EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0108
2012/108/EU: Council Decision of 14 December 2011 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Russian Federation relating to the introduction or increase of export duties on raw materials
2012/108/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima
2012/108/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima
ĠU L 57, 29.2.2012, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/108(1)/oj
29.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Diċembru 2011
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima
(2012/108/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-dawl tal-importanza ekonomika għall-Unjoni tal-aċċess għall-materja prima u l-importanza li għandha l-Federazzjoni Russa għall-Unjoni bħala fornitur tal-materja prima, il-Kummissjoni nnegozjat impenji mal-Federazzjoni Russa biex din tal-aħħar tnaqqas jew telimina d-dazji tal-esportazzjonijiet li japplikaw attwalment. |
(2) |
Dawn l-impenji, li għandhom jiġu inklużi fil-Protokoll tal-Adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mal-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ (WTO), ma jkoprux il-materja prima li għadha ħielsa mid-dazji tal-esportazzjoni mil-Federazzjoni Russa. |
(3) |
Sabiex jitnaqqas ir-riskju li jiġu introdotti dazji ġodda fuq l-esportazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa fil-ġejjieni, u l-effett li jirriżulta fuq il-provvista tal-materja prima, il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, innegozjat Ftehim mal-Federazzjoni Russa fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjonijiet fuq materja prima (“il-Ftehim”). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat. |
(5) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jkun żgurat li l-impenji tal-Federazzjoni Russa rigward id-dazji ġodda tal-esportazzjonijiet fuq materja prima li se japplikaw mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja minn dik id-data, pendenti l-għeluq tal-proċeduri għal konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjonijiet fuq materja prima, huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO (1), pendenti l-għeluq tal-proċeduri għal konklużjoni tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f'Ġinevra, l-14 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOGAJ
(1) Id-data minn meta il-Ftehim se jiġi applikat provviżorjament se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.