This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0683
Council Regulation (EU) No 683/2011 of 17 June 2011 amending Regulation (EU) No 57/2011 as regards fishing opportunities for certain fish stocks
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 683/2011 tas- 17 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 683/2011 tas- 17 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut
ĠU L 187, 16.7.2011, p. 1–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/07/2011
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0057 | Emenda | anness ID | 01/01/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Sostituzzjoni | anness I H | 01/01/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Emenda | anness II B | 01/02/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Emenda | anness II C | 01/02/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Emenda | anness IA | 01/01/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Emenda | anness IB | 01/01/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Emenda | anness IC | 01/01/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Sostituzzjoni | anness VII | 01/01/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/01/2011 | |
Modifies | 32011R0057 | Sostituzzjoni | anness I J | 01/01/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32011R0683R(01) | (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LT, LV, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) |
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 683/2011
tas-17 ta’ Ġunju 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 (1) jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE. |
(2) |
Il-konsultazzjonijiet dwar l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Unjoni u l-Ġżejjer Faeroe ma rnexxielhomx jirriżultaw fi qbil għall-2011. Wara serje oħra ta’ konsultazzjonijiet man-Norveġja f’Marzu 2011, l-opportunitajiet tas-sajd irriservati għall-konsultazzjonijiet mal-Ġżejjer Faeroe issa jistgħu jiġu allokati lill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 57/2011 u t-TACs rilevanti fl-Annessi IA u IB għalih għandhom jiġu emendati sabiex titqassam il-kwota mhux allokata u tiġi riflessal-allokazzjoni tradizzjonali tal-kavalli fl-Atlantiku tal-Grigal. |
(3) |
Huwa mixtieq li jiġu implimentati arranġamenti flessibbli dwar l-użu tal-kwoti tal-istokkafixx fiż-żewġ żoni ta’ ġestjoni prinċipali mogħtija fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 għal dak is-sajd (jiġifieri ż-żona magħmula minn ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni tal-ICES I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV u ż-żona magħmula miż-żoni tal-ICES VIIIc, IX u X u l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1), peress li dawk iż-żewġ żoni huma suġġetti għall-istess parir xjentifiku u jitqiesu bħala parti mill-istess stokk bijoloġiku. |
(4) |
L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jistabbilixxi l-kwoti ġenerali għall-ksampu fiż-żona tal-ICES VII u l-kwoti speċifiċi għall-ksampu fiż-żona tal-Porcupine Bank li tinsab f’dik iż-żona. Huwa meħtieġ li dawk il-kwoti speċifiċi jiġu stabbiliti mill-ġdid għas-sena 2011 abbażi ta’ data aġġornata dwar qabdiet storiċi. |
(5) |
B’segwitu għall-konsultazzjonijiet konklużi fis-17 ta’ Marzu 2011 bejn l-istati kostali (il-Gżejjer Faeroe, il-Groenlandja u l-Islanda) u partijiet oħrajn (l-Unjoni u n-Norveġja) tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-Baħar ta’ Irminger u l-ilmijiet qrib tagħhom, hu meħtieġ li jisġu stabbiliti TACs għar-redfish f’dawk iż-żone filwaqt li jiġu rrispettati r-restrizzjonijiet ta’ żmien u żoni; l-Anness IB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Matul il-laqgħa Annwali tagħha tal-2010, il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali ddeċidiet li żżomm il-limiti imposti għal dik is-sena fuq il-qabdiet tal-pixxispad u fuq l-għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd tal-pixxispad, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. Huwa meħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
(7) |
Matul it-Tielet Laqgħa Internazzjonali, li saret f’Mejju 2007, għall-ħolqien ta’ Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) fl-ibħra miftuħa tan-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO), il-parteċipanti aċċettaw miżuri interim, inklużi opportunitajiet tas-sajd, sabiex jiġu rregolati l-attivitajiet tas-sajd pelaġiku kif ukoll tas-sajd tal-qiegħ f’dik iż-żona sakemm tiġi stabbilita tali RFMO. Matul it-tieni Konferenza Preparatorja għall-Kummissjoni tas-SPRFMO, li saret f’Jannar 2011, ġew aċċettati miżuri interim ġodda. Dawk il-miżuri interim huma volontarji u mhux legalment vinkolanti skont il-liġi internazzjonali. Madankollu huwa xieraq, konformement mal-obbligi ta’ kooperazzjoni u konservazzjoni li jinsabu fil-Liġi Internazzjonali tal-Baħar, li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta’ kwota ġenerali għall-Unjoni. Għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwota tal-Unjoni fost l-Istati Membri, huwa opportun li tiġi stabbilita sistema ta’ allokazzjoni finali u ġdida abbażi ta’ kriterji sodi, ġusti u oġġettivi tar-rendiment tas-sajd fil-passat tal-Istati Membri fl-2009 u l-2010 li huwa perijodu suffiċjentement rappreżentattivi u riċenti li matulu l-Istati Membri kollha kkonċernati kienu preżenti fil-postijiet tas-sajd. |
(8) |
L-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jistabbilixxi l-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-irkupru ta’ ċerti stokkijiet tal-marlozz tan-Nofsinhar u tal-ksampu fid-diviżjonijiet tal-ICES VIIIc u IXa, minbarra l-Golf ta’ Cadiz. Huwa xieraq li tiġi ċċarata l-formulazzjoni tal-kondizzjoni speċjali li tinsab fil-qasam ta’ dawk il-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u l-konsegwenzi li jiġi rċevut għadd illimitat ta’ jiem għall-ħatt fil-perijodu ta’ ġestjoni tal-2011. |
(9) |
L-Anness IIC għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jistabbilixxi l-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent (2). Huwa meħtieġ li l-formulazzjoni ta’ dak l-Anness IIC tkun allinjata mal-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2007. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 57/2011 japplika, b’mod ġenerali mill-1 ta’ Jannar 2011. Madankollu, il-limiti tal-isforzi tas-sajd huma stabbiliti għal perijodu ta’ sena li jibda mill-1 ta’ Frar 2011. Sabiex tiġi segwita s-sistema ta’ kull sena ta’ rappurtar dwar l-opportunitajiet tas-sajd, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011 u d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-isforzi tas-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2011, ħlief fejn huwa indikat mod ieħor. Tali applikazzjoni retroattiva hija bla ħsara għall-prinċipju taċ-ċertezza legali peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 57/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin:
|
2. |
L-Anness IA huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness IB huwa emendat kif ġej:
|
4. |
fl-Anness IC, l-annotazzjoni għall-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona NAFO 3L hija sostitwita b’dan li ġej:
|
5. |
Fl-Anness ID, l-annotazzjoni għat-tonn fl-Oċeanu Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45o W, u l-Mediterran (BFT/AE045 W) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
6. |
L-Anness IH huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IH Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC
|
7. |
L-Anness IJ huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IJ Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO
|
8. |
L-Anness IIB huwa emendat kif ġej:
|
9. |
L-Anness IIC huwa emendat kif ġej:
|
10. |
L-Anness VII huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS VII ŻONA TAL-KONVENZJONI TAD-WCPFC Għadd massimu ta’ bastimenti tal-UE awtorizzati sabiex jistadu għall-pixxispad fiż-żoni fin-Nofsinhar ta’ 20 o S taż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikabbilità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti 1 sa 7 u l-punt 10 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011.
Il-punti 8 u 9 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MATOLCSY Gy.
(2) ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7.
(3) Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.
(4) Ta’ mill-inqas 98 % tal-ħatt l-art mgħoddi kontra t-TAC irid ikun taċ-ċiċċirell. Il-qabdiet inċidentali ta’ dab, kavalli u merlangu għandhom jitqiesu mat-2 % li jibqa’ tat-TAC
Kondizzjonijiet speċjali:
Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, mhux aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt jistgħu jittieħdu miż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif definit fl-Anness IID:
|
||||||||||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|||
|
(SAN/*234_1) |
(SAN/*234_2) |
(SAN/*234_3) |
(SAN/*234_4) |
(SAN/*234_5) |
(SAN/*234_6) |
(SAN/*234_7) |
|||
Danimarka |
282 989 |
32 072 |
9 434 |
9 434 |
0 |
395 |
0 |
|||
Renju Unit |
6 186 |
701 |
206 |
206 |
0 |
9 |
0 |
|||
Ġermanja |
433 |
49 |
14 |
14 |
0 |
1 |
0 |
|||
Svezja |
10 392 |
1 178 |
346 |
346 |
0 |
15 |
0 |
|||
UE |
300 000 |
34 000 |
10 000 |
10 000 |
0 |
420 |
0 |
|||
Norveġja |
20 000 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|||
Total |
320 000 |
34 000 |
10 000 |
10 000 |
0 |
420 |
0 ”; |
(5) Il-ħatt l-art ta' aringi maqbuda f’sajd bl-użu ta’ xbieki bid-daqs tal-malji ta’ 32 mm jew akbar.
(6) Sa 50 % ta’ dan l-ammont jista’ jinqabad fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IV.”
(7) Ir-referenza hija għall-istokk ta’ aringi fiż-żona VIa, fit-Tramuntana ta’ 56° 00’ N u f’dik il-parti taż-żona VIa li tinsab fil-Lvant ta’ 07° 00’ W u fit-Tramuntana ta’ 55° 00’ N, eskluż il-Clyde.”;
(8) Li minnhom sa 68 % jistgħu jinqabdu fiż-Żona Ekonomika Norveġiża jew fiż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen (WHB/*NZJM1).
(9) Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għaż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1. Tali trasferimenti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.”;
(10) Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhu permess taħt din il-kwota.
(11) Għandhom jinqabdu fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IV, Vb, VI u VII.
(12) Japplikaw regoli speċjali skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1288/2009 (*) u l-punt 7 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 (**).
(*) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi transitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6).
(**) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1).”;
(13) Li minnhom huwa awtorizzat qbid inċidentali ta’ speċijiet oħrajn ta’ 25 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe mument, fiż-żoni Vb, VI u VII. Madankollu, din il-perċentwali tista’ tinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara l-bidu tas-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qbid inċidentali totali ta’ speċijiet oħra fiż-żoni VI u VII m’għandux jeċċedi t-3 000 tunnellata.
(14) Inkluż it-tusk. Il-kwoti għan-Norveġja huma ta’ 6 140 tunnellata lipp u 2 923 tunnellata tusk, u jistgħu jitpartu sa 2 000 tunnellata u jistgħu jinqabdu biss bil-konzijiet fiż-żoni Vb, VI u VII.”;
(15) Li minnhom ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwoti li ġejjin fiż-żona VII (Porcupine Bank – Unità 16) (NEP/*07U16):
Spanja |
377 |
Franza |
241 |
Irlanda |
454 |
Renju Unit |
188 |
UE |
1 260 ”; |
(16) Inklużi 242 tunnellata li għandhom jinqabdu f’ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62°N (MAC/*04N-).
(17) Waqt is-sajd fl-ilmijiet Norverġiżi, qabdiet inċidentali ta’ merluzz, haddock, pollakkju u merlangu u pollakju (saithe) għandhom jitqiesu bħala parti mill-kwoti għal dawn l-ispeċijiet.
(18) Jistgħu jinqabdu wkoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa.
(19) Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta’ aċċess). Dan l-ammont jinkludi s-sehem tan-Norveġja fit-TAC tal-Baħar tat-Tramuntana tal-ammont ta’ 47 197 tunnellata. Din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona IVa biss, minbarra 3 000 tunnellata li jistgħu jinqabdu fiż-żona IIIa.
(20) Tinkludi 323 tunnellata ta’ kwota ttrasferita mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 mhux użati.
Kondizzjoni speċjali:
Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni li ġejjin:
|
Iż-żona IIIa (MAC/*03 A.) |
Iż-żoni IIIa u IVbc (MAC/*3A4BC) |
Iż-żona IVb (MAC/*04B.) |
Iż-żona IVc (MAC/*04C.) |
Iż-żona VI, l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IIa, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2011 u f’Diċembru 2011 (MAC/*2A6.) |
Danimarka |
0 |
4 130 |
0 |
0 |
9 764 (21) |
Franza |
0 |
490 |
0 |
0 |
0 |
Pajjiżi l-Baxxi |
0 |
490 |
0 |
0 |
0 |
Svezja |
0 |
0 |
390 |
10 |
1 847 |
Renju Unit |
0 |
490 |
0 |
0 |
0 |
Norveġja |
3 000 |
0 |
0 |
0 |
0 |
(21) Tinkludi 183 tunnellata ta’ kwota ttrasferita mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 mhux użati.”;
(22) Jistgħu jinqabdu fiż-żoni IIa, VIa fit-Tramuntana ta’ 56°30’ N, IVa, VIId, VIIe, VIIf u VIIh.
(23) Jistgħu jinqabdu 33 804 tunnellata addizzjonali ta’ kwota ta’ aċċess min-Norveġja fit-Tramuntana ta’ 56°30’ N u meqjusa fil-limiti ta’ qbid tagħha.
(24) Tinkludi 674 tunnellata ta’ kwota mħollija barra mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010.
Kondizzjoni speċjali:
Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt fiż-żoni li ġejjin u l-perijodu speċifikati hawn taħt.
|
L-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi taż-żona IVa (MAC/*04 A-EN) Matul il-perijodi mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar 2011 u mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2011 |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IIa (MAC/*2AN-) |
Ġermanja |
8 326 |
849 |
Franza |
5 551 |
566 |
Irlanda |
27 754 |
2 832 |
Pajjiżi l-Baxxi |
12 142 |
1 238 |
Renju Unit |
76 325 |
7 789 |
UE |
130 098 |
13 274 ”; |
(25) Il-kwantitajiet soġġetti għal skambji ma’ Stati Membri oħra jistgħu jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId (MAC/*8ABD.). Madankollu, il-kwantitajiet ipprovduti minn Spanja, il-Portugall jew Franza għall-finijiet ta’ skambji u li għandhom jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId m’għandhomx jaqbżu l-25 % tal-kwoti tal-Istat Membru donatur.
Kondizzjoni speċjali:
Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żona li ġejja.
|
VIIIb (MAC/*08B.) |
Spanja |
2 570 |
Franza |
17 |
Portugall |
531 ”. |
(26) Il-qabdiet maqbudin fiż-żona IVa (MAC/*4 A.) u fiż-żona IIa (MAC/*02 A.) għandhom jiġu rrappurtati separatament.
(27) Tinkludi 272 tunnellata ta’ kwota ttrasferita mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 mhux użati.”;
(28) Inkluż iċ-ċiċċirell.
(29) Jista’ jinqabad biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IV.
(30) TAC Preliminari. It-TAC finali ser jiġi stabbilit fid-dawl ta’ pariri xjentifiċi ġodda matul l-ewwel nofs tal-2011.
(31) Ta’ mill-inqas 98 % tal-ħatt l-art li jitqiesu mat-TAC għandu jkun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ dab u merlangu għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa’ tat-TAC.”;
(32) Sa 5 % ta’ din il-kwota li tinqabad fl-ilmijiet tal-UE ta’ż-żoni IIa jew IVa qabel it-30 ta’ Ġunju 2011 tista’ tingħadd bħala li nqabdet mal-kwota li tikkonċerna l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IVb, IVc u VIId. Madankollu, l-użu ta’ din il-kondizzjoni speċjali jrid jiġi nnotifikat bil-quddiem lill-Kummissjoni (JAX/*4BC7D).
(33) Jistgħu jinqabdu sa 5 % ta’ din il-kwota fiż-żona VIId. Madankollu, l-użu ta’ din il-kondizzjoni speċjali jrid jiġi nnotifikat bil-quddiem lill-Kummissjoni (JAX/*07D.).
(34) Ta’ mill-inqas 95 % tal-ħatt l-art mgħoddi kontra t-TAC għandhom ikunu ta’ sawrell. Il-qabdiet inċidentali ta’ pixxitrombetta, haddock, merlangu u kavalli għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa’ tat-TAC.”;
(35) Li minnhom 800 tunnellata huma allokati lin-Norveġja biex jinqabdu fin-NAFO 1 biss.”;
(36) Li minnhom 3 100 tunnellata huma allokati lin-Norveġja.”;
(37) Li minnhom 800 tunnellata huma allokati lin-Norveġja biex jinqabdu fin-NAFO 1 biss.”;
(38) Li minnhom 824 tunnellata huma allokati lin-Norveġja.”;
(39) Ma jistgħux jinqabdu mill-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Mejju 2011.
(40) Jistgħu jinqabdu biss fiż-żona kkonfinata mil-linji li jagħqdu l-koordinati li ġejjin:
Punt Nru |
Latitudni N |
Lonġitudni W |
1 |
64° 45’ |
28° 30’ |
2 |
62° 50’ |
25° 45’ |
3 |
61° 55’ |
26° 45’ |
4 |
61° 00’ |
26° 30’ |
5 |
59° 00’ |
30° 00’ |
6 |
59° 00’ |
34° 00’ |
7 |
61° 30’ |
34° 00’ |
8 |
62° 50’ |
36° 00’ |
9 |
64° 45’ |
28° 30” |
(41) Ma jistgħux jinqabdu mill-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Mejju 2011.”;
(42) Is-sajd jista’ jsir biss bix-xibka tat-tkarkir pelaġika. Dan il-ħut jista’ jinqabad fil-Lvant jew fil-Punent.
(43) Il-kwota tista’ tinqabad miż-Żona Regolatorja tan-NEAFC dment li l-kondizzjonijiet ta’ rappurtar stabbiliti mill-Groenlandja jiġu sodisfatti (RED/*51214). Meta jinqabad miż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, ir-redfish jista’ jittieħed biss mill-10 ta’ Mejju 2011 bħala redfish pelaġiku tal-ilma fond, u biss fiż-żona kkonfinata mil-linji li jagħqdu l-koordinati li ġejjin (RED/*5-14).
Punt Nru |
Latitudni N |
Lonġitudni W |
1 |
64° 45’ |
28° 30’ |
2 |
62° 50’ |
25° 45’ |
3 |
61° 55’ |
26° 45’ |
4 |
61° 00’ |
26° 30’ |
5 |
59° 00’ |
30° 00’ |
6 |
59° 00’ |
34° 00’ |
7 |
61° 30’ |
34° 00’ |
8 |
62° 50’ |
36° 00’ |
9 |
64° 45’ |
28° 30’ ”; |
(44) Esklużi speċijiet ta'ħut bla ebda valur kummerċjali.”;
(45) Mhux inkluża l-kaxxa kkonfinita mill-koordinati li ġejjin:
Punt Nru |
Latitudni N |
Lonġitudni W |
1 |
47° 20’ 0 |
46° 40’ 0 |
2 |
47° 20’ 0 |
46° 30’ 0 |
3 |
46° 00’ 0 |
46° 30’ 0 |
4 |
46° 00’ 0 |
46° 40’ 0 |
(46) Ħlief l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.”;
(47) Bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall, u bħala qbid inċidentali biss.
(48) F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*8301):
Spanja |
350,51 |
Franza |
158,14 |
UE |
508,65 |
(49) F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn li jiżnu mhux inqas minn 6,4 kg jew b’kejl ta’ mhux inqas minn 70 cm mill-bastimenti
Franza |
45 (***) |
UE |
45 |
(***) Din il-kwantità tista’ tiġi riveduta mill-Kummissjoni fuq talba minn Franza, sa ammont ta’ 100 tunnellata kif indikat bir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 08-05.
(50) F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qbid u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg u 30 kg mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness IV (BFT/*8302):
Spanja |
48,22 |
Franza |
47,57 |
Italja |
37,55 |
Ċipru |
1,34 |
Malta |
3,08 |
UE |
137,77 |
(51) F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg u 30 kg mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV (BFT/*643):
Italja |
37,55 |
UE |
37,55 ”; |