Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0135

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 342, 27.11.2014, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/135/oj

    27.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 135/2014

    tas-27 ta' Ġunju 2014

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ttehim taż-ŻEE.

    (2)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Wara l-punt 66wm jiżdied dan li ġej (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013):

    “66wn.

    32011 R 0677: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    It-terminu ‘Maniġer tan-Netwerk’ ikun jirreferi għall-Maniġer tan-Netwerk, li ġie nnominat kemm għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-Istati tal-EFTA taż-ŻEE.

    (b)

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 tal-Ftehim, it-terminu ‘Stat/i Membru(i)’ ikun jinftiehem li jinkludi, b'żieda mat-tifsira tiegħu fir-Regolament, lill-Istati tal-EFTA.

    (c)

    Fl-Artikolu 3(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘Deċiżjoni tal-Kummissjoni wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u’ għandu jaqra ‘Deċiżjoni mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ u l-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’.

    (d)

    Fl-Artikolu 4(4), il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.

    (e)

    Fl-Artikolu 7(5), il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.

    (f)

    Fl-Artikolu 16(3)(b), il-kliem ‘kif ukoll rappreżentant wieħed mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.

    (g)

    L-Artikolu 17(2)(a) ma jkunx japplika għall-Istati tal-EFTA.

    (h)

    Fl- Artikolu 18(2), il-kliem ‘, rappreżentant wieħed tal-Istat tal-EFTA li jkollu l-presidenza tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kelma ‘Kunsill’.

    (i)

    Fl-Artikolu 20(3), l-ewwel sentenza, il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kliem ‘lill-Kummissjoni’.

    (j)

    Fl-Artikolu 21, l-ewwel sentenza, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘Kummissjoni’ tkun tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.”

    2.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66xa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 691/2010):

    “—

    32011 R 0677: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 677/2011 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (2), skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-27 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.

    (*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

    (2)  ĠU L 154, 22.5.2014, p. 28.


    Top