Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0378

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/378]

ĠU L 73, 15.3.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/378/oj

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 157/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/378]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 7a (Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32015 L 1787: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/1787 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top