EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0710
Commission Implementing Regulation (EU) No 710/2013 of 24 July 2013 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2013 tal- 24 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2013 tal- 24 ta’ Lulju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 200, 25.7.2013, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 710/2013
tal-24 ta’ Lulju 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19,10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Apparat (hekk imsejħa “riċevitur tal-kanali b’messaġġi dwar it-traffiku (TMC)”) li jinkludi rċevitur tal-FM, kejbil tal-antenna (antenna) u provvista ta’ enerġija. Dan ikun mgħammar b’konnettur USB. L-apparat jirċievi sinjali telemetriċi li jkun fihom informazzjoni dwar it-traffiku bl-użu ta’ kanal ta’ messaġġi dwar it-traffiku permezz ta’ frekwenza FM tax-xandir bir-radju. L-apparat jiġi konness permess ta’ konnettur USB ma’ sistema ta’ riċezzjoni ta’ pożizzjonament globali (GPS), li tipproċessa s-sinjali telemetriċi riċevuti u li juri l-informazzjoni tat-traffiku fuq l-iskrin. L-apparat ma jirċivix sinjali ta’ xandir tal-ħoss. |
8517 69 39 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8517 , 8517 69 u 8517 69 39 . Peress li l-apparat jaħdem biss meta jiġi konness ma’ GPS, b’mod li jżid il-funzjonalità tal-GPS, jitqies bħala aċċessorju ta’ GPS u għandu għalhekk jiġi kklassifikat fuq il-merti tiegħu stess. L-apparat ma jirċivix sinjali ta’ xandir tal-ħoss. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8527 bħala apparat ta’ riċezzjoni ta’ xandir bir-radju hija eskluża. L-apparat ma jinġarrx peress li jaħdem biss meta jiġi konness ma’ GPS. Barra minn hekk, l-apparat ma jistax waħdu jwettaq il-funzjoni ta’ sejħa, ta’ twiddib jew ta’ ippejġjar peress li huwa biss jirċievi sinjali telemetriċi. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt is-sottointestatura 8517 69 31 bħala riċevituri li jinġarru għal sejħiet, twiddib jew ippejġjar hija eskluża. Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8517 69 39 bħala tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew forom ta’ data oħra, inkluż apparat għal komunikazzjoni f’netwerk ikkollegat bil-wajer jew netwerk bla fil (ara wkoll in-noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM għas-subintestatura 8517 69 39 , punt 6). |