This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2202
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/2202 of 29 August 2022 supplementing Regulation (EU) 2021/1153 of the European Parliament and of the Council by establishing a list of selected cross-border projects in the field of renewable energy (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2202 tad-29 ta’ Awwissu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2202 tad-29 ta’ Awwissu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/6028
ĠU L 293, 14.11.2022, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/10/2024
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Completion | 32021R1153 | 17/11/2022 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32023R2639 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 17/12/2023 | |
Modified by | 32024R2613 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 21/10/2024 |
14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2202
tad-29 ta’ Awwissu 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1), il-punt (b), tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1153 jipprevedi appoġġ tal-Unjoni għall-proġetti transfruntiera magħżula fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli) li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija u għat-titjib tas-sigurtà tal-provvista. |
(2) |
L-għażla ta’ dawk il-proġetti hija soġġetta għall-kriterji ġenerali u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1153 u spjegati aktar fid-dettall fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/342 (2). |
(3) |
Ladarba jintgħażlu, il-proġetti jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Barra minn hekk, l-inklużjoni tal-proġetti magħżula fil-lista tagħtihom bosta benefiċċji għax iżżidilhom il-viżibbiltà. |
(4) |
Fl-4 ta’ Marzu 2022 ġiet ippubblikata sejħa għal proposti dwar proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli, li għalqet fl-10 ta’ Mejju 2022. Il-proġetti li applikaw ġew ivvalutati minn esperti esterni u minn esperti mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent. |
(5) |
L-abbozz tal-lista tal-proġetti għall-għażla ġie maqbul mill-grupp għall-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli previst fil-punt 4(b) tal-Anness, il-Parti IV, tar-Regolament (UE) 2021/1153. Il-lista tal-proġetti magħżula fiha proġetti li jikkontribwixxu għall-isfruttament kosteffettiv tal-enerġija rinnovabbli fis-setturi tal-elettriku u tat-tisħin, u li se jiġu implimentati permezz ta’ teknoloġiji rinnovabbli differenti, inkluż l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u fuq l-art u l-fotovoltajċi solari, kif ukoll permezz ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi bħall-produzzjoni tal-idroġenu u tal-ammonjaka. |
(6) |
L-inklużjoni tal-proġetti fil-lista tal-proġetti transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli hija mingħajr preġudizzju għall-konformità tagħhom mal-liġi applikabbli tal-UE, inkluż mal-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali u mal-proċeduri tal-permessi. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista tal-proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija magħżula skont il-Parti IV, il-punt 4(g) tal-Anness tar-Regolament (UE) 2021/1153 għandha tkun kif ġej:
Numru tal-proġett |
Isem il-proġett |
Żviluppaturi tal-proġett |
Pajjiżi parteċipanti |
2022-05 |
ELWIND — Proġett ibridu konġunt bejn l-Estonja u l-Latvja għall-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta |
Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Komunikazzjonijiet tal-Estonja; Ministeru tal-Ekonomija tal-Latvja |
L-Estonja u l-Latvja |
2022-07 |
CEO — Alleanza għall-Katina tal-Valur Ewropea u Transfruntiera tal-Idroġenu Ekoloġiku |
EON.SE; ENEL Green Power Spa; IBERDROLA CLIENTES S.A.U. |
Il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u n-Netherlands |
2022-10 |
Tisħin distrettwali newtrali għall-klima fil-belt Ewropea ta’ Goerlitz Zgorzelec |
Stadtwerke Görlitz AG; SEC Zgorzelec Sp. z o.o. |
Il-Ġermanja u l-Polonja |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/342 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji speċifiċi tal-għażla u d-dettalji tal-proċess għall-għażla ta’ proġetti transfruntiera fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli (ĠU L 62, 1.3.2022, p. 1).