Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12020W/DCL(01)

Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea magħmula f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

XT/21011/2020/INIT

ĠU L 29, 31.1.2020, p. 188–188 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/dcl_2/sign

31.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/188


Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea magħmula f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li ġejjin għamlu użu mill-possibbiltà prevista f'dak il-paragrafu li permezz tagħha, matul il-perijodu ta' transizzjoni, minbarra r-raġunijiet għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew imsemmija fid-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' eżekuzzjoni ta' dawn l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jċedu ċ-ċittadini rispettivi tagħhom lir-Renju Unit taħt mandat ta' arrest Ewropew:

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

ir-Repubblika tal-Awstrija;

ir-Repubblika tas-Slovenja.


Top