Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0117

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 342, 27.11.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/117(2)/oj

    27.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/8


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 117/2014

    tas-27 ta' Ġunju 2014

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas-salmonella fil-laħam frisk tat-tjur (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta' mal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

    (3)

    Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2 u l-punt 8b (ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32011 R 1086: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7).”

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32011 R 1086: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7).”

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1086/2011 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7.

    (*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top