 90 jum, li jiġi konkluż “ftehim espliċitu” f’dan is-sens. L-applikazzjoni ta’ dan it-terminu, miftiehem kuntrattwalment bejn il-partijiet, ma tistax, għalhekk, tkun ikkunsidrata bħala suġġetta, għall-kuntrarju ta’ dak li tafferma l-Kummissjoni, għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/35. |
26 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ewwel ilment mhuwiex fondat u għaldaqstant għandu jiġi respint. |
Fuq it-tieni lment
L-argumenti tal-partijiet
27 |
Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi Nru 7/1996, introdotta mill-paragrafu 2 tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004, tiddifferixxi indebitament għall-1 ta’ Lulju 2006 l-applikazzjoni tat-terminu massimu għall-ħlas ta’ 60 jum imsemmi fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/35. |
28 |
Fil-fatt, l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li t-terminu għat-traspożizzjoni tagħha għandu jiskadi fit-8 ta’ Awwissu 2002, mingħajr ma jipprovdi għal ebda possibbiltà ta’ deroga minn din id-dispżizzjoni jew ta’ proroga ta’ dan it-terminu. |
29 |
Il-proroga prevista mil-leġiżlazzjoni Spanjola tikser ukoll l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/35, li jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fl-interess tal-kredituri u l-kompetituri, mezzi adegwati u effettivi jeżistu biex jimpedixxu l-użu kontinwu ta’ termini li jkunu inġusti għall-aħħar. |
30 |
Ir-Renju ta’ Spanja jirribatti dawn il-kontestazzjonijiet essenzjalament billi jgħid li s-sistema tranżitorja stabbilita mit-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi Nru 7/1996, introdotta mill-paragrafu 2 tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004, hija intiża unikament biex tistabbilixxi l-mument li fih jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 7/1996, dwar il-kummerċ bl-imnut, li tintroduċi sistema saħansitra iktar restrittiva minn dik meħtieġa mid-Direttiva 2000/35. Konsegwentement, l-imsemmija dispożizzjoni m’għandhiex bħala effett li ddewwem l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 3/2004 li tittrasponi din id-direttiva u li l-kompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju ma ġietx ikkontestata. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
31 |
F’dan ir-rigward, biżżejjed jiġi kkonstatat li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkonċerna esklużivament l-applikazzjoni tat-terminu ta’ 60 jum imsemmi fl-Artikolu 17(3) tal-Liġi Nru 7/1996, kif emendata bil-paragrafu 1 tat-tieni dispożizzjoni finali tal-Liġi Nru 3/2004. |
32 |
Għar-raġunijiet esposti fil-punti 22 sa 25 ta’ din is-sentenza, l-imsemmi Artikolu 17(3) ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/35 u, għalhekk, ma jistax jikkostitwixxi miżura ta’ traspożizzjoni tiegħu. |
33 |
Minn dan isegwi li d-differiment tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni ma jistax jaffettwa t-twettiq, mir-Renju ta’ Spanja, tal-obbligi tiegħu taħt l-imsemmi Artikolu 3. |
34 |
Għaldaqstant, it-tieni lment għandu jiġi respint bħala infondat ukoll. |
35 |
Peress li l-ebda wieħed miż-żewġ ilmenti invokati mill-Kummissjoni ma huwa fondat, ir-rikors kollu kemm hu għandu jiġi miċħud. |
Fuq l-ispejjeż
36 |
Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hija għandha tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitlub mir-Renju ta’ Spanja. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.