Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002L0087-20210626

    Consolidated text: Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/87/2021-06-26

    02002L0087 — MT — 26.06.2021 — 007.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ID-DIRETTIVA 2002/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta' Diċembru 2002

    dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 035 11.2.2003, p. 1)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    ID-DIRETTIVA 2005/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2005

      L 79

    9

    24.3.2005

    ►M2

    DIRETTIVA 2006/48/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006

      L 177

    1

    30.6.2006

     M3

    DIRETTIVA 2008/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008

      L 81

    40

    20.3.2008

    ►M4

    DIRETTIVA 2009/138/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Novembru 2009

      L 335

    1

    17.12.2009

    ►M5

    DIRETTIVA 2010/78/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Novembru 2010

      L 331

    120

    15.12.2010

    ►M6

    DIRETTIVA 2011/89/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Novembru 2011

      L 326

    113

    8.12.2011

    ►M7

    DIRETTIVA 2013/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Ġunju 2013

      L 176

    338

    27.6.2013

    ►M8

    DIRETTIVA (UE) 2019/2034 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019

      L 314

    64

    5.12.2019




    ▼B

    ID-DIRETTIVA 2002/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta' Diċembru 2002

    dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



    IL-KAPITOLU I

    OBJETTIV U DEFINIZZJONIJIET

    ▼M6

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE ( 1 ), l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/39/KE ( 2 ), l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE ( 3 ), l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE ( 4 ), l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE ( 5 ), l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE Solvenza ( 6 ) jew l-Artikoli 6 sa 11 tad-Direttiva 2011/61/UE ( 7 ), u li huma parti minn konglomerat finanzjarju.

    Din id-Direttiva temenda wkoll ir-regoli settorjali rilevanti li japplikaw għall-entitajiet regolati minn dawn id-Direttivi.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

    (1) 

    “istituzzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

    (2) 

    “impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1), (2) jew (3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

    (3) 

    “kumpannija tal-investiment” tfisser kumpannija tal-investiment skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, inklużi l-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 8 ) jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab f’pajjiż terz u li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2004/39/KE kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;

    (4) 

    “entità regolata” tfisser istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassikurazzjoni, ditta ta’ investiment, kumpannija tal-immaniġġjar tal-assi jew maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;

    (5) 

    “kumpannija li timmaniġja l-assi” tfisser kumpannija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku l-uffiċċju tagħha kien reġistrat fl-Unjoni;

    (5a) 

    “maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi” tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(b),(l) u (ab) tad-Direttiva 2011/61/KE jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;

    (6) 

    “impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(4), (5) jew (6) tad-Direttiva 2009/138/KE jew strument b’għan speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 13(26) tad-Direttiva 2009/138/KE;

    ▼M8

    (7) 

    “regoli settorjali” tfisser atti legali relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' entitajiet regolati, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 ( 9 ) u (UE) 2019/2033 ( 10 (17) tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill u d-Direttivi 2009/138/KE, 2013/36/UE ( 11 ), 2014/65/UE ( 12 ) u (UE) 2019/2034 ( 13 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    ▼M6

    (8) 

    “settur finanzjarju” tfisser settur kompost minn waħda jew aktar mill-entitajiet li ġejjin:

    (a) 

    istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) jew (21) tad-Direttiva 2006/48/KE (minn hawn ‘il quddiem imsemmija “is-settur bankarju”);

    (b) 

    impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 13(1), (2), (4) jew (5) jew tal-Artikolu 212(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE (minn hawn ‘il quddiem imsemmija “is-settur tal-assigurazzjoni”);

    (c) 

    ditta tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE (flimkien msejħa “is-settur tas-servizzi tal-investiment”);

    (9) 

    “impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 14 ) jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, teżerċita effettivament influwenza dominanti fuq impriża oħra;

    (10) 

    “impriża sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, impriża prinċipali effettivament teżerċita fuqha influwenza dominanti jew is-sussidjarji kollha ta’ tali impriżi sussidjarji;

    (11) 

    “parteċipazzjoni” tfisser parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 15 ), jew il-proprjetà diretta jew indiretta ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

    (12) 

    “grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, jew impriżi marbuta flimkien permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, u jinkludi kwalunkwe sottogrupp tiegħu;

    (12a) 

    “kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u impriża sussidjarja, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwelunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

    (13) 

    “rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma marbuta permezz ta’ kontroll jew parteċipazzjoni, jew sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma permanentement marbuta mal-istess persuna, permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll;

    (14) 

    “konglomerat finanzjarju” tfisser grupp jew sottogrupp, fejn entità regolata tkun tmexxi l-grupp jew sottogrupp, jew fejn tal-anqas waħda mis-sussidjarji f’dak il-grupp jew sottogrupp tkun entità regolata, u li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    fejn ikun hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:

    (i) 

    dik l-entità tkun impriża prinċipali ta’ entità fis-settur finanzjarju, entità li jkollha parteċipazzjoni f’entità fis-settur finanzjarju, jew entità marbuta ma’ entità fis-settur finanzjarju permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE,

    (ii) 

    mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment, u

    (iii) 

    l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) jew (3) ta’ din id-Direttiva; jew

    (b) 

    fejn ma jkunx hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:

    (i) 

    l-attivitajiet tal-grupp jew sottogrupp iseħħu prinċipalment fis-settur finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva,

    (ii) 

    mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment, u

    (iii) 

    l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) jew (3) ta’ din id-Direttiva;

    (15) 

    “kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju;

    (16) 

    “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew regolamentazzjoni sabiex jissorveljaw istituzzjonijiet tal-kreditu, jew impriżi tal-assigurazzjoni, jew impriżi tar-riassigurazzjoni, jew ditti tal-investiment, kumpanniji tal-immaniġġar tal-assi jew maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi sew fuq bażi individwali jew ta’ grupp;

    (17) 

    “awtoritajiet rilevanti kompetenti” tfisser:

    (a) 

    l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-superviżjoni settorjali tal-grupp kollu ta’ kwalunkwe entità regolata f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari tal-impriża prinċipali finali ta’ settur;

    (b) 

    il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 10 jekk differenti mill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a);

    (c) 

    fejn xieraq, awtoritajiet kompetenti oħra konċernati rilevanti għall-opinjoni tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

    (18) 

    “tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp” tfisser it-tranżazzjonijiet kollha li bihom entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju jiddependu direttament jew indirettament fuq impriżi oħra fi ħdan l-istess grupp jew fuq kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika marbuta mal-impriżi fi ħdan dak il-grupp permezz ta’ rabtiet mill-qrib, għat-twettiq ta’ obbligu, sew jekk kuntrattwali kif ukoll jekk le, u kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le;

    (19) 

    “konċentrazzjoni tar-riskju” tfisser l-esponimenti kollha għal riskji b’potenzjal ta’ telf li jkun kbir biżżejjed biex jhedded is-solvenza jew il-pożizzjoni finanzjarja b’mod ġenerali tal-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju; tali esponimenti jistgħu jiġu kkawżati minn riskju tal-kontroparti/riskju tal-kreditu, riskju tal-investiment, riskju tal-assigurazzjoni, riskju tas-suq, riskji oħra, jew b’kombinazzjoni jew interazzjoni ta’ dawn ir-riskji.

    Sakemm jidħol fis-seħħ kull standard tekniku regolatorju adottat f’konformita’ mal-Artikolu 21a(1)(b), l-opinjoni msemmija fil-punt (17)(c) għandha, b’mod partikolari, tieħu kont tas-sehem mis-suq tal-entitajiet regolati tal-konglomerat finanzjarju fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari jekk teċċedi l-5 %, u l-importanza fil-konglomerat finanzjarju ta’ kwalunkwe entità regolata stabbilita fi Stat Membru ieħor.

    ▼B

    Artikolu 3

    Għatbiet għall-identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju

    ▼M6

    1.  
    Għall-għanjijet tal-istabbiliment dwar jekk l-attivitajiet ta’ grupp iseħħux prinċipalment fis-settur finanzjarju, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(b)(i), il-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju regolat u mhux regolat fil-grupp mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp kollu kemm hu m’għandux jeċċedi l-40 %.
    2.  
    Għall-għanijiet tal-istabbiliment dwar jekk attivitajiet f’setturi finanzjarji differenti humiex sinjifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew 14(b)(iii), għal kull settur finanzjarju il-medja tal-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ ta’ dak is-settur finanzjarju mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp u l-proporzjon tal- ħtiġiet tas-solvibilità tal-istess settur finanzjarju mal-ħtiġiet totali tas-solvibilitàtal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp m’għandux jeċċedi l-10 %.

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, l-iżgħar settur finanzjarju fil-konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-iżgħar medja u l-aktar settur finanzjarju importanti f’konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-ogħla medja. Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-medja u għall-kejl tal-iżgħar u l-aktar settur finanzjarju importanti, is-settur bankarju u s-settur tas-servizzi ta’ investiment għandhom jitqiesu flimkien.

    Il-kumpanniji li jimmaniġjaw l-assi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp; jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.

    Il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp. Jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.

    3.  
    L-attivitajiet transsettorjali għandhom ukoll jiġu preżunti li huma sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew (14)(b)(iii) jekk it-total tal-karta tal-bilanċ tal-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jaqbeż EUR 6 biljun.

    Jekk il-grupp ma jilħaqx il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

    Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati jew, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti

    3a.  
    Jekk il-grupp jilħaq il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, iżda l-iżgħar settur ma jaqbiżx EUR 6 biljun, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

    Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati u, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, għandhom jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti.

    ▼B

    4.  

    Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu bi ftehim komuni:

    ▼M6

    (a) 

    jeskludu entità meta jikkalkolaw il-proporzjonijiet, fil-każi msemmija fl-Artikolu 6(5), sakemm l-entità ma tkunx iċċaqalqet minn Stat Membru għal pajjiż terz jew sakemm ma jkunx hemm evidenza li l-entità bidlet is-sit tagħha biex tevita r-regolamentazzjoni;

    ▼B

    (b) 

    jagħtu kont tal-konformita ma' l-għatbiet maħsuba fil-paragrafi 1 u 2 għal tlett snin konsekuttivi, sabiex jevitaw xejriet f'daqqa tar-reġim, u jinjoraw dik il-konformità jekk ikun hemm bidliet sinjifikanti fl-istruttura tal-grupp;

    ▼M6

    (c) 

    jeskludu parteċipazzjoni waħda jew aktar fl-iżgħar settur jekk tali parteċipazzjonijiet huma determinanti għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, u huma kollettivament ta’ interess negliġibbli fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni supplimentari.

    ▼B

    Meta konglomerat finanzjarju jkun ġie identifikat skond il-paragrafi 1, 2, u 3, id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' propsta magħmula mill-kordinatur ta' dak il-konglomerat finanzjarju.

    ▼M6

    5.  
    Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u bi ftehim komuni, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ b’parametru wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin jew iżidu parametru jew aktar minnhom, jekk ikunu tal-opinjoni li dawk il-parametri jkunu ta’ rilevanza partikolari għall-iskop tas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva: struttura tad-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ, assi totali mmaniġġati.

    ▼B

    6.  
    Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, jekk il-proporzjonijiet imsemmija f'dawk il-paragrafi jaqgħu taħt l-40 % u l-10 % rispettivament għal konglomerati li jkun diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, proporzjon aktar baxx ta' 35 % u 8 % rispettivament għandu japplika għat-tlett snin li jiġu wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim.

    Bl-istess mod, għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3, jekk it-total tal-karta tal-bilanċ ta' l-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jinżel taħt l-EUR 6 biljuni għal konglomerati li jkunu diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, figura aktar baxxa ta' EUR 5 biljuni għandha tapplika għat-tlett snin ta' wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim.

    Matul il-perjodu msemmi f'dan il-paragrafu, il-kordinatur jista', bi qbil ma l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti, jiddeċiedi li l-proporzjonijiet aktar baxxi jew l-ammont aktar baxx imsemmi f'dan il-paragrafu għandhom jieqfu milli japplikaw.

    7.  
    Il-kalkolazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fir-rigward tal-karta tal-bilanċ għandhom isiru fuq il-bażi tat-total aggregat tal-karta tal-bilanċ ta' l-entitajiet tak-grupp, skond il-kontijiet annwali tagħhom. Għall-għanijiet ta' din il-kalkolazzjoni, għandu jingħata kont ta' impriżi li fihom hija miżmuma parteċipazzjoni fir-rigward ta' l-ammont tat-total tal-karta tagħhom tal-bilanċ li jikkorrispondi mas-sehem proporzjonali aggregat miżmum mill-grupp. Iżda, meta kontijiet konsolidati huma disponibbli, għandhom jintużaw minflok il-kontijiet aggregati.

    Il-ħtiġiet ta' solvibilità imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu kalkolati skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli relevanti settorali.

    ▼M6

    8.  
    L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ) (“…”), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) (“AEAPX”) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) (“AETS”) (flimkien imsejħa “l-ASE”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ASE (“Kumitat Konġunt”), joħroġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
    9.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali, jerġgħu jivvalutaw il-konċessjonijiet tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari u għandhom jirrieżaminaw l-indikaturi kwantitattivi stabbiliti f’dan l-Artikolu u valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju applikati għall-gruppi finanzjarji.

    ▼B

    Artikolu 4

    Identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati għandhom, fuq il-bażi ta' l-Artikoli 2, 3 u 5, jidentifikaw kull grupp li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    ▼M6

    Għal dak il-għan:

    — 
    awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp għandhom jikkooperaw mill-qrib,
    — 
    jekk awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li entità regolata awtorizzata minn dik l-awtorità kompetenti tkun membru ta’ grupp li jista’ jkun konglomerat finanzjarju, li ma kienx diġà identifikat skont din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti kkonċernati u lill-Kumitat Konġunt.

    ▼M5

    2.  

    Il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 10 għandu jinforma lill-impriża prinċipali li tmexxi grupp jew, fin-nuqqas ta’ impriża prinċipali, il-korp irregolat bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fl-aktar settur finanzjarju importanti fil-grupp, li l-grupp ikun ġie identifikat bħala konglomerat finanzjarju u bil-ħatra tal-koordinatur.

    ▼M6

    Il-kordinatur għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u l-Kumitat Konġunt.

    3.  
    Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt lista tal-konglomerati finanzjarji definiti skont l-Artikolu 2(14). Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz ta’ hyperlink fuq kull waħda mill-websajts tal-ASE.

    L-isem ta’ kull entità regolata msemmija fl-Artikolu 1, li hija parti minn konglomerat finanzjarju, għandha tiddaħħal f’lista li l-Kumitat Konġunt għandu jippubblika u jżomm aġġornata fuq il-websajt tiegħu.

    ▼B



    IL-KAPITOLU II

    SUPERVIŻJONI SUPPLEMENTARI



    TAQSIMA 1

    KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Artikolu 5

    Kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni li jinsabu fir-regoli settorali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1, sal-limitu u bil-mod preskritt f'din id-Direttiva.
    2.  

    L-entitajiet regolati li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għas-superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju skond l-Artikoli 6 sa 17:

    (a) 

    kull entità regolata li tkun tmexxi konglomerat finanzjarju;

    ▼M6

    (b) 

    kull entità regolata, li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni;

    ▼B

    (ċ) 

    kull entità regolata marbuta ma' settur ieħor finanzjarju permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE.

    Fejn konglomerat finanzjarju jkun sub-grupp ta' konglomerat finanzjarju ieħor li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-ewwel subparagrafu, l-Istati membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 6 sa 17 għall-entitajiet regolati fi ħdan il-grupp imsemmi l-aħħar biss u kull referenza fid-Direttiva għat-termini grupp u konglomerat finanzjarju għandha allura tiftiehem bħala li tirreferi għal dan il-grupp isemmi l-aħħar.

    ▼M6

    3.  
    Kull entità regolata li mhix suġġetta għal superviżjoni supplementari skont il-paragrafu 2, li l-impriża prinċipali tagħha hija entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, għandha tkun suġġetta għal superviżjoni supplementari fil-livell tal-konglomerat finanzjarju sal-limitu u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18.

    ▼B

    4.  
    Meta persuni jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali f'entità regolata waħda jew aktar, jew jeżerċitaw influwenza sinjifikanti fuq entitajiet bħal dawk mingħajr ma jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali, ħlief fil-każi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom, bi ftehim komuni u b'konformità mal-liġi nazzjonali, jistabbilixxu jekk u sa liema limitu superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati għandha titwettaq, daqslikieku jikkostitwixxu konglomerat finanzjarju.

    ▼M6

    Sabiex tiġi applikata superviżjoni supplementari bħal dik, tal-anqas waħda mill-entitajiet għandha tkun entità regolata kif imsemmija fl-Artikolu 1 u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(14)(a)(ii) jew 14(b)(ii) u l-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew (14)(b)(iii) għandhom ikunu mħarsa. L-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, waqt li jagħtu kont tal-objettivi tas-superviżjoni supplementari kif provdut f’din id-Direttiva.

    ▼B

    Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għal “gruppi koperattivi”, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu kont tar-rabta pubblika finanzjarja ta' dawn il-gruppi fir-rigward ta' entitajiet finanzjarji oħra.

    5.  
    Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 13, l-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju m'għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni f'relazzjoni ma' kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw, entitajiet regolati ta' pajjiżi terzi f'konglomerat finanzjarju jew entitajiet mhux regolati f'konglomerat finanzjarju, fuq bażi ta' każ b'każ.



    TAQSIMA 2

    POSIZZJONI FINANZJARJA

    Artikolu 6

    Adegwatezza ta' kapital

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, superviżjoni supplementari ta' adegwatezza ta' kapital ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tkun eżerċitata skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (5), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u f'L-Anness I.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju li jassiguraw li fondi proprji huma disponibbli fil-livell tal-konglomerat finanzjarju li huma dejjem ikunu ugwali għal ta' l-anqas il-ħtiġiet ta' l-adegwezza tal-kapital kif kalkolati skond l-Anness I.

    L-Istati Membri għandhom ukoll jeħtieġa li l-entitajiet regolati jkollhom taħdem politika adegwata ta' adegwatezz ta' kapital fil-livell tal-konglomerat finanzjarju.

    Il-ħtiġiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur skond it-Taqsima 3.

    Il-kordinatur għandu jassigura li l-kalkolazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu titwettaq ta' l-anqas darba fis-sena, jew mill-entitajiet regolati jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.

    Ir-riżultati tal-kalkolazzjoni u t-tagħrif relevanti għall-kalkolazzjoni għandhom jintbagħtu lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmessi l-konglomerat finanzjarju, jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat finanzjarju identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

    ▼M6

    3.  

    Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta’ adegwatezza tal-kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari f’konformita’ mal-Anness I:

    (a) 

    istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari;

    (b) 

    impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża holding tal-assigurazzjoni;

    (c) 

    kumpannija tal-investiment;

    (d) 

    kumpannija holding finanzjarja mħallta.

    4.  
    Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital supplimentari fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju bl-applikazzjoni tal-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-kontabilità) imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ solvenza tal-entitajiet fil-grupp għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tar-regoli settorjali korrispondenti għall-forma u l-livell ta’ konsolidazzjoni kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 221 tad-Direttiva 2009/138/KE.

    Meta jiġi applikat il-metodu 2 (Tnaqqis u aggregazzjoni) imsemmi fl-Anness I, il-kalkolu għandu jikkunsidra l-proporzjon tal-kapital sottoskritt miżmum direttament jew indirettament mill-impriża prinċipali jew impriża li jkollha parteċipazzjoni f’entità oħra tal-grupp.

    ▼B

    5.  

    Il-kordinatur jista' jiddeċiedi li ma jinkludix entità partikolari fil-kamp ta' applikazzjoni meta jikkalkola l-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplimentari fil-każijiet li ġejjin:

    (a) 

    jekk l-entità tkun tinsab f'pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment ta' l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali li jirrigwardaw l-obbligu ta' l-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom ma jitħalliex isir;

    (b) 

    jekk l-entità tkun ta' interess negliġibbli fir-rigward ta' l-objettivi tas-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju;

    (ċ) 

    jekk l-inklużjoni ta' l-entità ma tkunx tixraq jew tista' tiżgwida fir-rigward ta' l-objettivi ta' superviżjoni supplementari.

    iżda, jekk diversi entitajiet għandhom jiġu esklużi bis-saħħa ta' (b) ta' l-ewwel subparagrafu, għandhom madana kollu jkunu nklużi meta kollettivament ikun ta' interess mhux negliġibbli.

    Fil-każ imsemmi fiċ-(ċ) ta' l-ewwel subparagrafu, l-kordinatur għandu, ħlief f'każi ta' urġenza, jikkonsulta ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti qabel ma jieħu deċiżjoni.

    Meta kordinatur ma jinkludix entità regolata fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' wieħed mill-każi kif hemm provdut fil-(b) u (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab l-entità jistgħu jitolbu l-entità li tkun tmexxi il-konglomerat finanzjarju għall-informazzjoni li tista' tiffaċilita is-superviżjoni tagħhom ta' l-entità regolata.

    Artikolu 7

    Konċentrazzjoni ta' riskju

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, superviżjoni supplementari tal-konċentrazzjoni tar-riskju ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi eżerċitata skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (4), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu u f'L-Anness II.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet regolati jew kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jirrapportaw fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena lill-kordinatur kull konċentrazzjoni ta' riskju sinjifikanti fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, skond ir-regoli preskritti f'dan l-Artikolu u f'L-Anness II. L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

    Dawn il-konċentrazzjonijiet ta' riskju għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur skond it-Taqsima 3.

    ▼M6

    3.  
    Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-leġislazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffissaw limiti kwantitattivi, jew jadottaw miżuri oħra superviżorji li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ kull konċentrazzjoni ta’ riskju fil-livell ta’ konglomerat finanzjarju.

    ▼B

    4.  
    Fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, ir-regoli settorali fir-rigward ta' konċentrazzjoni ta' riskju tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju, jekk ikun hemm, għandhom japplikaw għal dak is-settur kollu kemm hu, inkluża l-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.

    ▼M6

    5.  
    L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari tal-konċentrazzjoni tar-riskju kif previst fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-għodod superviżorji kif previst f’dan l-Artikolu tkun allineata mal-applikazzjoni tal-Artikoli 106 sa 118 tad-Direttiva 2006/48/KE u tal-Artikolu 244 tad-Direttiva 2009/138/KE,. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.

    ▼B

    Artikolu 8

    Transazzjonijiet bejn il-grupp

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, supreviżjoni supplementari ta' transazzjonijiet bejn il-grupp ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi eżerċitata skind ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (4), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u f'L-Anness II.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati jew kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jirrapportaw, fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena, lill-kordinatur it-transazzjonijiet kollha sinifikanti bejn il-grupp ta' entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju, skond ir-regoli preskritti f'dan l-artikolu u f'L-Anness II. Sal-limitu li ma jkunux tħejjew definizzjonijiet ta' l-għatbiet imsemmija fl-aħħar sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Anness II, transazzjoni bejn il-grupp għandha tiġi preżunta li tkun sinifikanti jekk l-ammont tagħha jeċċedi ta' l-anqas 5 % ta' l-ammont totali tal-ħtiġiet ta' adegwatezza tal-kapital fil-livell ta' konglomerat finanzjarju.

    L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

    Dawn it-transazzjonijiet bejn il-grupp għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur.

    ▼M6

    3.  
    Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffissaw limiti kwantitattivi u rekwiżiti kwalitattivi, jew jieħdu miżuri oħra ta’ superviżjoni li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fil-qafas tal-grupp ta’ entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju.

    ▼B

    4.  
    Fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, ir-regoli settorali li jirrigwardaw transazzjonijiet bejn il-grupp ta' l-aktar settur finnzjarju importanti fil-konglomerat finanzjarju għandhom japplikaw għal dak is-settur kollu kemm hu, inkluża l-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.

    ▼M6

    5.  
    L-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp kif previst fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-għodod superviżorji, kif previst f’dan l-Artikolu tkun allineata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 245 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.

    ▼B

    Artikolu 9

    Mekkaniżmi ta' kontroll intern u proċessi ta' immaniġġar tar-riskju

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet regolati jkollhom, jaħdmu fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, proċessi adegwati ta' maniġġar tar-riskju u mekkaniżmi interni ta' kontroll, inkluż proċeduri sodi ta' amministrazzjoni u konteġġi.
    2.  

    Il-proċessi ta' l-immaniġġar tar-riskju għandhom jinkludu:

    (a) 

    governanza sod u mmaniġġar bl-approvazzjoni u reviżjoni ta' kull tant żmien ta' l-istrateġiji u l-politika minn korpi adattati li jirregolaw fil-livell tal-konglomerat finanzjarju fir-rigward tar-riskji kollha li jassumu;

    (b) 

    politika adegwata ta' adegwatezza ta' kapital sabiex jantiċipaw l-impatt fuq l-istrateġija tagħhom tan-negozju dwar profil tar-riskju u ħtiġiet ta' kapital kif sttabbilit skond l-Artikolu 6 u l-Anness I;

    (ċ) 

    proċeduri adegwati li jassiguraw li s-sistemi tagħhom ta' sorveljanza tar-riskju huma integrati sew fl-organizzazzjoni taghom li li jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li s-sistemi implimentati fl-impriżi kollha inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni suppelmentari huma konsistenti sabiex ir-riskji jistgħu jitkejjlu, sorveljati u kontrollati fil-livell tal-konglomerat finanzjarju;

    ▼M5

    (d) 

    arranġamenti fis-seħħ għall-kontribut u l-iżvilupp, jekk ikun meħtieġ, ta’ arranġamenti u pjanijiet adegwati ta’ rkupru u riżoluzzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu aġġornati regolarment.

    ▼B

    3.  

    Il-mekkaniżmi interni ta' kontroll għandhom jinkludu:

    (a) 

    mekkaniżmi adegwati fir-rigward ta' adegwatezza ta' kapital biex jiġu identifikati u mkejjla ir-riskji kollha materjali li jidħlu għalihom u li jirrelataw fondi proprji kif jixraq għar-riskji;

    (b) 

    proċeduri ta' rapportar sod u ta' kontijiet li jidentifikaw, ikejlu, jissorveljaw u jikkontrollaw it-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju.

    ▼M6

    4.  
    L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fl-impriżi kollha, inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari bis-saħħa tal-Artikolu 5, hemm mekkaniżmi interni ta’ kontroll adegwati għall-produzzjoni ta’ kull data u informazzjoni li jistgħu jkunu relevanti għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari.

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu mill-entitajiet regolati, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, li jipprovdu regolarment lill-awtorità kompetenti tagħhom dettalji dwar l-istruttura legali u l-goveranza u l-istruttura organizzattiva tagħhom inklużi l-entitajiet regolati kollha, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha.

    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet regolati jiddivulgaw pubblikament, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, fuq bażi annwali, jew kompletament jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali u l-governanza u l-istruttura organizzattiva tagħhom.

    ▼B

    5.  
    Il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur.

    ▼M6

    6.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jallinjaw l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif previst f’dan l-Artikolu mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif previst fl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, l-ABE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni għall-konverġenza tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif ipprovdut f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konsistenza mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif ipprovdut bl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju, f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.

    ▼B



    TAQSIMA 3

    ▼M5

    MIŻURI BIEX TIĠI FFAĊILITATA S-SUPERVIŻJONI SUPPLIMENTARI U S-SETGĦAT TAL-KUMITAT KONĠUNT

    ▼M5

    Artikolu 9a

    Rwol tal-Kumitat Konġunt

    Il-Kumitat Konġunt għandu, f’konformità mal-Artikolu 56 ar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, jiżgura s-sorveljanza transsettorjali u transkonfinali koerenti u l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

    ▼M6

    Artikolu 9b

    Ittestjar ta’ stress

    1.  
    L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-koordinatur jiżgura l-ittestjar tal-isrtess xieraq u regolari tal-konglomerati finanzjarji. Huma għandhom jeħtieġu l-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jikkooperaw totalment mal-koordinatur.
    2.  
    Għall-finijiet tal-ittestjar tal-istess fuq skala tal-Unjoni, l-ASEjistgħu, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mal- Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ( 19 ), jiżviluppaw parametric supplementary li jaqbdu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-konglomerati finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-kordinatur għandu jikkomunika r-riżultati tal-ittestjar lill-Kumitat Konġunt.

    ▼B

    Artikolu 10

    Awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari(il-kordinatur)

    ▼M5

    1.  
    Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplimentari adegwata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, koordinatur wieħed, responsabbli għall-koordinament u l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari, għandu jiġi maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, inklużi dawk tal-Istat Membru li fih il-kumpannija possedenti finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. L-identità tal-koordinatur għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-Kumitat Konġunt.

    ▼B

    2.  

    Il-ħatra għandha tkun bażata fuq il-kriterji li ġejjin:

    (a) 

    fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jkun eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;

    (b) 

    fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti identifikata skond il-prinċipji li ġejjin:

    (i) 

    fejn l-prinċipali ta' entità regolata tkun kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;

    ▼M6

    (ii) 

    fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, u waħda minn dawk l-entitajiet tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali, il-kompitu tal-koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti tal-entità regolata awtorizzata f’dak l-Istat Membru.

    ▼B

    Fejn aktar minn entità regolata waħda, jkunu attivi f'setturi finanzjarji differenti fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu tal-kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata attiva fl-aktar settur finanzjarju importanti.

    Fejn il-konglomerat finanzjarju jkun immexxi minna aktar minn kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b'uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm entità regolata f'kull wieħed minn dawn l-Istati, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorià kompetenti ta' l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jekk dawn l-entitajiet huma fl-istess settur finanzjarju, jew mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

    ▼M6

    (iii) 

    fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamminsitra u ebda waħda minn dawn l-entitajiet ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu ta’ koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

    ▼B

    (iv) 

    fejn il-konglomerat finanzjarju huwa grupp mingħajr impriża prinċipali fil-quċċata, jew f'kull każ ieħor, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti.

    3.  
    F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jisgħu bi ftehim komuni iwarrbu l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx adattata, waqt li jingħata kont ta' l-istruttura tal-konglomerat u l-importanza relattiva ta' l-attivitajiet tiegħu f'pajjiżi differenti u jaħtru awtorità kompetenti differenti bħala kordinatur. F'dawn il-każi, qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-konglomerat l-opportunità li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.

    Artikolu 11

    Kompiti tal-kordinatur

    1.  

    Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-kordinatur fir-rigward ta' superviużjoni supplementari għandhom jinkludu:

    (a) 

    il-kordinament tal-ġbir u disseminazzjoni ta' informazzjoni relevanti jew essenzjali f'negozji viabbli u sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża d-disseminazzjoni ta' informazzjoni li hija importanti għall-kompitu ta' superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti skond ir-regoli settorali;

    (b) 

    superviżjoni fuq fuq u stima tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' konglomerat finanzjarju;

    (ċ) 

    stima ta' konformità mar-regoli dwar l-adegwetezza ta' kapital u konċentrazzjoni ta' riskju u transazzjonijiet bejn il-grupp kif stipulat f'L-Artikoli 6, 7 u 8;

    (d) 

    stima ta' l-istruttura tal-konglomerat finanzjarju, l-organizzazzjoni u s-sistema interna ta' kontroll kif stipulat fl-Artikolu 9;

    (e) 

    ippjanar u kordinament ta' attivitajiet superviżorji f'negozji vijabbli kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, b'koeprazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti involuti;

    (f) 

    kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lill-kordinatur b'din id-Direttiva jew li joħorġu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    ▼M5

    Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni supplimentari fuq bażi legali wiesgħa, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti, u, fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, għandu jkollhom stabbiliti arranġamenti ta’ koordinament. L-arranġamenti ta’ koordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-koordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 12(2) u l-Artikoli 16 u 18, u għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti.

    F’konformità mal-Artikolu 8 u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida li jkollhom bħala għan il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.

    ▼B

    2.  
    Il-kordinatur għandu, meta jeħtieġ informazzjoni li tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti oħra skond ir-regoli settorali, jikkuntattja lil din l-awtorità kull fejn possibbli sabiex jipprevjeni duplikazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet varji involuti fis-superviżjoni.

    ▼M6

    3.  
    Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu delegati kompetenzi speċifiċi superviżorji u responsabbiltajiet kif hemm provdut fl-atti leġislattivi tal-Unjoni, il-preżenza ta’ koordinatur fdat b’kompiti speċifiċi li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju ma għandhiex teffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorali.

    ▼M6

    4.  
    Il-kooperazzjoni meħtieġa skont din it-Taqsima u t-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 12 u, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-koordinament u l-kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet superviżorja rilevanti ta’ pajjiżi terzi fejn ikun xieraq, għandha titwettaq permezz tal-kulleġġi stabbiliti skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

    L-arranġamenti ta’ koordinament imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu riflessi b’mod separat fl-arranġamenti eżistenti ta’ koordinament bil-miktub skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Il-koordinatur, bħala President ta’ kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti oħra jipparteċipaw f’laqgħa jew fi kwalunkwe attività ta’ dan il-kulleġġ.

    ▼B

    Artikolu 12

    Koperazzjoni u skampju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju u l-awtorità kompetenti maħtura bħala kordinatur għal dak il-konglomerat finanzjarju għandhom jikkoperaw fil-qrib ma' xulxin. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorali, dawn l-awtoritajiet, sew jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jew le, għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni li hija essenzjali jew relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji ta' l-awtoritajiet l-oħra skond ir-regoli settorali u din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti u l-kordinatur għandhom jikkomunikaw fuq talba l-informazzjoni kollha relevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali.

    Din il-koperazzjoni għandha ta' l-anqas tipprovdi għall-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-partiti li ġejjin:

    ▼M6

    (a) 

    l-identifikazzjoni tal-istruttura legali tal-grupp u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva, inklużi l-entitajiet regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha li jappartjenu għall-konglomerat finanzjarju, id-detenturi ta’ holdings kwantifikanti fil-livell prinċipali aħħari, kif ukoll fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp;

    ▼B

    (b) 

    il-politika strateġika tal-konglomerat finanzjarju;

    (ċ) 

    is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konglomerat finanzjarju, b'mod partikolari dwar l-adegwatezza ta' kapital, transazzjonijiet bejn il-grupp, konċentrazzjoni ta' riskju u profitabilità;

    (d) 

    id-detenturi prinċipali ta' l-ishma tal-konglomerat finanzjarju u l-amministrazzjoni;

    (e) 

    l-organizzazzjoni, l-immaniġġar tar-riskju u s-sistemi interni ta' kontroll fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

    (f) 

    proċeduri għal ġbir ta' informazzjoni mill-entitajiet f'konglomerat finanzjarju, u l-verifikazzjoni ta' dik l-informazzjoni;

    (g) 

    żviluppi kuntrarji f'entitajiet regolati jew f'entitajiet oħra ta' konglomerat finanzjarju li jistgħu jaffettwaw serjament l-entitajiet regolati;

    (g) 

    sanzjonijiet prinċipali u miżuri eċċezzjonali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skond ir-regoli settorali jew din id-Direttiva.

    ▼M5

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw mal-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli settorjali: il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ( 20 ).

    ▼B

    2.  

    Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorali, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom, qabel id-deċiżjoni tagħhom, jikkonsultaw ma' xulxin fir-rigward tal-partiti li ġejjin, fejn dawn id-deċiżjonijiet huma ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:

    (a) 

    bidliet fid-detenturi ta' l-ishma, struttura ta' organizzazzjoni jew amministrattiva ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li jeħtieġu approvazzjoni jew awtorizzazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti;

    (b) 

    sanzjonijiet prinċipali jew miżuri eċċezzjonali meħuda minn awtoritajiet kompetenti.

    Awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tikkonsultax f'każi ta' urġenza jew fejn dik il-konsultazzjoni tista' tipperikola l-effettività tad-deċiżjonijiet. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

    3.  
    Il-kordinatur jista' jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-impriża prinċipali ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u li huma stess ma jeżerċitawx is-superviżjoni supplementari bis-saħħa ta' L-artikolu 10, li jistaqsu lill-impriża prinċipali għal kull informazzjoni li tkun relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom ta' kordinament kif preskritti fl-Artikolu 11, u li jittrasmettu dik l-informazzjoni lill-kordinatur.

    Fejn l-informazzjoni msemmija f'L-artikolu 14(2) tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti skond ir-regoli settorali, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari jistgħu japplikaw lill-awtorità imsemmija l-ewwel biex jiksbu l-informazzjoni.

    4.  
    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u awtoritajiet oħra, kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-kollezzjoni jew pussess ta' informazzjoni fir-rigward ta' entità fi ħdan konglomerat finanzjarju li mux entità regolata m'għandha bl-ebda mod timplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni b'relazzjoni ma' dawn l-entitajiet fuq bażi skond il-każ.

    Informazzjoni riċevuta fil-qafas ta' superviżjoni supplementari, u b'mod partikolari kull skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħra kif hemm provdut f'din id-Direttiva, għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali preskritta fir-regoli settorali.

    ▼M5

    Artikolu 12a

    Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-Kumitat Konġunt

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-Kumitat Konġunt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
    2.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu f’konformità mal-Artikoli 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    ▼M6

    3.  
    Il-koordinaturi għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) u fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1). Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni rigward l-istrutturi legali, l-istrutturi ta’ governanza u organizzattivi ta’ konglomerati finanzjarji.

    Artikolu 12b

    Linji gwida komuni

    1.  
    L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw linji gwida komuni dwar kif għandhom jitwettqu mill-awtorità kompententi l-valutazzjonijiet tal-konglomerati finanzjarji bbażati fuq ir-riskju. Dawk il-linji gwida għandhom, partikolarment, jiggarantixxu li l-valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji jinkludu l-istrumenti xierqa sabiex jivvalutaw ir-riskji tal-gruppi maħluqa għall-konglomerati finanzjarji.
    2.  
    L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni mmirati għall-iżvilupp tal-prattiki superviżorji li jippermettu superviżjoni supplementari tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta biex jikkomplementaw b’mod xieraq is-superviżjoni tal-gruppi skont id-Direttivi 98/78/KE u 2009/138/KE jew, kif xieraq, is-superviżjoni konsolidata skont id-Direttiva 2006/48/KE. Dawk il-linji gwida għandhom jippermettu r-riskji rilevanti kollha li jiġu inkorporati fis-superviżjoni, filwaqt li jiġu eliminati s-sovrapożizzjonijiet superviżorji u prudenzjali potenzjali.

    ▼B

    Artikolu 13

    Korp ta' amministrazzjoni ta' kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw

    L-Istati membri jistgħu jeħtieġu li persuni li effettivament jidderieġu in-negozju ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta jkunu ta' reputazzjoni suffiċjentement tajba u li jkollhom esperjenza suffiċjenti biex iwettqu dawk id-doveri.

    Artikolu 14

    Aċċess għal informazzjoni

    ▼M5

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprevjenu persuni fiżiċi jew ġuridiċi inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari, sew jekk ikunu korp regolat jew le, milli jiskambjaw ma’ xulxin informazzjoni li tkun rilevanti għall-finijiet tas-superviżjoni supplimentari u milli jiskambjaw informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva u mal-ASE f’konformità mal-Artikoli 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, fejn meħtieġ permezz tal-Kumitat Konġunt.

    ▼B

    2.  
    L-Istati membri għandhom jipprovdu li, meta javviċinaw entitajiet f'konglomerat finanzjarju, sew jekk entità regolata jew le, jew direttament jew indirettamen, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari għandu jkollhom aċċess għal kull informazzjoni li tista' tkun relevanti għall-għanijiet ta' superviżjoni supplementari.

    Artikolu 15

    Verifika

    Fejn, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, awtoritajiet kompetenti jixtiequ f'każi speċifiċi li jivverifikaw l-informazzjoni dwar entità, sew jekk regolata jew le, li hija parti ta' konglomerat finanzjarju u li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor li jġiegħlu li titwettaq il-verifikazzjoni.

    L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal dik għandhom, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, jaġixxu dwarha jew billi jwettqu l-verifikazzjoni huma stess, jew billi jippermettu li awditur jew espert iwettaqha, jew billi jippermettu lill-awtorità li tkun għamlet it-talba li twettaqha hi stess.

    L-awtorita kompetenti li tkun għamlet it-talba tista', jekk hekk tkun tixtieq, tipparteċipa fil-verifikazzjoni meta ma twettaqx il-verifikazzjoni hi stess.

    Artikolu 16

    Miżuri ta' infurzar

    Jekk l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju ma jikkonformawx mal-ħtiġiet imsemmija f'L-Artikoli 6 sa 9 jew fejn il-ħtiġiet jitħarsu iżda s-solvibilità tista' madanakollu tiġi perikolata jew fejn it-transazzjonijiet bejn grupp jew il-konċentrazzjoni ta' riskji huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja ta' l-entitajiet regolati, il-miżuri neċessarji huma meħtieġa sabiex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni mill-aktar fis possibbli:

    — 
    mill-kordinatur fir-rigward ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra,
    — 
    mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' entitajiet regolati; għal dak il-għan il-kordinatur għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet kompetenti bis-sejbiet tiegħu.

    ▼M5

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(2), l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema miżuri jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kumpanniji possedenti finanzjarji mħallta. F’konformità mal-Artikoli 16 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, jistgħu jiżviluppaw linji gwida għal miżuri fir-rigward ta’ kumpanniji possedenti finanzjarji mħallta.

    ▼B

    L-awtoritajiet kompetenti involuti, inkluż il-kordinatur, għandhom fejn xieraq jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom ta' superviżjoni.

    Artikolu 17

    Setgħat addizzjonali ta' l-awtoritajiet kompetenti

    1.  
    Sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni bejn ir-regoli settorali, l-Istati membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom ikollhom is-setgħa li jieħdu kull miżura ta' superviżjoni meqjusa meħtieġa sabiex tiġi evitata jew tiġi ttrattata ċ-ċirkumvenzjoni ta' regoli settorali minn entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju.
    2.  
    Mingħajr preġudizzju għall-liġi kriminali tagħhom, l-Istati membri għandhom jassiguraw li penalitajiet jew miżuri mmirati li jtemmu ksur osservat jew il-kawżi ta' dak il-ksur jistgħu jiġu imposti fuq kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw, jew l-amministraturi effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi mgħoddija għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. F'ċerti każi, dawk il-miżuri jistgħu jeħtieġu l-intervent tal-qrati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoperaw fil-qrib biex jassiguraw li dawk il-penalitajiet jew miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa.



    TAQSIMA 4

    PAJJIŻI TERZI

    Artikolu 18

    ▼M6

    Impriżi prinċipali f’pajjiż terz

    ▼M5

    1.  

    Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, fejn japplika l-Artikolu 5(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-entitajiet regolati, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz humiex soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz, li hija ekwivalenti għal dik prevista minn din id-Direttiva dwar is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun il-koordinatur kieku kellhom japplikaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 10(2), fuq it-talba tal-impriża prinċipali jew fuq it-talba ta’ xi waħda mill-korpi regolati awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

    L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra, u għandha tagħmel kull sforz biex tikkonforma ma’ kwalunkwe linji gwida ppreparati permezz tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikoli 16 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    ▼M5

    1a.  
    Meta awtorità kompetenti ma taqbilx mad-deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti oħra skont il-paragrafu 1, għandu japplika l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    ▼B

    2.  
    Fin-nuqqas ta' superviżjoni ekwivalenti imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-entitajiet regolati, permezz ta' analoġija, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 5(2). Bħala alternattiva, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw wieħed mill-metodu stipulat fil-paragrafu 3.

    ▼M6

    3.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw metodi oħra li jassiguraw superviżjoni supplementari adattata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju. Dawk iil-metodi għandhom jiġi miftiehma mill-koordinatur, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompententi rilevanti l-oħra. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu l-istabbiliment ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw din id-Direttiva għall-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju mmexxi minn dik il-kumpannija li tamministra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li dawk il-metodi jiksbu l-għan tas-superviżjoni supplementary skont din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw dan lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti u lill-Kummissjoni.

    Artikolu 19

    Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi

    L-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 98/78/KE u l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz jew aktar fir-rigward tal-mezzi tal-eżerċizzju tas-superviżjoni supplementari tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju.

    ▼B



    IL-KAPITOLU III

    ▼M6

    ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    Artikolu 20

    Setgħat konferiti lill-Kummissjoni

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 21c, dwar l-adattamenti tekniċi li għandhom isiru lid-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

    (a) 

    formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fi swieq finanzjarji fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

    (b) 

    l-allinjament ta’ terminoloġija u l-inkwadrament ta’ definizzjonijiet f’din d-Direttiva skont atti sussegwenti tal-Unjoni dwar entitajiet regolati u kwistjonijiet relatati;

    (c) 

    definizzjoni aktar preċiża tal-metodi ta’ kalkolu stipulati fl-Anness I sabiex jingħata kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u teknika ta’ prudenza;

    Dawk il-miżuri ma għandhomx jinkludu s-suġġett tas-setgħa delegate u konferita lill-Kummissjoni fir-rigward tal-punti elenkati fl-Artikolu 21a.

    ▼B

    Artikolu 21

    Kumitat

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta' Konglomerati Finanzjarji, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”.

    ▼M6 —————

    ▼M5

    4.  
    L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, jista’ jipprovdi linji gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta’ superviżjoni supplementari ta’ awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi x’aktarx li jiksbu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif definiti f’din id-Direttiva, fir-rigward tal-korpi regolati f’konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f’pajjiż terz. Il-Kumitat Konġunt għandu jżomm dawn il-linji gwida taħt reviżjoni u għandu jqis kwalunkwe tibdiliet fis-superviżjoni supplementari mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

    ▼M6 —————

    ▼B

    6.  
    Il-Kumitat għandu jinżamm infurmat mill-Istati Membri bil-prinċipji li japplikaw dwar is-superviżjoni ta' transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni tar-ruskju.

    ▼M5

    Artikolu 21a

    Standards tekniċi

    1.  

    Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ASE, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (KE) Nru 1095/2010 rispettivament jistgħu jiżviluppaw standard tekniċi regolatorji fir-rigward ta’:

    (a) 

    l-Artikolu 2(11), sabiex tiġi speċifikata l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE fil-kuntest ta’ din id-Direttiva;

    (b) 

    l-Artikolu 2(17), sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri jew jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ “awtoritajiet kompetenti rilevanti”;

    (ċ) 

    l-Artikolu 3(5) sabiex jiġu speċifikati l-parametri alternattivi għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju;

    ▼M6

    (d) 

    L-Artikolu 6(2) sabiex jiġi garantitit format uniformi (bl-istruzzjonijiet) għal, u tiġi determinata il-frekwenza ta’, u fejn ikun il-każ, id-dati għar-rapportar.

    ▼M5

    Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    ▼M6

    1a.  
    Bil-għan li tiġi garantita l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 2, 7 u 8 u l-Anness II, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards teknikċi regolatorji biex jistabbilixxu formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u jikkoordinaw id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II.

    Il-Kumitat Konġunt għandu jippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards teknikċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.

    Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    ▼M5

    2.  

    Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ASE, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (KE) Nru 1095/2010 rispettivament jistgħu jiżviluppaw standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’:

    ▼M7 —————

    ▼M5

    (b) 

    l-Artikolu 7(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonjiiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tal-“konċentrazzjonijiet tar-riskju” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2);

    (c) 

    l-Artikolu 8(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tal-“transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tielet subparagrafu ta l-Artikolu 8(2).

    Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    ▼M7

    3.  
    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-metodi tal-kalkolu elenkati fl-Anness I,Parti II, ta' din id-Direttiva, flimkien mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 228(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) ta' din id-Direttiva, l-ESA għandha, permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva.

    L-ESA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [hames xhur qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 309(1) tad-Direttiva 2009/138/KE].

    Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    ▼M6

    Artikolu 21b

    Linji Gwida Komuni

    L-ABE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu l-linji gwida komuni msemmija fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12b u l-Artikolu 21(4) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

    Artikolu 21c

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  
    Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
    2.  
    Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mid-9 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegate sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun prorogata b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm ma l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu t-tali proroga mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
    3.  
    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm lid-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Hija tiddekorri mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
    4.  
    Malli tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
    5.  
    Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jesprimu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    ▼B



    IL-KAPITOLU IV

    EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI

    ▼M4 —————

    ▼B

    Artikolu 23

    Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE

    Id-Direttiva 79/267/KE hija emendata kif ġej:

    1. 

    l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

    “L-Artikolu 12a

    1.  

    L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra nvoluti għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:

    (a) 

    sussidjarja ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew

    (b) 

    sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew

    (ċ) 

    kontrollata mill-istess persuna sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

    2.  

    L-awtorità kompetenti ta' Stat membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment, għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:

    (a) 

    sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

    (b) 

    sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

    (ċ) 

    kontrollata mill-istess persuna, sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità.

    3.  
    L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma' xulxin meta jistmaw l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi nvoluti fl-immaniġġar ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni.”
    2. 

    is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 18(2):

    “Il-marġini disponibbli ta' solvibilità għandu wkoll jitnaqqas bil-partiti li ġejjin:

    (a) 

    parteċipazzjonijiet li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm, f

    — 
    impriżi ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE ( *1 ), jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ),
    — 
    impriżi ta' riassikurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 98/78/KE,
    — 
    kumpanniji ta' assigurazzjoni holding skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,
    — 
    istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KEC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ),
    — 
    ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE ( *4 ) u l-Artikoli 2(4) u 2(7) tad-Direttiva 93/6/KEE ( *5 );
    (b) 

    kull waħda mill-partiti li ġejjin li impriża ta' assigurazzjoni żżomm fir-rigward ta' l-entitajiet definiti fl-(a) li fihom iżżomm parteċipazzjoni:

    — 
    l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,
    — 
    l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE,
    — 
    talbiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.

    Fejn ishma f'istituzzjoni oħra ta' kreditu, ditta ta' investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpannija ta' assigurazzjoni holding jkunu temporanjament miżmuma għall-għanijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex tirriorganizza jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista' twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt l-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu.

    Bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi tagħhom ta' assigurazzjoni japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta' l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju ( *6 ). Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-konteġġi) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta' amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta' l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b'mod kosnsitenti matul perjodu ta' żmien.

    L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġini ta' solvibilità kif hemm provdut f'din id-Direttiva, impriżi ta' assigurazzjoni suġġetti għal superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 98/78/KE jew superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 2002/87/KE, ma jkollhomx il-ħtieġa li jnaqqsu l-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li huma miżmuma f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpanniji ta' assigurazzjoni holding li huma nklużi fis-superviżjoni supplementari.

    Għall-għanijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE.

    ▼M4 —————

    ▼B

    Artikolu 25

    Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE

    Id-Direttiva 92/96/KEE hija emendata kif ġej:

    1. 

    il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 14:

    “1a.  
    Jekk dak li jakkwista ż-żammiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikun impriża ta' assigurazzjoni, istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzat fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' dik l-entità, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla dik l-entità, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm sehem issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12a tad-Direttiva 79/267/KEE.”
    2. 

    L-Artikolu 15(5ċ) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “5ċ.  

    Dan l-Artikolu m'għandux jipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrasmetti

    — 
    lill-banek ċentrali jew korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji,
    — 
    fejn xieraq lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta' pagamenti,

    informazzjoni maħsuba għat-twettieq tal-kompiti tagħhom, lanqas m'għandha timpedixxi lil dawk l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni hekk kif jista' jkun meħtieġ għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni riċevuta f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali imposta b'dan l-Artikolu.”

    Artikolu 26

    Emendi għad-Direttiva 93/6/KEE

    Fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/6/KEE l-ewwel u t-tieni inċiżi għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

    — 
    “— 

    ‘kumpannija finanzjarja li tamministra’ għandha tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha huma jew esklussivament jew prinċipalment ditti ta' investiment jew istituzzjonijiet oħra finanzjarji, li ta' l-anqas waħda minnhom hija ditta ta' investiment, u li mhix kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju ( *7 ),

    — 
    — 

    ‘kumpannija b'attività mħallta li tamministra’ għandha tfisser impriża prinċipali, barra minn kumpannija holding finanzjarja jew ditta ta' l-investiment jew kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha ta' l-anqas jinkludu ditta ta' investiment.

    Artikolu 27

    Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE

    Id-Direttiva 93/22/KEE hija emendata kif ġej:

    1. 

    fl-Artikolu 6 il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

    “L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew impriżi ta' assigurazzjoni, għandhom jiġu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lil ditta ta' investiment li tkun:

    (a) 

    sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew

    (b) 

    sussidjarja ta' l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew

    (ċ) 

    kontrollata mill-istess persuna, sew jekk naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità.

    L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma'xulxin meta jagħmlu stima ta' l-adattabilita' tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-isthma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni.”

    2. 

    L-Artikolu 9(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “2.  
    Jekk dak li jakkwista l-kontroll imsemmi fl-ewwel paragrafu jkun ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jakkwista kontroll issir is-sussidjarja ta' dak li jakkwista jew tiġi taħt il-kontroll tiegħu, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel kif hemm provdut fl-Artikolu 6.”

    ▼M4 —————

    ▼B

    Artikolu 29

    Emendi għad-Direttiva 2000/12/KE

    Id-Direttiva 2000/12/KE hija emendata kif ġej:

    ▼M2 —————

    ▼B

    3. 

    L-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “2.  
    Jekk dak li jakkwista l-azjendi msemmija fil-paragrafu 1 tkun istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-istituzzjoni li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm kontroll kienet issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12.”

    ▼M2 —————

    ▼B



    IL-KAPITOLU V

    KUMPANNIJI TA' IMMANIĠĠAR TA' ASSI

    Artikolu 30

    Kumpanniji ta' imaniġġar ta' assi

    ▼M6

    Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni ta’ kumpanniji li jimmaniġġaw assi:

    (a) 

    fl-ambitu ta ‘superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, jew fl-ambitu tas-superviżjoni supplementari ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni;

    (b) 

    fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fl-ambitu ta’ superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, u

    (c) 

    fil-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 3(2).

    ▼B

    Għall-applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skond liema regoli settorali (settur bankarju, settur ta' assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta' investiment) li kumpanniji ta' immaniġġar ta' assi għandhom jiġu nklużi fis-superviżjoni konsolidata u jew supplementari msemmija fl-(a) ta' l-ewwel paragrafu. Għall-għanijiet ta' din id-dispożizzjoni, ir-regoli settorali relevanti li jirrigwardaw il-forma u l-limitu ta' l-inklużjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni konsolidata ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment) u impriżi ta' riassikurazzjoni (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' assigurazzjoni) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Għall-għanijiet ta' superviżjoni supplementari msemmija fil-(b) ta' l-ewwel paragrafu, il-kumpannija li timmaniġġa assi għandha tiġi ttrattata bħala parti ta' skond liema settur tiġi nkluża fih bis-saħħa ta' (a) ta' l-ewwel paragrafu.

    Fejn kumpannija li timmaniġġa assi tkun parti minn konglomerat finanzjarju, kull referenza għall-idea ta' entità regolata u kell referenza għall-idea ta' awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet relevanti kompetenti għandha għalhekk, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, tiftiehem bħalali tinkludi, rispettivament, kumpanniji li jimmaniġġaw assi u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' gruppi msemmija fl-(a) ta' l-ewwel paragrafu.

    ▼M6

    Artikolu 30a

    Maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi

    1.  

    Sakemm ikun hemm aktar koordinament ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-inklużjoni ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi:

    (a) 

    fl-ambitu ta’ superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, jew fl-ambitu ta’ superviżjoni supplementari ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni;

    (b) 

    fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fl-ambitu ta’ superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva; u

    (c) 

    fl-ambitu tal-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 3(2).

    2.  
    Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skont liema regoli settorjali (settur bankarju, settur tal-assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta’ investiment) il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu inklużi fis-superviżjoni konsolidata u jew supplementari msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-regoli settorjali fir-rigward tal-forma u l-portata tal-inklużjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Għall-finijiet ta’ superviżjoni supplementari msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandu jiġi ttrattat bħala parti ta’ dak is-settur li fih ikun ġie inkluż permezz tal-punt (a) tal-paragrafu 1.

    F’każ li l-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jkun parti minn konglomerat finanzjarju, ir-riferimenti għall-entitajiet regolati, u għall-awtoritajiet kompetenti u rilevanti għandhom għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jinftehmu bħala komprensivi, rispettivament, tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ gruppi kif msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

    ▼B



    IL-KAPITOLU VI

    DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    Artikolu 31

    Rapport mill-Kummissjoni

    1.  

    Sal-11 ta'Awissu 2007, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat ta' Konglomerati Finanzjarji msemmi fl-Artikolu 21 rapport dwar il-prattiċi ta' l-Istati Membri, u, fejn meħtieġ, dwar il-ħtieġa ta' aktar armonizzazzjoni, fir-rigward ta'

    — 
    l-inklużjoni ta' kumpanniji li jimmaniġġaw assi f'superviżjoni wiesgħa ta' grupp,
    — 
    l-għażla u l-applikazzjoni tal-metodi ta' adegwatezza ta' kapital stipulati f'L-Anness I,
    — 
    id-definizzjoni ta' transazzjonijiet sinjifikanti bejn il-grupp u konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju u s-superviżjoni ta' transazzjonijiet bejn il-gruppi u l-konċentrazzjoni ta' riskju msemmija f'L-Anness II, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' limiti kwantitattivi u ħtiġiet kwalitattivi għal dan il-għan,
    — 
    l-intervalli li fihom konglomerati finanzjarji għandhom iwettqu l-kalkolazzjonijiet ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital kif stipulati fl-Artikolu 6(2) u rapport lill-kordinatur dwar konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju kif stipulata fl-Artikolu 7(2).

    Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat qabel ma tagħmel il-proposti tagħha.

    2.  
    Fi żmien sena minn meta jintlaħaq ftehim f'livell internazzjonali dwar ir-regoli għall-eliminazzjoni tad-double ġearing tal-fondi proprji fi gruppi finanzjarji, il-Kummissjoni għandha teżamina kif iġġib id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva f'konformità ma' patti ta' ftehim internazzjonali u, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa.

    Artikolu 32

    Transposizzjoni

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seġġ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel il-11 ta' Awissu 2004. Għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom l-ewwel japplikaw għas-superviżjoni ta' kontijiet għas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Jannar 2005 jew matul dik is-sena kalendarja.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

    Artikolu 33

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 34

    Indirizzati

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS I

    ADEGWATEZZA TA' KAPITAL

    Il-kalkolazzjoni għall-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju msemmi fl-Artikolu 6(1) għandha titwettaq skond il-prinċipji tekniċi u wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness.

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu li ġej, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, meta jassumu r-rwol ta' kordinatur fir-rigward ta' konglomerat finanzjarju partikolari, li jiddeċiedu, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra u l-konglomerat innifsu, liema metodu għandu jiġi applikat minn dak il-konglomerat finanzjarju.

    L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kalkolazzjoni titwettaq skond metodu wieħed partikolari minn fost dawk deskritti f'dan l-Anness jekk konglomerat finanzjarju jkun immexximinn entità regolata li tkun ġiet awtorizzata f'dak l-Istat Membru. Fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-applikazzjoni ta' xi wieħed mill-metodi deskritti f'dan l-Anness, ħlief f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti huma lokati fl-istess Stat Membru, f'liema każ dak l-Istat Membru jista' jeħtieġ l-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi.

    I.   Prinċipji tekniċi

    1.   Limitu u forma tal-kalkolzzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari

    Jintuża liema metodu jintuża, meta l-entità tkun impriża sussidjarja u jkollha defiċit ta' solvibilità, jew, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, defiċit spekulattiv ta' solvibilità, id-defiċit totali ta' solvibilità tas-sussidjarja għandu jingħata kont tiegħu. Fejn f'dan il-każ, fl-opinjoni tal-kordinatur, ir-responsabbiltà ta' l-impriża prinċipali li tkun proprjetarja ta' sehem mill-kapital tkun strettament u mingħajr ambigwità limitata għal dak is-sehem tal-kapital, il-kordinatur jista' jagħti permess li d-defiċit ta' solvibilità ta' l-impriża sussidjarja jingħata kont tiegħu fuq bażi proporzjonali.

    Fejn ma jkun hemm ebda rabtiet kapitali bejn entitajiet f'konglomerat finanzjarju, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti l-oħra, għandhu jistabbilixxi liema proporzjon tas-sehem għandu jingħata kont tiegħu, waqt li jżomm f'moħħu l-lijabilità li għaliha r-relazzjoni eżistenti tagħti lok.

    2.   Prinċipji tekniċi oħra

    Ikun x'ikun il-metodu wżat għall-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' entitajiet regolti f'konglomerat finanzjarju kif preskritti fit-Taqsima II ta' dan l-Anness, il-kordinatur, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati, għandu jassigura li l-prinċipji li ġejjin għandhom japlikaw:

    (i) 

    l-użu multipliku ta' elementi eliġibbli għall-kalkolazzjoni tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju (gearing multipliku) kif ukoll xi ħolqien mhux adattat bejn il-gruppi ta' fondi proprji għandhom jiġu eliminati; sabiex tiġi assigurata l-eliminazzjoni ta' gearing multipliku u l-ħolqien bejn il-grupp ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw b'analoġija il-prinċipji relevanti preskritti fir-regoli settorali relevanti;

    (ii) 

    sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni tar-regoli settorali, il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat f'konglomerat finanzjarju għandhom ikunu koperti b'elementi ta' fondi proprji skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu; fejn ikun hemm defiċit ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, elementi biss ta' fondi proprji li huma eliġibbli skond kull waħda mir-regoli settorali (kapital bejn is-setturi) għandhom jikkwalifikaw għall-verifikazzjoni ta' konformità mal-ħtiġiet addizzjonali ta' solvibilità;

    fejn regoli settorali jipprovdu għal limiti dwar l-eliġibilità ta' ċerti strumenti ta' fondi proprji, li kienu jikkwalifikaw bħala kapital bejn is-settur, dawn il-limiti għandhom japplikaw mutatis mutandis meta ssir il-kalkolazzjoini tal-fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

    meta ssir il-kalkolazzjoni ta' fondi proprji fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jagħtu kont ta' l-effettività tat-trasferibilità u d-disponibilità tal-fondi proprji bejn l-entitajiet legali differenti fil-grupp, mogħtija l-objettivi tar-regoli ta' adegwatezza ta' kapital;

    fejn, fil-każ ta' entità mhux regolata fis-settur finanzjarju, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità hija kalkolata skond it-taqsima 2 ta' dan l-Anness, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital li biha dik l-entità kien ikollha tikkonforma mar-regoli settorali relevanti daqslikieku kienet entità regolata ta' dak is-settur finanzjarju partikolari; fil-każ ta' kumpanniji li jimaniġġaw assi, il-ħtieġa ta' solvibilità tfisser il-ħtieġa tal-kapital stipulata fl-Artikolu 5a(1)(a) tad-Direttiva 85/611/KEE; il-ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità ta' kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tiġi kalkolata skond ir-regoli settorali tas-settur finanzjarju l-aktar importanti fil-konglomerat finanzjarju.

    II.   METODI TEKNIĊI TA' KOLLAZZJONI

    Metodu 1:   Metodu ta' “konsolidazzjoni ta' konteġġi”

    Il-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha titwettaq fuq il-bażi ta' kontijiet konsolidati.

    Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

    (i) 

    il-fondi proprji ta' konglomerat finanzjarju kalkolati fuq il-bażi tal-pożizzjoni konsolidata tal-grupp; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

    u

    (ii) 

    is-somma tal-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti rappreżentat fil-grupp; il-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull settur finanzjarju differenti huma kalkolati skond ir-regoli settorali li jikkorrispondu.

    Ir-regoli settorali li hemm referenza għalihom huma b'mod partikolari d-Direttivi 2000/12/KE, Titolu V, Kapitolu 3, fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, 98/78/KE fir-rigward ta' impriżi ta' assigurazzjoni, u 93/6/KEE fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment.

    Fil-każ ta' entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati li m'humiex inklużi fil-kalkolazzjonijiet tal-ħtiġiet settorali ta' solvibilità msemmija qabel, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tkun ikkalkolata.

    Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

    Metodu 2:   Metodu ta' “Tnaqqis u aggregazzjoni”

    Il-Kalkolazzjoni ta' ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplemenatri ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-kontijiet ta' kull waħda mill-entitajiet fil-grupp.

    Il-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplementari għandhom jiġu kalkolati bħala d-differenza bejn:

    (i) 

    is-somma tal-fondi proprji ta' kull entita' fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata fil-konglomerat finanzjarju; l-elementi eliġibbli huma dawk li jikkwalifikaw skond ir-regoli settorali relevanti;

    u

    (ii) 

    is-somma ta'

    — 
    l-ħtiġiet ta' solvibilità għal kull entità fis-settur finanzjarju regolata u mhux regolata għandhom jiġu kalkolati skond ir-regoli settorali relevanti, u
    — 
    il-valur skond il-kotba tal-parteċipazzjonijiet fl-entitajiet l-oħra tal-grupp.

    Fil-każ ta' entitajiet fis-settur finanzjarju mhux regolati, ħtieġa spekulattiva ta' solvibilità għandha tiġi kalkolata. Fondi proprji u ħtiġiet ta' solvibilità għandu jingħata kont tagħhom għas-sehem proporzjonali kif hemm provdut fl-Artikolu 6(4) u skond it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

    Id-differenza m'għandhiex tkun fin-negattiv.

    ▼M6

    Metodu 3:   “Metodu ta’ kombinazzjoni”

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni tal-metodu 1 u l-metodu 2.

    ▼B




    L-ANNESS II

    APPLIKAZZJONI TEKNIKA TAD-DISPOSIZZJONIJIET TA' TRANSAZZJONIJIET BEJN IL-GRUPP U KONĊENTRAZZJONI TA' RISKJU

    Il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra, għandu jidentifika t-tip ta' transazzjonijiet u entitajiet regolati ta' riskju f'konglomerat finanzjarju partikolari għandu jirrapporta skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2) dwar ir-rapportar ta' transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni ta' riskju. Meta jiddefinixxu jew jagħtu l-opinjoni tagħhom dawr it-tip ta' transazzjonijiet u riskji, il-kordinatur u l-awtoritajiet kompetenti relevanti għandhom jagħtu kont ta' l-istruttura tal-grupp speċifiku u ta' l-immaniġġar tar-riskju tal-konglomerat finanzjarju. Sabiex jidentifika transazzjonijiet bejn il-grupp u konċentrazzjoni sinjifikanti ta' riskju li għandhom jiġu rapportati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 8, il-kordinatur, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra u l-konglomerat innifsu, għandu jiddefinixxi għatbiet adattati bażati fuq fondi proprji regolatorji u/jew dispożizzjonijiet tekniċi.

    Meta jiġu sorveljati it-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjonijiet ta' riskju, il-kordinatur għandu b'mod partikolari jissorvelja r-riskju possibbli ta' kontaġju fil-konglomerat finanzjarju, ir-riskju ta' konflitt ta' interessi, ir-riskju ta' ċirkomvenzjoni ta' regoli settorali, u l-livell jew volum tar-riskji.

    L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw fil-livell ta' konglomerat finanzjarju d-dispożizzjonijiet tar-regoli settorali fuq transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari biex tiġi evitata ċirkomvenzjoni tar-regoli settorali.



    ( 1 ) Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).

    ( 2 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

    ( 3 ) Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).

    ( 4 ) Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

    ( 5 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

    ( 6 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

    ( 7 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

    ( 8 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

    ( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013).

    ( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

    ( 11 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

    ( 12 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

    ( 13 ) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).

    ( 14 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

    ( 15 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

    ( 16 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

    ( 17 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

    ( 18 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

    ( 19 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

    ( 20 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

    ( *1 ) ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 17).

    ( *2 ) ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 1.

    ( *3 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37).

    ( *4 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

    ( *5 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 29).

    ( *6 ) ĠU L 35, tal-11.2.2003.”

    ( *7 ) ĠU L 35, tal-11.2.2003.”

    Top