Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0101R(01)

    Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14) (ĠU L 21, 28.1.2016)

    ĠU L 28, 4.2.2016, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/101/corrigendum/2016-02-04/oj

    4.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 28/17


    Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni prudenti skont l-Artikolu 105(14)

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 21 tat-28 ta' Jannar 2016 )

    F'paġna 58, Artikolu 9, paragrafu 4, subparagrafu (b) u (c):

    minflok:

    “(b)

    Kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta input ta' valutazzjoni tikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-AVA jiġu kkalkulati abbażi tal-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'dik il-matriċi. Meta input ta' valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (i)

    il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa huwa l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valutazzjoni;

    (ii)

    l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;

    (iii)

    il-proporzjon ta' miżura 2 ta' varjanza definita hawn taħt fuq miżura ta' varjanza 1 definiti hawn taħt, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1.

    (c)

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ‘miżura ta' varjanza 1’ tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u ‘miżura ta' varjanza 2’ tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa. Meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti ta' metodoloġija u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali.”

    minflok:

    “(b)

    Kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta input ta' valutazzjoni tikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-AVA jiġu kkalkulati abbażi tal-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'dik il-matriċi. Meta input ta' valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (i)

    il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa huwa l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valutazzjoni;

    (ii)

    l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;

    (iii)

    il-proporzjon ta' miżura 2 ta' varjanza definita hawn taħt fuq miżura ta' varjanza 1 definiti hawn taħt, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ‘miżura ta' varjanza 1’ tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u ‘miżura ta' varjanza 2’ tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa.

    (c)

    Meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti ta' metodoloġija u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali.”


    Top