This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0149
Decision of the EEA Joint Committee No 149/2014 of 27 June 2014 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Żieda | artikolu 7 paragrafu 5 inċiż | 01/01/2014 |
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 149/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji (COSME) (2014 — 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (1). |
(2) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa miżjud fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32013 R 1287: Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji (COSME), (2014 — 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33). Il-Liechtenstein u n-Norveġja jingħataw eżenzjoni mill-parteċipazzjoni fi, u l-kontribuzzjoni finanzjarja għal, dan il-programm.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.