This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0295
2014/295/EU: Council Decision of 17 March 2014 on the signing, on behalf of the European Union, and provisional application of the Association Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and Ukraine, of the other part, as regards the Preamble, Article 1, and Titles I, II and VII thereof
2014/295/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Preambolu, Artikolu 1, u Titoli I, II u VII tiegħu
2014/295/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Preambolu, Artikolu 1, u Titoli I, II u VII tiegħu
ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/295/oj
29.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Marzu 2014
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Preambolu, Artikolu 1, u Titoli I, II u VII tiegħu
(2014/295/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ukraina għall-konklużjoni ta’ ftehim ġdid bejn l-Unjoni u l-Ukraina biex jissostitwixxi l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (1). |
(2) |
B’kont meħud tar-relazzjoni storikament stretta u r-rabtiet li progressivament isiru mill-qrib bejn il-Partijiet, kif ukoll ix-xewqa tagħhom li jsaħħu u jwessgħu r-relazzjonijiet b’mod ambizzjuż u innovattiv, in-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-2012. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Att Finali mehmuħ ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi approvat. Il-Ftehim għandu jiġi applikat parzjalment, fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 486 tiegħu, li jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim qabel id-dħul fis-seħħ. sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. |
(4) |
L-applikazzjoni provviżorja ta’ partijiet tal-Ftehim ma tippreġudikax l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha taħt it-Trattati. |
(5) |
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. |
(6) |
Minħabba l-iżviluppi politiċi u sabiex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa tas-6 ta’ Marzu 2014, hu maħsub li l-iffirmar tal-Ftehim ikun soġġett għall-Att Fianli, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-iffirmar,f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) fir-rigward tal-Preambolu, l-Artikolu 1, it-Titoli I, II u VII tiegħu hawn qed jiġi awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi u skont l-Att Finali.
2. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Att Finali mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim u l-Att Finali f’isem l-Unjoni.
Artikolu 4
Sa meta l-Ftehim jidħol fis-seħħ, u skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, il-partijiet segwenti tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina (2), iżda biss safejn dawn ikopru materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inklużi materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika estera u ta’ sigurtà komuni:
— |
Titolu I, |
— |
l-Artikoli 4, 5 u 6 u Titolu II, |
— |
Titolu VII (għajr l-Artikolu 479(1)), safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dak it-Titolu huma limitati biex tkun żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim skont dan l-Artikolu. |
Artikolu 5
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati jew tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina (ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3).
(2) Id-data minn meta l-Ftehim se jiġi applikat b’mod provviżorju se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.