Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62003CJ0495
Judgment of the Court (First Chamber) of 15 September 2005.#Intermodal Transports BV v Staatssecretaris van Financiën.#Reference for a preliminary ruling: Hoge Raad der Nederlanden - Netherlands.#Common Customs Tariff - Tariff headings - Classification in the combined nomenclature - Heading 8709 - "Magnum ET120 Terminal Tractor" - Article 234 EC - Obligation of a national court to refer a question for a preliminary ruling - Conditions - Binding tariff information issued for a third party by the customs authorities of another Member State concerning a similar vehicle.#Case C-495/03.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-15 ta' Settembru 2005.
Intermodal Transports BV vs Staatssecretaris van Financiën.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Hoge Raad der Nederlanden - l-Olanda.
Tariffa Komuni ta' Dwana - Titolu tariffarju - Klassifikazzjoni fin-nomenklatura magħquda - Titolu 8709 - Trattur "Magnum ET120 Terminal Tractor' - Artikolu 234 KE - Obbligu ta' Qorti nazzjonali li tippreżenta domanda preliminari - Kundizzjonijiet - Informazzjoni tariffarja ristretta maħruġa favur terz mill-awtoritajiet tad-dwana ta' Stat Membru ieħor dwar vettura simili.
Kawża C-495/03.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-15 ta' Settembru 2005.
Intermodal Transports BV vs Staatssecretaris van Financiën.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Hoge Raad der Nederlanden - l-Olanda.
Tariffa Komuni ta' Dwana - Titolu tariffarju - Klassifikazzjoni fin-nomenklatura magħquda - Titolu 8709 - Trattur "Magnum ET120 Terminal Tractor' - Artikolu 234 KE - Obbligu ta' Qorti nazzjonali li tippreżenta domanda preliminari - Kundizzjonijiet - Informazzjoni tariffarja ristretta maħruġa favur terz mill-awtoritajiet tad-dwana ta' Stat Membru ieħor dwar vettura simili.
Kawża C-495/03.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2005:552
European Court reports 2005 Page 00000
Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva
Fil-kawża C495/03
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda), permezz ta' deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2003, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-24 ta' Novembru 2003, fil-proċedura
Intermodal Transports BV
vs
Staatssecretaris van Financiën ,
IL-QORTI (l-Ewwel Awla),
komposta minn P. Jann, President ta' l-Awla, K. Lenaerts, K. Schiemann (Relatur), E. Juhász u Ilei, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: C. StixHackl,
Reġistratur: R. Grass,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat is-sottomissjonijiet ippreżentati bil-miktub:
- għal Intermodal Transports BV, minn R. Tusveld u G. van Slooten, belastingadviseurs,
- għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u C. ten Dam, bħala aġenti,
- għall-Gvern Awstrijak, minn H. Dossi, bħala aġent,
- għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J. Schieferer u D. W. V. Zijlstra, bħala aġenti,
wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-12 ta' April 2005,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 234 KE kif ukoll tat-titolu 8709 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar- tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, p 1), kif emendat mir- tas- 26 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 292, p 1, iktar 'il quddiem "NM").
2. Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest tal-kawża bejn il-kumpannija Intermodal Transports BV (iktar 'il quddiem "Intermodal"), stabbilita f'Amsterdam (l-Olanda), u l-Staatssecretaris van Financiën (segretarju ta' l-Istat għall-finanzi) fir-rigward tal-klassifikazzjoni NM ta' ċertu vetturi li ngħatalhom l-isem "Magnum ET120 Terminal Tractor". Dawn il-vetturi għandhom mutur diżil ta' qawwa ta' 132 kW b' 2 500 dawrien/minuta kif ukoll trażmissjoni awtomatika b'erba' gerijiet quddiem u ger bir-rivers, u li għandha kabina magħluqa kif ukoll tavla għall-irfigħ li tawtorizza rfigħ sa għoli ta' 60 cm. Dawn jifilħu tagħbija ta' 32 000 kg, raġġ ta' dawrien baxx ħafna u huma maħsuba biex jiżguraw il-moviment ta' semi-karrijiet fuq l-art u f'bini industrijali.
3. L-ewwel domanda preliminari tirrigwarda r-rilevanza ta' informazzjoni tariffarja ristretta maħruġa minn awtorità tad-dwana ta' Stat Membru sabiex tiġi apprezzata l-eżistenza eventwali għall-qrati nazzjonali ta' Stat Membru ieħor, li huma mitluba jieħdu konjizzjoni ta' kwisjoni rigward klassifikazzjoni tariffarja, ta' obbligu li jistaqsu lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq titolu preliminari. It-tieni domanda hija dwar il-klassifikazzjoni korretta tal-vetturi kkonċernati.
Il-Kuntest Ġuridiku
In-nomenklatura magħquda
4. In-NM hija bbażata fuq is-sistema armonizzata mondjali ta' deżinjazzjoni u kodifikazzjoni tal-merkanzija (iktar 'il quddiem "SA") elaborata mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali, li saret l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani, u stabbilita mill-konvenzjoni internazzjonali konkluża fi Brussell fl-14 ta' Ġunju 1983 (iktar 'il quddiem il-"konvenzjoni SA"), li ġiet approvata, kif ukoll il-protokoll tagħha ta' emenda ta' l-24 ta' Ġunju 1986, f'isem il-Komunità, bid- tas-7 ta' April 1987 (ĠU L 198, p. 1).
5. It-titoli 8701 et 8709 jaqgħu taħt il-Kapitolu 87 tas-taqsima XVII tat-tieni parti tan-NM. Dan il-kapitolu jirrigwarda l-vetturi b'mutur, tratturi, roti u vetturi oħra ta' fuq l-art, il-partijiet u aċċessorji tagħhom. In-nota 2 ta' dan il-Kapitolu tiddisponi li "trattur', fis-sens ta' dan il-kapitolu, ifisser vettura b'mutur essenzjalment intiż biex tiġbed jew timbotta magni oħra, vetturi jew tagħbija, anki jekk tinkludi ċertu installazzjonijiet addizzjonali li jippermettu t-trasport, flimkien ma' l-użu prinċipali tagħhom, għodod, żrieragħ, demel, eċċ [...]".
6. Fil-mument li rriżulta dan id-dejn doganali fil-kawża prinċipali t-titolu 8701 kien ifformulat kif ġej: "Tratturi (bl-esklużjoni ta' tratturi industrijali ta' Nru 8709)". Is-sotto titolu 8701 20 10 kien jirrigwarda lill-"tratturi għat-triq għal semi-karrijiet ġodda". Min-naħa tiegħu t-titolu 8709 kien jirrigwarda "trakk mingħajr apparat għat-tagħbija, tat-tip użat fil-fabbriki, fl-imħażen, fil-portijiet jew fl-ajruporti għat-trasport ta' merkanzija fuq distanza qasira, tratturi industrijali tat-tip użat fl-istazzjonijiet; il-partijiet tagħhom".
7. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM li tidher fl-ewwel parti tat-titolu IA ta' din, tiddisponi b'mod partikolari:
"Il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura magħquda għandha tiġi effettwata skond il-prinċipji li ġejjin.
1. L-ifformular tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-sotto kapitoli hija kkunsidrata bħala li għandha biss valur indikattiv, il-klassifikazzjoni tkun legalment determinata wara t-termini tat-titoli u tan-noti tas-sezzjonijiet jew tal-kapitoli u, meta dawn ma jmorrux kontra t-termini ta' l-imsemmija titoli u noti, skond ir-regoli li ġejjin.
[...]"
8. Skond l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni SA, kumitat imsemmi "kumitat tas-sistema armonizzata", kompost mir-rappreżentanti ta' kull parti kontraenti, ġie stabbilit fi ħdan il-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali. Skond l-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni SA x-xogħol tal-kumitat jikkonsisti b'mod partikolari li jipproponi emendi għall-imsemmija konvenzjoni u biex ifassal noti ta' spjegazzjoni, opinjonijiet ta' klassifikazzjoni u opinjonijiet oħra għall-interpretazzjoni tas-SA.
9. In-nota ta' spjegazzjoni tas-SA dwar it-titolu 8701 tipprovdi:
"Bi tratturi, fis-sens ta' dan it-titolu, wieħed jifhem il-vetturi b'mutur bir-roti jew b'katina maħsuba essenzjalment biex jiġbdu jew jimbuttaw magni oħra, vetturi jew tagħbija. [...]
Bl-eċċezzjoni ta' tratturi industrijali tat-tip użat fl-istazzjonijiet ta' Nru 87.09, dan it-titolu jinkludi t-tratturi ta' kull tip u għal kull użu (tratturi għall-agrikoltura, tratturi forestali, tratturi bir-roti, tratturi għax-xogħolijiet pubbliċi, tratturi bil-winċ, eċċ.), tkun liema tkun is-sors ta' enerġija li tħaddimhom (magna bil- pistons mixgħula bi spark jew bil-kompressjoni, bl-elettriku, eċċ.) [...]
Il-vetturi hawn imsemmija [...] jistgħu min-naħa l-oħra jkunu mgħammra [...] b'apparat ta' rmonk għal karrijiet jew semi-karrijiet (b'mod partikolari fuq it-tratturi u magni simili) [...]"
10. Skond in-nota ta' spjegazzjoni tas-SA dwar it-titolu 8709:
"Dan it-titolu jkopri għadd kbir ta' trakkijiet tat-tip użat fil-fabbriki, fl-imħażen, fil-portijiet, fl-ajruporti għat-trasport fuq distanza qasira għal tagħbija differenti (merkanzija jew kontejners) jew għall-ġbid, fl-istazzjonijiet, ta' karrijiet żgħar.
[...]
Il-karatteristiċi essenzjali komuni tat-trakkijiet ta' dan it-titolu, li jippermettuhom jintgħarfu minn vetturi tan-Nri 87.01, 87.03 jew 87.04, jkunu miġbura kif ġej:
1) Ma jistgħux, minħabba fl-istruttura tagħhom u installazzjonijiet speċjali li bihom huma soltu mgħammra, jiġu użati għat-trasport tan-nies, lanqas għat-trasport tal-merkanzija fit-triq jew rotot oħra pubbliċi.
2) Il-veloċità massima tagħhom mgħobbija ġeneralment ma taqbiżx it-30/35 km fis-siegħa.
3) Ir-raġġ ta' dawrien huwa bejn wieħed u ieħor l-istess għat-tul ta' l-istess trakk.
It-trakkijiet ta' dan it-titolu normalment ma jinkludux kabina tas-sewwieq magħluqa, is-sit riservat għas-sewwieq huwa ridott għal pjattaforma fejn dan jibqa' bil-wieqfa biex isuq il-vettura. Arranġament ta' protezzjoni, bħal armatura jew xibka tal-metall, hi kultant mqiegħda fuq is-sedil tas-sewwieq.
Huma wkoll inklużi f'dan it-titolu t-trakkijiet tat-tip fejn il-kontroll tagħhom huwa kkontrollat minn min ikun miexi.
[...]
It-tratturi industrijali tat-tip użat fl-istazzjonijiet huma essenzjalment mibnija biex jimbuttaw jew jiġbdu vetturi oħra, b'mod partikolari ta' karrijiet żgħar. Huma stess ma jġorrux merkanziji. Huma magni ġeneralment eħfef u anqas qawwija mit-tratturi tan-Nru 87.01. Vetturi ta' dan it-tip jistgħu bl-istess mod ikunu użati fuq il-moll tal-portijiet, fl-imħażen, eċċ.
[...]"
Informazzjonijiet tariffarji
11. L-Artikolu 4 tar- tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1), li jemenda r- tad-19 ta' Diċembru 1996 (ĠU 1997, L 17, p. 1, u li jirrettifika l-ĠU 1997, L 179, p. 11, iktar 'il quddiem "KDK"), jiddisponi:
"Għall-iskopijiet ta' dan il-Kodiċi, huma applikabbli definizzjonijiet li ġejjin:
[...]
5) "Deċiżjoni" tfisser kull att uffiċjali mill-awtoritajiet doganali li għandu x'jaqsam ma' regoli doganali li jagħtu deċiżjoni dwar każ partikolari, dan l-att ikollu effetti legali fuq persuna waħda jew persuni speċifiċi u identifikabbli; dan it-terminu jkopri fost oħrajn informazzjoni li torbot dwar it-tariffa skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12;
[...]"
12. L-Artikolu 9(1) tal-KDK jipprevedi:
"Deċiżjoni favorevoli għall-persuna involuta, għandha tiġi revokata jew emendata meta [...] kundizzjoni waħda jew aktar stipulati għall-ħruġ tagħha ma kinux jew m'għadhomx issodisfati."
13. Taħt l-Artikolu 12 tal-KDK:
"[...]
2. Informazzjoni li torbot dwar tariffi jew informazzjoni li torbot dwar oriġini torbot l-awtoritajiet doganali fuq min ikollu informazzjoni biss dwar it-tariffa ta' klassifikazzjoni jew deċiżjoni dwar l-oriġini tal-oġġetti.
[...]
3. Min ikollu informazzjoni bħal din għandu jkun jista' jipprova li:
- għal raġunijiet ta' tariffi: l-oġġetti dikjarati jaqblu f'kollox ma' dawk deskritti fl-informazzjoni,
[...]
5. Informazzjoni li torbot ma tibqax valida:
a) fil-każ ta' informazzjoni dwar tariffi:
i) meta regolament jiġi adottat u l-informazzjoni ma tibqax konformi mal-liġi preskritta minnu;
ii) meta ma jibqax kompatibbli ma' l-interpretazzjoni ta' waħda minn-nomenklaturi imsemmijin fl-Artikolu 20 (6):
- fuq livell tal-Komunità, kawża ta' emendi għan-noti ta' spjegazzjoni tan-nomenklatura magħquda jew ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,
- fuq livell internazzjonali, skond opinjoni ta' klassifika jew emenda tan-noti ta' spjegazzjoni tan-Nomenklatura tad-Deskrizzjoni Armonizzata ta' Merkanzija u Sistema ta' Kodifikazzjoni;
iii) fejn huwa revokat jew emendat skond l-Artikolu 9, basta li r-revoka jew emenda hija notifikata lid-detentur.
Id-data li fiha nformazzjoni li torbot ma tibqax valida fil-każi ċitati f' (i) u (ii) tkun id-data tal-pubblikazzjoni ta' dawn il-miżuri jew, fil każ ta' miżuri nternazzjonali, id-data tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fis-serje K' tal- Gazzetta Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej;
[...]"
14. L-Artikolu 5(1) tar- tat-2 ta' Lulju 1993, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni (ĠU L 253, p. 1), li jemenda r- tat-18 ta' Diċembru 1996 (ĠU 1997, L 9, p. 1, iktar 'il quddiem "Regolament ta' applikazzjoni tal-KDK"), li jiddefinixxi informazzjoni li torbot bħala "informazzjoni tat-tariffi [...] li torbot fuq l-amministrazzjoni ta' l-istati Membri kollha tal-Komunità meta l-kundizzjonijiet esiġiti fl-Artikoli 6 u 7 jkunu mwettqa".
15. L-Artikolu 10 tar-Regolament ta' applikazzjoni tal-KDK tiddisponi:
"1. Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 5 u 64 tal-Kodiċi, informazzjoni li torbot tista' tkun invokata biss mill-okkupant [KDK].
[...]
3. L-okkupant ta' informazzjoni li torbot jista' jagħmel użu minnha partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma oġġeti biss meta tkun stabbilita:
a) materji ta' tariffi: għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet doganali li l-oġġetti f'dak il-każ ikunu konformi fl-aspetti kollha ma' dawk deskritti fl-informazzjoni ppreżentata;
[...]"
16. L-Artikolu 11 tar-Regolament ta' applikazzjoni tal-KDK jiddisponi:
"Informazzjoni tat-tariffa li torbot fornuta mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru sa mill-1 ta' Jannar 1991 għandha tkun torbot fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha bl-istess kundizzjonijiet."
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
17. Fl-1 ta' Marzu 1999, Intermodal iddikjarat vetturi b'magni li ġew mogħtija l-isem "Magnum ET120 Terminal Tractors" sabiex jitqiegħdu fis-suq. Din id-dikjarazzjoni kklassifikat dawn il-vetturi taħt it-titolu tariffarju 8709 tan-NM.
18. Madankollu, wara verifika, l-awtoritajiet tad-dwana Olandiżi stmaw li dawn il-vetturi jaqgħu taħt is-sotto titolu 8701 20 10 tan-NM. Għalhekk konsegwentement indirizzaw avviż ta' ħlas supplementari lill-Intermodal.
19. In sostenn tar-rikors li introduċiet kontra dan l-avviż quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam, Intermodal b'mod partikolari pproduċiet informazzjoni tariffarja ristretta (iktar 'il quddiem "RTC") mogħtija fl-14 ta' Mejju 1996 mill-awtoritajiet tad-dwana Finlandiżi. Dan id-dokument, li kien validu, indika lill-kumpannija Sisu Terminal Systems Oy, stabbilita f'Tampere (il-Finlandja), bħala sid u kklassifikat il-vetturi msemmija bl-isem "SisuTerminaaltraktori" taħt it-titolu 8709 tan-NM.
20. Dan ir-rikors ġie miċħud minn din il-Qorti bid-deċiżjoni tal-21 ta' Mejju 2002. Billi jirriżulta, mir-regola ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM li tidher fil-punt 1 ta' l-ewwel parti tat-titolu IA, tagħha u mill-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti li l-kriterju deċisiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jiġi mfittex, b'mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-kwalitajiet oġġettivi kif definiti mill-ifformular tat-titolu tan-NM u tan-noti tas-sezzjoni jew tal-kapitolu kkonċernat, l-imsemmija Qorti kkunsidrat li, billi ma kinux intiżi biex tinġarr merkanzija u lanqas għall-ġbid tat-trakkijiet tal-moll, il-vetturi kkonċernati ma jistgħux jiġu kklassifikati taħt it-titolu 8709.
21. Peress illi kkunsidrat li minn dak il-mument il-klassifikazzjoni taħt is-sotto titolu 8701 20 10 kien evidentament ċar u kienet tal-fehma li ċ-ċirkustanza li l-awtoritajiet Finlandiżi kienu taw RTC diverġenti għal oġġett simili lil terzi ma kienx ta' natura li teffettwa din l-evalwazzjoni, il-Gerechtshof te Amsterdam qieset li ma kienx opportun tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti b'mod preliminari.
22. Intermodal appellat lill-kassazzjoni kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden.
23. Waqt li ġġudikat li jirriżulta mill-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 12(2) u (3) tal-KDK, kif ukoll l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' applikazzjoni tal-KDK, li Intermodal ma tista' tinvoka l-ebda dritt minn RTC li tiegħu hi mhijiex sid u li jirrigwarda merkanzija oħra, il-Hoge Raad der Nederlanden jistaqsi jekk, f'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, qorti nazzjonali, li tikkunsidra li tali RTC mogħti lil terzi jopera klassifikazzjoni manifestament żbaljata fir-rigward tan-NM hijiex marbuta li tirreferi lill-Qorti domanda preliminari. Skond il-Qorti tar-rinviju, iċ-ċirkustanza li, skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 12(5)(a)(ii) tal-KDK, RTC ma jibqax validu meta, wara sentenza tal-Qorti, isir inkompatibbli ma' l-interpretazzjoni tan-NM jista' eventwalment jargumenta favur risposta affermativa għal din id-domanda.
24. Din l-aħħar qorti tixtieq taf ukoll jekk it-titolu 8709 jridx jiġi strettament interpretat, b'mod li jeskludi l-vetturi fil-kawża prinċipali għar-raġuni li ma jittrasportawx merkanzija u lanqas jikkostitwixxu tratturi industrijali tat-tip użati fl-istazzjonijiet jew magni analogi, jew jekk l-imsemmija titolu trid tkunx interpretata b'mod usa', kif jissuġġerixxu n-noti ta' spjegazzjoni tas-SA li jestendu l-kunċett tat-"tratturi industrijali" billi jinkludu dawk li huma użati biex jiġbdu jew jimbuttaw vetturi oħra, mhux biss fl-istazzjonijiet, iżda ukoll fil-portijiet, fl-imħażen, eċċ.
25. Huma f'dawn iċ-ċirkustanzi li l-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi d-deċiżjoni u li tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
1) Meta, fil-kuntest ta' kawża li tirrigwarda l-klassifikazzjoni, fin-NM, ta' merkanzija definita, li tagħha Mħallef ta' qorti nazzjonali huwa mitlub jieħu konjizzjoni, debitur jagħmel użu mill-valutazzjoni ta' awtorità doganali kif espressa f'[RTC] mogħtija lil terzi għal merkanzija simili meta dan l-imħallef iqis li din il-[RTC] mhijiex konformi man-NM, dan l-imħallef huwa obbligat li jqiegħed domandi ta' interpretazzjoni tan-NM lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea?
2) Huwa neċessarju li t-titolu 8709 tan-NM jiġi interpretat fis-sens fejn vetturi bħal dawk fil-kawża jirrigwardaw dan it-titolu?"
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
26. B'din id-domanda, il-qorti tar-rinviju titlob jekk qorti nazzjonali kompetenti fuq kwistjoni li tirrigwarda l-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-NM u li quddiemha hija invokata RTC rigward merkanzija simili, kunsinnjata mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor lil terzi għal din il-kawża, għall-obbligu li jitqiegħdu domandi ta' interpretazzjoni tal-Qorti jekk tqis li l-imsemmija RTC mhijiex konformi għan-NM u li biħsiebha żżomm klassifikazzjoni tariffarja differenti minn dik operata f'dan il-RTC.
27. F'dan ir-rigward, l-ewwel nett jeħtieġ jiġi ppreċiżat li l-qorti tar-rinviju ġustament ikkunsidrat li jirriżulta li mill-Artikolu 12 tal-KDK li RTC ma jagħtix drittijiet ħlief lis-sid tiegħu u biss fir-rigward tal-merkanzija li hija indikata fiha. Jirriżulta wkoll mill-punt 23 tas-sentenza preżenti, li l-imsemmija qorti ġustament iddeduċiet li, fil-kunstest tal-kawża quddiemha, Intermodal ma kellha ebda dritt personali biex tagħmel użu mill-RTC maħruġ mill-awtoritajiet Finlandiżi.
28. F'dak li jirrigwarda d-domanda preliminari u, billi, fl-ewwel lok, id-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali huma appellabbli skond il-liġi nazzjonali, jirriżulta mit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 234KE, kif imfakkar mill-Gvern Olandiż u mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tali qrati għandhom il-fakultà u mhux l-obbligu li jqiegħdu domanda preliminari ta' interpretazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk iqisu li deċiżjoni fuq dan il-punt hija neċessarja biex jagħtu s-sentenza tagħhom.
29. F'dan ir-rigward, jeħtieġ jitfakkar b'mod partikolari, li l-obbligu li titqiegħed domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja kif previst mit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 234 KE hi fir-rigward tal-qrati nazzjonali lid-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex appellabbli għandu bħala mod partikulari bħala għan li jiġi evitat li fi Stat Membru ġurisprudenza nazzjonali tmur kontra r-regoli tad-dritt Komunitarju (ara, b'mod partikolari, s-sentenza tat-22 ta' Frar 2001, Gomes Valente, , Ġabra p. I1327, punt 17 u l-ġurisprudenza ċitata).
30. Issa, tali għan jintlaħaq meta huma marbuta għal dan l-obbligu tar-rinviju, barra l-eċċezzjonijiet rikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas-6 ta' Ottubru 1982, Cilfit et , 283/81, Ġabra p. 3415), l-għola qrati kif ukoll il-qrati kollha nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex appellabbli (ara s-sentenza ta' l-4 ta' Ġunju 2002, Lyckeskog, , Ġabra p. I4839, punti 14 u 15 kif ukoll l-ġurisprudenza ċitata).
31. Min-naħa l-oħra, il-qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom huma suxxettibbli ta' appell ġuridiku skond il-liġi huma, skond it-trattat KE, ħielsa li jevalwaw il-bżonn eventwali li jirreferu lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda ta' interpretazzjoni fuq titolu preliminari.
32. Iċ-ċirkustanza li l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor ikkunsinjaw, lil terz li huma parti f'kawża li tagħha ħadet konjizzjoni tali Qorti u għal prodott simili għal dak in kwistjoni f'din il-kawża, RTC li joħroġ minn dispożizzjoni ta' dritt li ġej mill-Artikolu 12 tal-KDK ma jistax jattakka l-libertà ta' evalwazzjoni li inagħtat lill-imsemmija qorti permezz ta' l-Artikolu 234 KE.
33. Billi, fit-tieni lok, dawn huma qrati nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex appellabbli skond il-liġi nazzjonali, jeħtieġ jitfakkar li t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 234 KE għandu, skond ġurisprudenza kostanti, ikun interpretat fis-sens li tali qrati huma marbuta, meta domanda fuq id-dritt Komunitarju titqiegħed quddiemhom, li jwettqu l-obbligu tagħhom li jieħdu konjizzjoni tal-każ, sakemm ma jkunux ikkonstataw li d-domanda mqajma mhijiex pertinenti jew li d-dispożizzjoni Komunitarja fil-kawża ġa kienet suġġett ta' interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-applikazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju hija manifesta b'tali mod li ma tħalli l-ebda possibbiltà ta' dubju raġonevoli. L-eżistenza ta' tali eventwalità trid tkun evalwata fil-funzjoni tal-karatteristiċi tad-dritt Komunitarju, diffikultajiet partikolari li jippreżentaw l-interpretazzjoni tagħhom u riskju ta' nuqqas ta' qbil tal-qrati fil-Komunità.
34. F'dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza li l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor ikkunsinjaw, lil terzi għal din il-kawża li għalihom tali ġurisdizzjoni hi kompetenti RTC, għal merkanzija speċifika, li tidher tagħti interpretazzjoni differenti lit-titoli tan-NM minn dik li l-imsemmija qorti tqis li trid tinżamm fir-rigward ta' prodott simili in kawża f'dan l-imsemmi litiġju, trid, bla dubju, twassal lil din il-qorti biex tkun partikolarment attenta fl-evalwazzjoni tagħha fir-rigward ta' nuqqas eventwali ta' dubju raġonevoli rigward l-applikazzjoni korretta tan-NM, waqt li b'mod partikolari jitfakkru t-tliet elementi ta' valutazzjoni ċċitati fil-punt ta' qabel.
35. Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li jsostnu Intermodal u l-Kummissjoni, u kif ġustament qalu l-gvernijiet Olandiżi u Awstrijaċi, l-eżistenza ta' tali RTC m'għandux waħdu, jwaqqaf lil tali qorti nazzjonali milli tikkonkludi, fi tmiem eżami rigward l-eżiġenzi mfakkra fil-punti 33 u 34 tas-sentenza preżenti, li l-applikazzjoni korretta, f'każ partikolari, ta' titolu tariffarju tan-NM jimponi huma tant evidenti li ma tħallix post, b'mod partikolari fir-rigward ta' kriterji ta' interpretazzjoni kostanti mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-klassifikazzjoni tan-NM, għall-ebda dubju raġonevoli fuq il-mod kif tissolva d-domanda mqiegħda, la timpedixxi, f'każ simili, li tiddeċiedi li tastjeni milli tirrinvija lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq titolu preliminari u li ssolvi l-imsemmija domanda taħt ir-responsabbiltà tagħha (sentenza Cilfit et , ċitata iktar 'il fuq, punt 16).
36. Fil-fatt, l-ewwelnett jeħtieġ jitfakkar, li applikazzjoni eventwali diverġenti mil-leġizlazzjoni f'ċertu Stati Membri m'għandhiex teffettwa l-interpretazzjoni tat-tariffa doganali komuni bbażata fuq l-ifformular tat-titoli tariffarji (sentenza tas-7 ta' Mejju 1991, Post, , Ġabra p. I2391, punt 24).
37. It-tieni nett, u bla ħsara għall-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tat-30 ta' Settembru 2003, Köbler , Ġabra p. I10239), il-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza Cilfit et , ċitata iktar 'il fuq, tippermetti biss lill-Qorti nazzjonali li tevalwa jekk l-applikazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju hijiex tant evidenti li ma tħallix post għal dubju raġonevoli u, konsegwentament, li tiddeċiedi li tastjeni milli tissottometti lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda ta' interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju li ġiet mressqa quddiemha (sentenza tas-17 ta' Mejju 2001, TNT Traco, , Ġabra p. I4109, punt 35).
38. It-tielet nett, l-obbligu ta' rinviju, stabbilit mit-tielet inċiz ta' l-Artikolu 234 KE jaqa' fi ħdan il-qafas ta' kooperazzjoni stabbilita sabiex tiżgura l-applikazzjoni t-tajba u l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju fl-Istati Membri kollha, bejn il-qrati nazzjonali, fil-kwalità tagħhom ta' mħallfin responsabbli għall- applikazzjoni tad-dritt Komunitarju, u tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi Cilfit et , ċitata iktar 'il fuq, punt 7; ta' l-4 ta' Novembru 1997, Parfums Christian Dior, , Ġabra p. I6013, punt 25, u Gomes Valente, ċitata iktar 'il fuq, punt 17). Kif inhu ukoll imfakkar fil-punt 29 ta' din is-sentenza, hija għandha bħala skop li tipprevjeni li tiġi stabbilita, fi kwalunkwe Stat Membru, ġurisprudenza nazzjonali li ma taqbilx mar-regoli tad-dritt Komunitarju.
39. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ġġudikat li, qabel ma tikkonkludi li l-applikazzjoni korretta ta' leġiżlazzjoni tad-dritt Komunitarju hija tant evidenti li ma tħalli possibbiltà għall-ebda dubju raġonevoli fuq il-mod kif tinstab soluzzjoni għad-domanda mqiegħda u li b'konsegwenza, tastjeni milli tqiegħed domanda preliminari lill-Qorti, il-qorti nazzjonali trid tkun partikolarment ċerta li l-istess evidenza tiġi aċċettata bl-istess mod mill-qrati ta' l-Istati Membri l-oħra u tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza Cilfit, ċitata iktar 'il fuq, punt 16). Min-naħa l-oħra, mhuwiex mitlub minn tali qorti li tiżgura, barra minn hekk, li tali evidenza tkun milqugħa mill-organi ta' natura mhux ġuridika bħal awtoritajiet amministrattivi.
40. Ir-raba' nett, jeħtieġ jitfakkar li l-mekkaniżmu ta' rinviju preliminari stabbilit mill-Artikolu 234 KE għandu l-għan, kif joħroġ mill-istess ifformular ta' din id-dispożizzjoni, li jippermetti, b'mod partikolari, lil qorti nazzjonali, li għandha kompetenza fuq kawża, li tagħti l-ispjegazzjonijiet neċessarji sabiex tiddeċiedi dwarha. Min-naħa l-oħra, l-appell minn dan il-mekkaniżmu m'għandux jiġi impost fuq qorti nazzjonali għas-sempliċi raġuni li l-interpretazzjoni li tingħata mill-Qorti rigward titolu tariffarju mogħti tkun suxxettibbli, minħabba dispożizzjoni ta' liġi sekondarja bħal dik li toħroġ ta' l-Artikolu 12 tal-KDK, li tneħħi l-validità ta' RTC mogħti mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor jew li ġġib fit-tmiem prassi maħluqa minn dawn l-awtoritajiet, la kemm ir-RTC u lanqas il-prassi ma jikkostitwixxux is-suġġett tal-kwistjoni li tagħha tieħu konjizzjoni din il-qorti.
41. Rigward iċ-ċirkustanza li jkunu eventwalment ikunu jistgħu jikkoeżistu prassi amministrattiva u ġurisprudenza diverġenti f'żewġ Stati Membri, dak li jista' jagħmel ħsara, kif tirrileva l-Kummissjoni, lir-rekwiżit ta' applikazzjoni uniformi tat-tariffi doganali komuni u li għandu bħala konsegwenza, kif tirrileva Intermodal, li prodotti simili jkunu s-suġġett ta' klassifikazzjoni differenti skond jekk l-operaturi kkonċernati jimpurtawhomx f'wieħed jew f'ieħor mill-Istati Membri, irid jiġi nnutat, kif irrilevaw il-gvernijiet Olandiżi u Awstrijaċi, li jeżistu mekkaniżmi differenti li għandhom jippermettu li jiżguraw li tali kontradizzjonijiet huma biss ta' karattru provviżorju.
42. Qabel kollox, jirriżulta mill-Artikoli 9 u 12(5)(a)(iii) tal-KDK li RTC jista' jiġi revokat jekk wieħed jew aktar mill-kundizzjonijiet previsti għall-għoti tiegħu ma kinux jew mhumiex aktar sodisfatti. Isegwi li, jekk awtorità doganali tikkunsidra l-interpretazzjoni li inizjalment kienet qieset bħala żbaljata, in segwitu ta' żball ta' evalwazzjoni jew ta' evoluzzjoni tal-kunċetti fir-rigward ta' klassifikazzjoni tariffarja, hija legalment tista' tikkunsidra li waħda mill-kundizzjonijiet previsti għall-għoti ta' l-RTC mhijiex aktar sodisfatta u tirrevoka dan l-RTC sabiex timmodifika l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija kkonċernata (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tat-22 ta' Jannar 2004, Timmermans Transport u Hoogenboom Production, u , Ġabra p. I1125, punti 21 sa 25).
43. In segwitu, jeħtieġ jitfakkar, skond l-Artikolu 12(5)(a)(i) tal-KDK, RTC ma jibqax aktar validu b'mod partikolari meta, wara l-adozzjoni ta' regola ta' klassifikazzjoni, ma jkunx konformi mad-dritt hekk stabbilit. Skond l-Artikolu 9(1) tar- , il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta tali regolamenti ta' klassifikazzjoni, skond il-modalitajiet proċedurali ffissati fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.
44. Fl-aħħar, jekk wieħed jissupponi li minkejja kollox id-diverġenzi hekk osservati jibqgħu, il-Qorti tal-Ġustizzja, tista' tieħu konjizzjoni tal-kawża u tintervjeni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 226 KE. Fir-rigward ta' din ta' l-aħħar, jeħtieġ jitfakkar b'mod partikolari li prassi amministrattiva tista' tkun is-suġġett ta' rikors ta' nuqqas ta' stat li jwettaq obbligu meta tippreżenta ċertu grad ta' kostanza u ta' ġeneralità (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tad-29 ta' April 2004, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, , Ġabra p. I-3751, punt 42, u tas-26 ta' April 2005, il-Kummissjoni vs l-Irlanda, , li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 28).
45. Meta wieħed jieħu dak kollu li ntqal qabel in kunsiderazzjoni hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel mistoqsija li l-Artikolu 234 KE irid jiġi interpretat fis-sens li, meta, fil-kuntest ta' kawża dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta' merkanzija determinata quddiem qorti nazzjonali, jiġi ppreżentat RTC dwar merkanzija simili mogħti lil terzi għal din il-kawża mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor, u li l-imsemmija qorti tqis żbaljata l-klassifikazzjoni tariffarja operata mill-imsemmija RTC, dawn iż-żewġ l-aħħar ċirkustanzi:
- ma jistax ikollhom bħala konsegwenza, fir-rigward ta' qorti li d-deċiżjonijiet tagħha huma appellabbli skond il-liġi nazzjonali, li jobbligawha li tqiegħed domandi ta' interpretazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja;
- ma għandhomx, għalihom biss, ikollhom bħala konsegwenza awtomatika, fir-rigward ta' qorti li d-deċiżjonijiet tagħha mhumiex appellabbli skond il-liġi nazzjonali, li jobbligawha li tqiegħed domandi ta' interpretazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.
Il-qorti li d-deċiżjonijiet tagħha mhumiex appellabbli skond il-liġi nazzjonali huma madankollu marbuta, meta domanda fuq id-dritt Komunitarju titqiegħed quddiemha, li twettaq l-obbligu tagħha li tieħu konjizzjoni tal-kawża, sakemm ma tikkonstatax li d-domanda mqajma mhijiex pertinenti jew li d-dispożizzjoni Komunitarja fil-kawża ġa kienet suġġett ta' interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-applikazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju hija manifestata b'tali mod li ma tħalli l-ebda possibbiltà ta' dubju raġonevoli; l-eżistenza ta' tali eventwalità trid tiġi evalwata fil-funzjoni tal-karatteristiċi tad-dritt Komunitarju, tad-diffikultajiet partikolari li jippreżentaw l-interpretazzjoni tagħhom u tar-riskju ta' nuqqas ta' qbil fil-ġurisprudenza fi ħdan il-Komunità; f'dan ir-rigward, l-eżistenza ta' RTC fil-kawża irid iwassal lil din il-qorti biex tkun attenta fl-evalwazzjoni tagħha fir-rigward ta' nuqqas eventwali ta' dubju raġonevoli rigward l-applikazzjoni korretta tan-NM, waqt li b'mod partikolari jittieħdu in kunsiderazzjoni t-tliet elementi ta' valutazzjoni ċċitati iktar 'il fuq.
Fuq it-tieni domanda
46. Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju staqsiet fis-sustanza jekk it-titolu 8709 tan-NM irid ikun interpretat fis-sens li vettura li tippreżenta karatteristiċi bħal dik fil-kawża prinċipali jirrigwardax l-imsemmija titolu.
47. Jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti li, fl-interess tas-sigurtà ġuridika u tal-faċilità ta' kontrolli, il-kriterju deċisiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija trid tkun imfitxxija, b'mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-kwalitajiet oġġettivi tagħhom, hekk kif iddefiniti mill-ifformular tat-titolu tan-NM u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tas-16 ta' Settembru 2004, DFDS, , Ġabra p. I-8439, punt 27 u l-ġurisprudenza ċitata).
48. In-noti ta' spjegazzjoni tan-NM kif ukoll dawk tas-SA jikkontribwixxu min-naħa tagħhom, b'mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tat-titoli tariffarji differenti mingħajr madankollu jkollhu forza legali (ara, b'mod partikolari, is-sentenza DFDS, ċitata iktar 'il fuq, punt 28). Il-kontenut ta' dawn in-noti jridu minnhom nfushom jkun u konformi mad-dispożizzjonijiet tan-NM u m'għandux jimmodifika il-portata (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tad-9 ta' Frar 1999, ROSE Elektrotechnik, , Ġabra p. I689, punt 23, u tas-26 ta' Septembru 2000, Eru Portuguesa, , Ġabra p. I7691, punt 20).
49. Fil-fatt, it-titolu 8709 tan-NM jirrigwarda t-"trakkijiet mingħajr apparat għat-tagħbija, tat-tip użat fil-fabbriki, f'imħażen, fil-portijiet jew fl-ajruporti għat-trasport ta' merkanzija fuq distanza qasira" u t-"tratturi industrijali tat-tip użat fl-istazzjonijiet" kif ukoll il-partijiet tagħhom.
50. Tali fformular jagħmel distinzjoni bejn żewġ kategoriji ta' vetturi, waħda u l-oħra definita skond il-funzjoni, b'mod partikolari, ta' wħud mill-karatteristiċi fiżiċi tagħhom u/jew l-użu li jista' jsir minnhom.
51. Fir-rigward tat-"trakkijiet", dan l-ifformular jinkludi l-preċiżazzjonijiet li jgħidu li għandhom ikunu vetturi tat-tip użati fil-fabbriki, f'imħażen, fil-portijiet jew fl-ajruporti, li ma jistax ikollhom apparat għat-tagħbija u li jservu għat-trasport tal-merkanzija. In-noti ta' spjegazzjoni tas-SA jippreċiżaw ukoll, fir-rigward ta' dan ta' l-aħħar, li t-trakkijiet għandhom ikollhom, per eżempju, pjattaforma jew kaxxa li fuqhom tiġi mqiegħda l-merkanzija.
52. Minkejja li huma użati f'siti u mħażen industrijali, il-vetturi fil-kawża prinċipali konsegwentament ma jissodisfawx manifestament il-kundizzjonijiet oġġettivi hekk mitluba, billi, kif il-gvern Olandiż ġustament irrileva, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li dawn il-vetturi ma jistgħux, bħala tali, jiżguraw it-trasport tal-merkanzija, iżda jservu biss biex jiġbdu semi-karrijiet permezz ta' tavla għall-irfigħ.
53. Fir-rigward tat-"tratturi industrijali", jeħtieġ l-ewwel nett jitfakkar li t-titolu 8701 iddedikat għat-"tratturi", li huma huma stess iddefiniti bin-nota 2 tal-kapitolu 87, bħala "vetturi b'magna essenzjalment intiżi biex jiġbdu jew jimbuttaw magni oħra, vetturi jew tagħbija", jindika li dan it-titolu jkopri t-tratturi kollha definiti ħlief għat-tratturi industrijali li jaqgħu taħt it-titolu 8709.
54. F'dak li jirrigwarda l-aħħar titolu, l-ifformular tiegħu jikkonċerna t-tratturi industrijali tat-tip użat fl-istazzjonijiet. Ċertu verżjonijiet lingwistiċi, bħal, b'mod partikolari, il-verżjonijiet Ingliżi u Olandiżi, jirreferu aktar speċifikament għall-pjattaformi ta' l-istazzjon.
55. F'dan ir-rigward, jeħtieġ jitfakkar, li skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-destinazzjoni tal-prodott tista' tikkostitwixxi, f'dak li jirrigwarda klassifikazzjoni tariffarja, kriterju oġġettiv dejjem jekk huwa inerenti fir-rigward tal-prodott in kawża, tali inerenza trid tkun apprezzata in funzjoni tal-karatteristiċi u kwalitajiet oġġettivi tagħha (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tas-17 ta' Marzu 2005, Ikegami, , li għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 23 u l-ġurisprudenza ċitata).
56. L-ifformular tat-titolu 8709 jattribwixxi importanza determinanti lill-fatt li l-vetturi kkonċernati jridu jkunu tat-tip ta' dawk utilizzati bil-għan li jiġbdu fl-istazzjonijiet u, b'mod partikolari, kif jirriżulta minn ċertu verżjonijiet lingwistiċi, fuq il-pjattaformi.
57. Tali kriterju jmur lura għall-karatteristiċi oġġettivi tat-tratturi li jridu jkunu tali li dan ikun naturalment adatt għal użu fl-istazzjonijiet, b'mod partikolari fuq il-pjattaformi, u li jkun identiku jew analogi għall-vetturi li huma effettivament użati f'tali postijiet.
58. Min-naħa tagħhom, in-noti ta' spjegazzjoni tas-SA jikkonfermaw li l-vetturi li jaqgħu taħt it-titolu 8709 huma tat-tip ta' dawk użati għall-ġbid, fl-istazzjonijiet, ta' karrijiet żgħar.
59. Fil-każ, kif ikkonstatat il-qorti tar-rinviju, il-vetturi fil-kawża prinċipali għandhom mutur diżil ta' 132 kW b'2 500 dawrien/minuta kif ukoll trażmissjoni awtomatika b'erba' gerijiet għal quddiem u ger għar-rivers, u li għandha kabina magħluqa kif ukoll tavla għall-irfigħ li tawtorizza rfigħ sa għoli ta' 60 cm. Dawn il-vetturi jifilħu tagħbija ta' 32 000 kg, raġġ ta' dawrien ferm baxx u huma maħsuba biex jiżguraw il-moviment ta' semi-karrijiet.
60. Jirriżulta mill-karatteristiċi oġġettivi li l-vetturi fil-kawża prinċipali mhumiex manifestament la simili għall-vetturi effettivament użati għall-ġbid fl-istazzjonijiet, b'mod partikolari fuq il-pjattaformi, la adatti, min-natura tagħhom, għal tali użu.
61. B'konsegwenza, kif ġustament sostna l-gvern Olandiż, u kontrarjament għat-teżi mressqa minn Intermodal u mill-Kummissjoni, tali vetturi ma jirrigwardawx il-kamp ta' applikazzjoni tat-titolu 8709.
62. Minbarra dan, jista' jiġi osservat, li din il-konklużjoni hija msaħħa minn preċiżazzjonijiet oħra li jinsabu fin-noti ta' spjegazzjoni tas-SA. Għalhekk, dawn jindikaw li l-karatteristiċi li jippermettu li jiddistingwu il-vetturi li jaqgħu taħt it-titolu 8709 mit-tratturi li huma koperti mit-titolu 8701 iżommu, b'mod partikolari, fil-veloċità massima limitata ta' dawk ta' l-ewwel li ma taqbiżx ġeneralment it-30 sal-35 km fis-siegħa, fir-raġġ ta' dawrien ta' bejn wieħed u ieħor it-tul ta' l-istess trakk, mill-fatt li, minħabba fl-installazzjonijiet speċjali u l-istruttura tagħhom, ma jistgħux jiġu użati għat-trasport tal-merkanzija fit-triq jew, ukoll, fiċ-ċirkustanza li huma ġeneralment eħfef u anqas veloċi mit-tieni. Dawn in-noti ugwalment jippreċiżaw li t-tratturi li jirrigwardaw it-titolu 8709 normalment ma jinkludux kabina tas-sewwieq magħluqa, is-siġġu riservat għas-sewwieq huwa ridott għal pjattaforma fejn dan jibqa' bil-wieqfa biex isuq il-vettura.
63. Iżda, jeħtieġ jiġi nnutat li dawn il-karatteristiċi magħduda fin-noti ta' spjegazzjoni tas-SA huma nieqsa fil-każ ta' vetturi fil-kawża prinċipali.
64. Meta wieħed jieħu dak li ntqal qabel in kunsiderazzjoni jeħtieġ li tingħata risposta għat-tieni domanda li t-titolu 8709 tan-NM irid jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix vettura li għandha mutur diżil ta' 132 kW b'2 500 dawrien/minuta kif ukoll trażmissjoni awtomatika b'erba' gerijiet għal quddiem u ger għar-rivers, li għandha kabina magħluqa kif ukoll tavla għall-irfigħ li tawtorizza rfigħ sa għoli ta' 60 cm, li tiflaħ tagħbija ta' 32 000 kg, raġġ ta' dawrien ferm baxx u hi maħsuba biex tiżgura l-moviment ta' semi-karrijiet fuq l-art u f'bini industrijali. Fil-fatt, tali vettura mhijiex, la trakk tax-xogħol użat għat-trasport tal-merkanzija, lanqas trattur-karru tat-tip użat fl-istazzjonijiet, fis-sens ta' dan it-titolu.
Fuq l-ispejjeż
65. Peress illi l-proċeduri għandhom, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-Qorti tar-rinviju, hija din il-Qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tiddeċiedi:
1) L-Artikolu 234 KE irid ikun interpretat fis-sens li, meta, fil-kuntest ta' kawża dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta' merkanzija determinata quddiem qorti nazzjonali, tiġi ppreżentata informazzjoni tariffarja ristretta dwar merkanzija simili mogħti lil terzi għal din il-kawża mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor, u li l-imsemmija qorti tqis żbaljata l-klassifikazzjoni tariffarja operata mill-imsemmija informazzjoni, dawn iż-żewġ l-aħħar ċirkustanzi:
- ma jistax ikollhom bħala konsegwenza, fir-rigward ta' qorti li d-deċiżjonijiet tagħha huma appellabbli, skond il-liġi nazzjonali, li jobbligawha li tqiegħed domandi ta' interpretazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja;
- m'għandhomx, għalihom biss, ikollhom bħala konsegwenza awtomatika, fir-rigward ta' qorti li d-deċiżjonijiet tagħha mhumiex appellabbli, skond il-liġi nazzjonali, li jobbligaw din li tqiegħed domandi ta' interpretazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.
Il-qorti li d-deċiżjonijiet tagħha mhumiex appellabbli skond il-liġi nazzjonali huma madankollu mitluba, meta domanda fuq id-dritt Komunitarju titqiegħed quddiemha, li twettaq l-obbligu tagħha li tieħu l-konjizzjoni tal-kawża, sakemm ma tikkonstatax li d-domanda mqajma mhijiex pertinenti jew li d-dispożizzjoni Komunitarja fil-kawża ġa kienet suġġett ta' interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-applikazzjoni korretta tad-dritt Komunitarju hija manifestament ċara b'tali mod li ma tħalli l-ebda possibbiltà ta' dubju raġonevoli; l-eżistenza ta' tali eventwalità trid tkun evalwata fil-funzjoni tal-karatteristiċi tad-dritt Komunitarju, tad-diffikultajiet partikolari li jippreżentaw l-interpretazzjoni tagħhom u tar-riskju ta' nuqqas ta' qbil fil-ġurisprudenza fi ħdan il-Komunità; f'dan ir-rigward, l-eżistenza ta' informazzjoni tariffarja ristretta fil-kawża trid twassal lil din il-qorti biex tkun partikolarment attenta fl-evalwazzjoni tagħha fir-rigward ta' nuqqas eventwali ta' dubju raġonevoli rigward l-applikazzjoni korretta tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar- tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta' Dwana, kif emendat mir- tas- 26 ta' Ottubru 1998, waqt li b'mod partikolari jittieħdu in konsiderazzjoni t-tliet elementi ta' valutazzjoni ċċitati iktar 'il fuq.
2) It-titolu 8709 tan-nomenklatura magħquda trid tiġi interpretata fis-sens li ma tkoprix vettura li għandha mutur diżil ta' 132 kW b'2 500 dawrien/minuta kif ukoll trażmissjoni awtomatika b'erba' gerijiet għal quddiem u ger għar-rivers, li għandha kabina magħluqa kif ukoll tavla għall-irfigħ li tawtorizza rfigħ sa għoli ta' 60 cm, li tiflaħ tagħbija ta' 32 000 kg u raġġ ta' dawrien ferm baxx u hi maħsuba biex tiżgura l-moviment ta' semi-karrijiet fuq l-art u f'bini industrijali. Fil-fatt, tali vettura mhijiex, la trakk tax-xogħol użat għat-trasport tal-merkanzija, lanqas trattur-karru tat-tip użat fl-istazzjonijiet, fis-sens ta' dan it-titolu.