This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0975
Commission Implementing Regulation (EU) No 975/2014 of 11 September 2014 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 975/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 975/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
ĠU L 274, 16.9.2014, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31987R2658 | Emenda | anness I kapitolu 8 | 06/10/2014 | |
Modifies | 31987R2658 | Emenda | anness I kapitolu 20 | 06/10/2014 |
16.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 975/2014
tal-11 ta' Settembru 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”, li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li meta fit-testi tan-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 u n-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 hija użata l-espressjoni “iċ-ċifra indikata b'rifrattometru”, din tikkorrispondi maċ-ċifra miksuba bl-użu tal-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda preskritta fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 974/2014 (2). |
(3) |
Huwa għalhekk xieraq li tiġi inkluża fit-test ta' dawn in-noti Addizzjonali referenza għall-metodu rifrattometru biex ikun hemm referenza faċli meta jiġu klassifikati prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi u s-subintestaturi kkonċernati mill-imsemmija noti Addizzjonali. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda madwar l-Unjoni fir-rigward tal-kejl tal-kontenut ta' zokkor ta' diversi prodotti bl-użu tal-metodu rifrattometru, in-nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 8 u n-noti Addizzjonali 2 u 6 tal-Kapitolu 20 għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għalhekk għandu jkun emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija emendata kif ġej:
(1) |
fil-Kapitolu 8, in-nota Addizzjonali 1 tinbidel b'dan li ġej:
(*) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6).”" ; |
(2) |
fil-Kapitolu 20, in-nota Addizzjonali 2 tinbidel b'dan li ġej:
; |
(3) |
fil-Kapitolu 20, in-nota Addizzjonali 6 tinbidel b'dan li ġej:
. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ara l-paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).