This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0059
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/59 of 19 January 2016 fixing the allocation coefficient to be applied to the quantities covered by the applications for import licences lodged from 1 to 7 January 2016 under the tariff quotas opened by Regulation (EC) No 341/2007 for garlic
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/59 tad-19 ta' Jannar 2016 li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Jannar 2016 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/59 tad-19 ta' Jannar 2016 li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Jannar 2016 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm
ĠU L 13, 20.1.2016, p. 55–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/55 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/59
tad-19 ta' Jannar 2016
li jiffissal-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Jannar 2016 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' Jannar 2016, għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2016 sal-31 ta' Mejju 2016, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni “A”, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2016 sal-31 ta' Mejju 2016 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Oriġini |
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2016 sal-31 ta' Mejju 2016 (f'%) |
||
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
— |
||
|
09.4099 |
— |
||
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
62,826891 |
||
|
09.4100 |
0,466998 |
||
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
— |
||
|
09.4102 |
— |