This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0510
Council implementing Regulation (EU) No 510/2010 of 14 June 2010 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain cargo scanning systems originating in the People’s Republic of China
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 510/2010 tal- 14 ta' Ġunju 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 510/2010 tal- 14 ta' Ġunju 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 150, 16.6.2010, p. 1–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
16.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 510/2010
tal-14 ta' Ġunju 2010
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) u wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-MIŻURI PROVVIŻORJI
(1) |
Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1242/2009 (3) (“ir-Regolament provviżorju”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. (“ir-RPĊ”). |
(2) |
Il-proċediment infetaħ b’riżultat ta’ lment irreġistrat fit-2 ta’ Frar 2009 minn Smiths Detection Group Limited (“il-kwerelant”) f’isem produttur li jirrappreżenta iżjed minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija. Dan l-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqiesu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ proċediment. |
2. Il-PROĊEDURA SUSSEGWENTI
(3) |
Wara l-iżvelar tal-fatti ewlenin u l-kunsiderazzjonijiet, li fuqhom issejset id-deċiżjoni li jkunu imposti l-miżuri antidumping provviżorji (“il-konklużjonijiet provviżorji”), diversi partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw l-opportunità li jinstemgħu. |
(4) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kompliet bl-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-aspetti tal-konsum tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għamlet kuntatt mal-partijiet interessati, notevolment l-utenti u l-produtturi tal-prodott ikkonċernat, biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet li saru mill-partijiet fir-rigward ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet. |
(5) |
Ta’ min ifakkar li, kif stabbilit fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta Jannar 2004 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkonċernat”). |
(6) |
L-uniku esportatur produttur Ċiniż li kkoopera saħaq li m’hemm ebda ġustifikazzjoni li jintuża PI ta’ 18-il xahar flok it-12-il xahar tas-soltu għall-investigazzjonijiet tal-antidumping. Skont il-kumpanija Ċiniża, il-PI kien imissu kopra biss is-sena kalendarja 2008. |
(7) |
Ta’ min jinnota mill-bidu li l-parti Ċiniża ma kenitx qajmet kwistjoni dwar l-użu ta’ PI ta’ 18-il xahar waqt l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni. L-ilment sar biss wara l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji. Madankollu, il-PI kien diġà tħabbar fl-avviż ta’ bidu tal-proċediment u fil-kwestjonarji, jiġifieri fil-bidu nett tal-investigazzjoni. Ir-raġunijiet preċiżi għall-għażla ta’ PI ta’ 18-il xahar huma spjegati fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju. Il-parti ma pprovdiet l-ebda argument li jitfa’ dubju dwar il-ġustifikazzjoni li hemm relattivament ftit tranżazzjonijiet f’dan is-suq. |
(8) |
Biex tkun żgurata l-komparabbiltà sħiħa taċ-ċifri marbutin mal-PI ma’ dawk tas-snin ta’ qabel, iċ-ċifri kollha li ngħataw fit-taqsimiet dwar il-ħsara u x’ikkawżaha li ngħataw għall-PI saru sena b’sena. |
(9) |
Il-produttur Ċiniż afferma wkoll li l-għażla tal-PI saret bil-għan li jkunu manipulati l-fatturi tal-ħsara. Din l-allegazzjoni jkollha tinċaħad. |
(10) |
Il-Kummissjoni ma kellhiex u ma setgħetx ikollha ħjiel fil-bidu nett tal-investigazzjoni, tad-dejta u ċ-ċifri kumplessi marbutin mal-indikaturi tal-ħsara fil-bidu tal-investigazzjoni. Din id-dejta ġiet stabbilita biss waqt l-investigazzjoni. |
(11) |
Fl-aħħar, ta’ min wieħed jinnota li mhijiex l-ewwel każ li fih ġie ffissat PI għal żmien li jaqbeż it-12-il xahar (pereżempju kien hemm il-PI ta’ 16-il xahar dwar il-metall tal-kalċju li oriġina mir-RPĊ u mir-Russja stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 892/94 (4) jew il-PI ta’ 18-il xahar dwar il-karbonat tad-disodju li oriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/95 (5). |
(12) |
Il-produttur Ċiniż iddikjara wkoll li l-firma tal-kuntratt taqbad it-tranżazzjonijiet kollha f’ċertu punt ta’ żmien kemm jekk ikun sar bejgħ permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti u għalhekk mhemm ebda ħtieġa ta’ PI imtawwal. Dan l-argument mhuwiex konvinċenti għaliex ma jindirizzax il-problema ewlenija li l-għadd ta’ tranżazzjonijiet f’dan il-qasam tas-suq huwa relattivament żgħir. Id-data tal-iffirmar tal-kuntratt intużat biss biex ikun hemm għarfien ċar biżżejjed tal-elementi materjali tal-bejgħ kif ukoll biex ikun hemm data definita li tiddistingwi dak li għandu jifforma parti mill-PI u l-perjodi preċedenti rispettivament, u dak li għandu jitħalla barra. |
(13) |
Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward il-PI, il-premessa (9) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
(14) |
Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kienet ibbażata l-intenzjoni li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju tal-antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti li nġabru permezz tad-dazju provviżorju. Ingħataw wkoll perjodu ta’ żmien li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom qabel dan l-iżvelar. |
(15) |
Il-kummenti verbali u bil-miktub imressqa mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien jixraq. |
3. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
(16) |
Wara li ttieħdu l-miżuri provviżorji, id-definizzjoni tal-prodott ġiet riveduta fid-dawl tal-kummenti mill-produttur Ċiniż u wara eżami dettaljat tad-dikjarazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan il-proċess wassal għall-konklużjoni li ebda prodott tat-teknoloġija alfa jew beta ma jista’ jintuża għall-iskannjar tal-merkanzija. Għaldaqstant, huwa maħsub li hu xieraq li dawn iż-żewġ tipi ta’ teknoloġija jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Ma ġie ppreżentat ebda argument ieħor li seta’ jqajjem dubju dwar is-sejbiet provviżorji li t-teknoloġiji li fadal kollha koperti mill-ambitu tal-prodott (apparti l-alfa u l-beta) jistgħu jintużaw fi skanners tal-merkanzija u li t-tipi kollha tal-prodott iservu l-istess skop, jiġifieri l-iskannjar tal-merkanzija bl-użu tal-istess karatteristika prinċipali ewlenija, jiġifieri l-emissjoni ta’ radjazzjoni kkonċentrata għall-iskannjar tal-merkanzija. Tabilħaqq, waqt il-PI, fl-UE nbiegħu xi unitajiet tal-prodott ikkonċernat li jaħdmu bir-raġġi gamma. |
(17) |
Minħabba dan kollu, ġie konkluż li t-tipi ta’ sistemi kollha tal-iskannjar tal-merkanzija bbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija tan-newtron jew ibbażati fuq l-użu tar-raġġi X b’sors ta’ raġġ X ta’ 250 KeV jew aktar, jew ibbażati fuq l-użu ta’ radjazzjoni gamma li bħalissa jidħlu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00, ex 9022 29 00, ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 u l-vetturi mgħammra b’dawn it-tipi ta’ sistema li bħalissa jidħlu fil-kategorija tal-kodiċi NM ex 8705 90 90 għandhom l-istess karatteristiċi ewlenin fiżiċi u tekniċi, għandhom l-istess għan ta’ użu u jikkompetu ma’ xulxin fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-konklużjonijiet fil-premessi (10) sa (15) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati kemm-il darba ma jirreferux għat-teknoloġiji tar-radjazzjoni alfa u beta. |
(18) |
Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward il-prodott simili, il-premessa (16) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
(19) |
Minħabba dan kollu, huwa definittivament konkluż li t-tipi kollha ta’ sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija definiti hawn fuq huma l-istess fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
4. ID-DUMPING
1. It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)
(20) |
Il-produttur Ċiniż ma talabx it-trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) u talab biss trattament individwali (“TI”). Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (19) u (20) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. It-Trattament individwali (TI)
(21) |
Fin-nuqqas ta’ ebda kumment dwar it-TI, il-premessi (21) sa (25) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. Il-valur normali
3.1. Il-pajjiż analogu
(22) |
L-ebda parti interessata ma qajmet kwistjoni dwar l-għażla tal-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu. |
(23) |
Il-produttur Ċiniż tenna l-kummenti tiegħu dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ kumpanija waħda, stabbilita fl-Istati Uniti tal-Amerika, li hi relatata mal-kwerelant. Huwa ġab l-argument li l-kwerelant uża d-dejta marbuta mal-kumpanija fl-Istati Uniti li hi relatata miegħu biex ħadem il-kalkolu għall-valur normali fl-ilment, filwaqt li l-kwerelant iddikjara li l-kumpanija relatata fl-Istati Uniti ma kenitx tipproduċi l-prodott simili. L-esportatur produttur Ċiniż ressaq li l-parti fl-Istati Uniti relatata mal-kwerelant kien imissha ġiet obbligata li tikkoopera mal-investigazzjoni u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-parti tagħha għandu jitqies bħala raġuni biex il-kwerelant jiġi ttrattat bħala wieħed li ma kkooperax u għaldaqstant jintemm il-proċediment. Huwa sostna wkoll li l-Kummissjoni kien messha ċċarat u vverifikat dwar jekk il-kumpanija fl-Istati Uniti hijiex produttur tal-prodott simili. Flaħħar nett, l-esportatur produttur Ċiniż qajjem kwistjoni dwar l-użu tar-regola mhux preferenzjali tal-oriġini, tal-UE, biex tindika jekk operatur ekonomiku jistax jiġi kkunsidrat bħala produttur ta’ prodott. |
(24) |
Rigward il-kummenti marbutin mal-użu fl-ilment ta’ dejta meħuda mill-kumpanija Amerikana relatata mal-kwerelant, huwa nnotat li l-informazzjoni dwar il-valur normali fl-ilment kienet ibbażata fuq il-prezzijiet ġenerali fl-Amerika li kienu disponibbli għall-pubbliku fis-sit tal-Internet GSA Advantages tal-Gvern Amerikan. Għal żewġ tipi ta’ prodotti tal-prodott simili ma kienx hemm dawn il-prezzijiet disponibbli għall-pubbliku u għalhekk il-valur normali ġie kkalkulat mill-kwerelant abbażi tal-informazzjoni mill-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu fl-UE aġġustati għal-livell ta’ għarfien tal-kwerelant dwar is-suq Amerikan. |
(25) |
Barra minn hekk, il-produttur Ċiniż ma pprovda l-ebda prova li titfa’ dubju fuq is-sejbiet imniżżlin fil-premessa (32) tar-Regolament provviżorju. |
(26) |
Il-liġi tal-antidumping tal-UE, kieku stess, ma fiha ebda regola li għandha tintemm proċedura minħabba li produttur fil-pajjiż analogu ikun iddeċieda li ma jikkooperax fl-investigazzjoni. Li l-produttur huwa relatat mal-kwerelant ma jbiddilx din il-konklużjoni. Barra dan, il-każ tal-qorti li fuqu ddependa l-uniku produttur Ċiniż, jiġifieri T-249/06 (Interpipe), mhuwiex rilevanti f’dan il-kuntest hawnhekk għaliex f’dak il-każ, il-kwistjoni li riedet titwieġeb kienet sa liema punt kienet obbligata kumpanija sussidjarja tal-produttur Komunitarju li tikkoopera għall-għan tad-determinazzjoni tal-ħsara. Dan mhuwiex l-istess bħall-preżentazzjoni tad-dejta biex jiġi stabbilit il-valur normali fil-pajjiż analogu. |
(27) |
Rigward l-argument dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ x’inhu produttur, huwa nnotat li l-investigazzjoni stabbiliet li l-kwerelant qed jipproduċi l-prodott simili fl-UE u li din l-attività ta’ manifattura tagħti status ta’ oriġini konformi mar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini tal-UE. Bil-liġi m’hemm ebda ħtieġa li wieħed jipprovdi konklużjoni dwar l-istatus ta’ entitajiet legali li mhumiex qed jiġu investigati fil-proċedura li tkun qed issir, jew ta’ dawk li mhumiex stabbiliti fl-UE, jew id-dejta tagħhom ma ntużatx waqt l-investigazzjoni biex tiġi stabbilita xi sejba. |
(28) |
Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor fir-rigward tal-għażla tal-pajjiż analogu, il-premessi (26) sa (37) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3.2. Id-determinazzjoni tal-valur normali
(29) |
Għandu jitfakkar li l-valur normali ġie kkalkulat abbażi tad-dejta pprovduta mill-produttur waħdieni li kkoopera fil-pajjiż analogu (jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika) u mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, għal tip wieħed ta’ prodott li jiġi importat fl-UE, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet li bihom il-prodott simili li huwa prodott fl-Istati Uniti, jinbiegħ mill-produttur Amerikan fl-Istati Uniti stess. Il-produttur Amerikan li kkoopera ma kienx jipproduċi tipi oħra ta’ prodotti li jikkorrispondu mal-importazzjonijiet miċ-Ċina għall-UE. Biex ikollha bażi iżjed wiesgħa għall-valur normali, il-Kummissjoni eżaminat ukoll setax jiġi stabbilit il-valur normali fuq kwalunkwe bażi oħra għal tipi oħra ta’ prodotti, b’konformità mad-dispożżizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku (“kwalunkwe bażi raġonevoli oħra”). Fl-istadju provviżorju nstab li l-informazzjoni vverifikata dwar l-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni setgħet tintuża għal xi tipi ta’ prodotti. |
(30) |
Wara li ġew imposti l-miżuri provviżorji, il-produttur Ċiniż ippreżenta l-kummenti fir-rigward tal-valur normali. |
(31) |
Il-produttur Ċiniż ddikjara li l-valur normali kellu jiġi aġġustat ’l isfel b’ammont li kien jirrappreżenta d-differenza fl-ispiża bejn l-aċċeleraturi prodotti minnu u dawk mixtrijin minn band’oħra, billi l-kumpanija Ċiniża tipproduċi l-aċċeleraturi filwaqt li l-produttur Amerikan u l-industrija tal-Unjoni qed tixtrihom. |
(32) |
Rigward din it-talba, ta’ min jinnota li ma kienet akkumpanjata minn ebda prova minkejja l-fatt li l-Kummissjoni kienet talbet dawn il-provi waqt l-investigazzjoni. |
(33) |
Il-produttur Ċiniż talab lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-ispeċifikazzjoni preċiża tat-tipi speċifiċi tal-mudelli użati fil-kalkolu tal-valur normali. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-industrija tal-Unjoni u l-produttur tal-pajjiż analogu jqisu li din it-tip ta’ informazzjoni hija kunfidenzjali. Tabilħaqq, kieku wieħed kellu jagħti l-isem preċiż tal-mudelli u jitqies il-fatt li l-mudelli kienu minn serje waħda biss, u li l-karatteristiċi speċifiċi ta’ din is-serje kienu diġà ġew żvelati, u li numru limitat biss ta’ tipi ta’ mudelli ġew użati għall-kalkolu tal-valur normali, allura l-partijiet li jirċievu din l-informazzjoni kienu jkunu jistgħu jaslu għall-kalkolu tal-prezzijiet attwali li ntalbu għat-tipi speċifiċi tal-mudell jew għall-ispiża u l-prezzijiet li fuqhom ġie bbażat il-kalkolu tal-valur normali għal tipi differenti ta’ mudelli. Din l-informazzjoni hija tabilħaqq kunfidenzjali min-natura tagħha u għaldaqstant din it-talba kellha tinċaħad. |
(34) |
Il-produttur Ċiniż wera d-dubji tiegħu dwar il-mod ta’ kif il-Kummissjoni kienet iddeterminat il-valur normali mid-dejta tal-industrija tal-Unjoni. Huwa ta l-fehma li għandhom jintużaw il-prezzijiet attwali tal-bejgħ u mhux il-prezzijiet offerti wara s-sejħiet. L-ewwel nett, huwa xieraq li wieħed jiftakar li d-dejta mingħand l-industrija tal-Unjoni ntużat biex ikun hemm perċentwali akbar ta’ rappreżentattività tal-paragun bejn il-valur normali u l-bejgħ għall-esportazzjoni li għamel il-produttur Ċiniż. Għalhekk, sa fejn kien possibbli, għat-tipi ta’ prodott ikkonċernat li ma setax jiġi stabbilit valur normali għalihom abbażi tal-informazzjoni li kienet disponibbli fl-Istati Uniti, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni vverifikata li ttieħdet mingħand l-industrija tal-Unjoni għall-istess tipi ta’ prodotti li kienu importati miċ-Ċina. |
(35) |
B’hekk, ġie kkalkulat il-valur normali għal għadd ta’ tipi ta’ prodotti (għallinqas prodotti li huma differenti mis-sistemi ta’ skannjar mobbli) abbażi tal-kostijiet standard, mingħajr ma tqiesu x-xogħlijiet ċivili li seta’ kien hemm, jew kostijiet oħra fuq il-post, u billi żdied perċentwali normali għall-profitt li, fi kwalunkwe każ, kien inqas sew mill-profitt fil-mira użat biex jiġi ffissat il-margni tal-ħsara. L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni tapplika spejjeż standard għat-tipi kollha ta’ prodotti li toffri. Id-dokumenti li jikkonċernaw il-preparazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż standard, il-mod kif jiġu kkalkulati u l-paragun tagħhom mal-ispiża reali fl-iffissar regolari tal-prezzijiet saret verifika tagħhom u nstab li kollox kien sew. |
(36) |
Barra minn hekk, l-istruttura tal-ispiża tal-industrija tal-Unjoni ġiet ipparagunata mal-istruttura tal-produttur Amerikan tal-prodott simili. Instab li (i) il-marġni tal-profitt tal-produttur Amerikan kien akbar mill-marġni ta’ profitt li ntuża biex jiġi kkalkulat il-valur normali abbażi tad-dejta mill-industrjija tal-Unjoni u (ii) l-istruttura tal-ispiża tal-industrija tal-Unjoni tixbaħ b’mod ġenerali lil dik tal-produttur fil-pajjiż analogu (id-differenza preċiża ma tistax tkun żvelata għal raġunijiet ta’ konfidenzjalità). Għaldaqstant, l-użu tad-dejta tal-industrija tal-Unjoni biex jiġi ddeterminat il-valur normali jidher biċ-ċar li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
(37) |
Il-produttur Ċiniż kkummenta wkoll dwar l-offerta pubblika li abbażi tagħha l-produttur tal-Istati Uniti tal-prodott simili biegħ sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija mobbli fis-suq tal-Istati Uniti. Huwa sostna li jekk il-Kummissjoni uża valur normali abbażi ta’ sejħa għall-offerti li saret fl-2005 u qabbilha mal-prezz tal-esportazzjoni marbut mal-PI, dan il-paragun ma setax jitqies ġust. Din l-allegazzjoni mhijiex ikkonfermata mill-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni. Fl-Istati Uniti, is-sejħiet pubbliċi għall-offerti jiġu organizzati biex jingħata kuntratt ta’ qafas li skontu dak li jirbaħ il-kuntratt jista’ jbiegħ prodott għal ċertu perjodu ta’ żmien. Iżda l-kuntratt ta’ qafas ma kienx fih prezzijiet. Tabilħaqq, dan il-kuntratt ġie konkluż fl-2005, iżda l-istimi individwali rispettivi għall-offerta u l-iffirmar tal-kuntratti saru fl-2007, jiġifieri fi żmien meta kien laħaq beda l-PI. Għaldaqstant, il-Kummissjoni aċċettat li din l-offerta għandha titqies li saret waqt il-PI u li għandha tifforma parti mid-dejta li ntużat għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. |
(38) |
Il-produttur Ċiniż talab ukoll spjegazzjoni għalfejn il-valur normali tas-sistema mobbli, bħal dik li tinbiegħ fil-Latvja, ma kenitx ikkalkulata mill-bejgħ tal-produttur Amerikan iżda mid-dejta tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-Kummissjoni ma setgħetx tuża d-dejta mill-pajjiż analogu għar-raġuni li din id-dejta ma kenitx disponibbli mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu. |
(39) |
Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (38) sa (42) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4. Il-prezz tal-esportazzjoni
(40) |
Wara li ġew imposti l-miżuri provviżorji, il-produttur Ċiniż li kkoopera ressaq il-kummenti dwar il-prezz tal-esportazzjoni. |
(41) |
Dawn il-kummenti ġew magħmula f’rabta mat-tranżazzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Finlandja u fil-Polonja fir-rigward ta’ elementi ta’ spiża speċifiċi. Il-kummenti li setgħu jiġu kkonfermati bid-dejta vverifikata ġew aċċettati u skont dan ġie rivedut il-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Xi kummenti dwar għadd ta’ spejjeż tal-installazzjoni kellhom jitwarrbu. F’dan ir-rigward irid jitfakkar li, minkejja li ntalbet id-dejta attwali rilevanti dwar il-prezz ta’ elementi differenti tal-prodott ikkonċernat f’varji stadji tal-investigazzjoni, il-kumpanija qatt ma għamlet ebda sforz biex tipprovdi proposta għal analiżi konklużiva. L-ammonti li ngħataw wara l-pubblikazzjoni tas-sejbiet provviżorji jikkostitwixxu informazzjoni ġdida li mhijiex ikkonfermata minn informazzjoni dwar il-kontijiet jew provi oħra li jistgħu jiġu vverifikati. |
(42) |
Il-produttur Ċiniż ċċara wkoll li għamel bejgħ wieħed barra mill-offerti pubbliċi. Din id-dikjarazzjoni hija kkonfermata. B’danakollu, l-investigazzjoni stabbiliet li dan il-bejgħ ma kienx bejgħ tas-soltu. Kien tabilħaqq ta’ prodott sostitut, u l-prezz li qed tirreferi għalih kien inftiehem xi snin qabel il-PI. Il-prodott sostitut kien ta’ tip kompletament differenti minn tal-prodott oriġinali. Għaldaqstant, din ma kenitx tranżazzjoni ta’ matul il-PI, iżda l-għeluq ta’ kuntratt li kien inftiehem qabel. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni marbut ma’ din it-tranżazzjoni ma setax jinżamm fil-kalkolu. |
(43) |
Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (43) sa (46) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
5. It-tqabbil
(44) |
Il-produttur Ċiniż stqarr li l-paragun kien sar abbażi ta’ numri mqassrin tal-kontroll tal-prodotti li jinjoraw id-differenzi fiżiċi bejn il-prodotti li qed jiġu pparagunati ma’ xulxin. Barra minn hekk, il-kumpanija Ċiniża ddikjarat li l-aċċeleraturi, id-differenzi fit-tipi ta’ xasi u l-livelli ta’ enerġija kien imisshom tqiesu fil-paragun tal-prezzijiet. |
(45) |
Rigward l-ewwel stqarrija għandhom jiġu enfasizzati l-punti li ġejjin: fir-rigward ta’ dejta meħuda mill-industrija tal-Unjoni, huwa mfakkar li l-kalkoli saru permezz ta’ dejta li kienet marbuta direttament ma’ offerti rispettivi għal sejħiet pubbliċi għall-offerti, jiġifieri għal tipi ta’ prodotti li kienu qed jikkompetu fuq l-istess livell ta’ bejgħ fl-istess żmien u li kienu kkunsidrati bħala kumparabbli mill-awtoritajiet dwar is-sejħiet pubbliċi għall-offerti. Rigward id-dejta dderivata mill-produttur Amerikan tal-prodott simili, l-investigazzjoni wriet li t-tip ta’ prodott li ġie pparagunat issodisfa r-regoli stretti stipulati skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku, jiġifieri huwa prodott simili għall-prodott li qed jiġi kkunsidrat, minn kull lat. Għaldaqstant, il-fatt li d-differenzi fiżiċi mhumiex kollha riflessi f’numru ta’ kontroll tal-prodott jew f’numru mqassar ta’ kontroll tal-prodott ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli tagħmel paragun tajjeb bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Ta’ iżjed importanza minn hekk, tqiesu d-differenzi li setgħu jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet. L-informazzjoni dokumentata turi li l-prodotti mibgħuta mill-esportatur produttur Ċiniż li kkoopera ħafna drabi fihom karatteristiċi żejda meta mqabbla ma’ dawk li ntużaw bħala bażi għall-valur normali. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit b’mod konservattiv. |
(46) |
Fir-rigward tal-aċċeleraturi, it-tipi ta’ xasi u l-livelli tal-enerġija, għandu jkun innutat li l-aġġustamenti mitlubin huma skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku iżda ma ntweriex li d-differenzi ddikjarati fil-karatteristiċi jaffettwaw il-prezz u l-komparabbilità tal-prezz billi ma ngħatat l-ebda l-informazzjoni mill-produttur Ċiniż li setgħet tiġġustifika aġġustament. |
(47) |
Il-produttur Ċiniż li kkoopera ddikjara li l-aċċeleratur huwa komponent importanti tal-prodott ikkonċernat u kien imissu ġie inkluż fl-istruttura tan-numru ta’ kontroll tal-prodott. Il-Kummissjoni ma inkludietx l-aċċeleratur fl-istruttura tan-numru ta’ kontroll tal-prodott billi ebda waħda mill-partijiet ikkonċernati ma ppreżentat provi li juru li l-aċċeleratur kien fattur li jiddistingwi bejn tip u ieħor ta’ prodott. |
(48) |
Il-produttur Ċiniż li kkoopera talab ukoll l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti li saru għall-valur normali biex dan reġa’ nġab fuq bażi ex-fabbrika. Saru aġġustamenti tal-ispejjeż tal-garanzija u tal-kreditu għall-valur normali, iddeterminati abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ fil-pajjiż ta’ produzzjoni tal-produttur waħdieni fl-Istati Uniti tal-prodott simili. Saru l-aġġustamenti tal-ispejjeż tat-trasport, tal-garanzija, tat-taħriġ, tad-dokumentazzjoni u l-onorarji tal-aġenti għall-valur normali li ġew iddeterminati abbażi tad-dejta tal-industrija tal-Unjoni. Rigward it-talba għall-kwantifikazzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti, il-Kummissjoni ma tistax tikxef din id-dejta minħabba li din l-informazzjoni hija meqjusa li hi kunfidenzjali. Jeħtieġ li wieħed jinnota li, b’mod simili, fil-kalkolu tal-prezz ex-fabbrika, id-dejta korrispondenti ma ġietx żvelata lill-industrija tal-Unjoni. |
(49) |
Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (47) u (48) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
6. Il-marġni ta’ dumping
(50) |
IL-produttur Ċiniż ikkritika l-fatt li xi bejgħ ġie eskluż mill-kalkolu tad-dumping. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-valuri tal-bejgħ tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati ġew ikkunsidrati oriġinarjament għall-iffissar tal-prezzijiet tal-esportazzjoni. Iżda l-valur normali ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ma setax ikun stabbilit. Għalhekk ma setax isir paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. |
(51) |
Il-produttur Ċiniż iddikjara wkoll li l-valuri CIF tal-bejgħ imsemmi fil-premessa (50) kellhom jiġu inklużi fil-valur sħiħ CIF li serva ta’ denominatur għall-kalkoli ta’ dumping. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Il-kalkolu tad-dumping totali huwa riżultat tad-diviżjoni tat-total tad-dumping differenti li jinstab (fejn jista’ jsir paragun tal-prezzijiet) bit-total tal-valuri CIF korrispondenti. L-inklużjoni fil-kalkolu tal-valuri CIF tal-bejgħ li għalih ma jistax isir paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, minħabba li ma jkunx hemm valur normali ffissat, jikkawża żball tal-aritmetika f’dawn il-kalkoli billi n-nominatur u d-denominatur ma jkunux qed jirreferu għal tranżazzjonijiet komparabbli. |
(52) |
Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (49) u (50) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
(53) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-marġni tad-dumping definittiv, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 38,8 %. |
5. IL-ĦSARA
(54) |
Il-kummenti dwar is-sejbiet li jikkonċernaw il-ħsara, li xi wħud minnhom ma kienu xejn ħlief repetizzjoni ta’ kummenti li diġà ġew indirizzati mir-Regolament provviżorju, waslu biss mingħand il-produttur Ċiniż. |
(55) |
L-argumenti dwar kummenti li diġà ġew indirizzati fir-Regolament provviżorju mhumiex imtennija f’dan ir-Regolament. |
1. Rimarki ġenerali
(56) |
Ta’ min wieħed ifakkar li f’dan il-każ l-informazzjoni ppreżentata tirreferi għal żewġ produtturi u esportatur produttur wieħed tal-Unjoni li essenzjalment jirrappreżentaw is-suq tal-Unjoni. Meta dan jitqies, ma jistgħux jingħataw ċifri preċiżi għall-għan ta’ protezzjoni tal-informazzjoni proprjetarja tan-negozju. Għalhekk, l-indikaturi qegħdin jingħataw f’forma ta’ indiċi jew firxiet. |
(57) |
Fit-tweġiba tiegħu għad-dokument ta’ notifika provviżorju, il-produttur Ċiniż talab li l-istima tal-ħsara tiġi ppreżentata fuq bażi annwali. Minkejja li dan ma jibdilx is-sustanza tad-dejta, imma jbiddel biss il-preżentazzjoni tagħha, it-talba ntlaqgħet bħala ġġustifikata u b’hekk l-analiżi li tidher hawn taħt hija ppubblikata annwalment mill-bidu sal-aħħar. |
(58) |
Il-produttur Ċiniż ma qablitx mad-dejta dwar il-volum tal-bejgħ għall-perjodu inkunsiderazzjoni (mill-2004 sal-aħħar tal-PI) li tidher fid-dokument ta’ notifika provviżorju speċifiku għall-kumpanija. Ta’ min jinnota li l-Kummissjoni pprovdiet analiżi preċiża u eżawrjenti tad-dejta kkumpilata lill-produttur Ċiniż. Ir-reazzjonijiet li rċieva l-produttur Ċiniż konsegwentement tqabblu mal-informazzjoni disponibbli li pprovdew l-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala utenti tal-prodott ikkonċernat u l-produtturi fl-Unjoni. Għaldaqstant, fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġew magħrufin id-dettalji tal-bejgħ miċ-Ċiniżi għall-Unjoni u l-impatt relattiv tiegħu. |
(59) |
Il-produttur Ċiniż sostna li fejn m’hemmx offerta mill-industrija tal-Unjoni, il-bejgħ tiegħu għandu jkun eskluż mill-analiżi tal-ħsara u kawżalità. B’danakollu ta’ min jinnota li l-istituzzjonijiet ma jistgħux isostnu li minħabba l-fatt li, waqt il-PI l-industrija tal-Unjoni ma tefgħetx offerta għal sejħa speċifika filwaqt li l-esportatur produttur Ċiniż tefa’ offerta, b’daqshekk l-industrija tal-Unjoni għamlet ħsara lilha nnifisha b’tali mod li kisret ir-rabta kawżali bejn il-ħsara u d-dumping. Barra minn hekk, dak li jkun ma jistax jipparteċipa f’sejħa għall-offerti mingħajr spejjeż (fi traduzzjonijiet, onorarji tal-aġenti, kultant ħlas biex titfa’ l-offerta, eċċ.) għaldaqstant kumpaniji ma jitfgħux offerta sakemm ma jkunux ċerti li għandhom ċans li jirbħu l-kuntratt. |
(60) |
Ġie sostnut ukoll li fejn il-kwerelant (Smiths Detection Group Limited) għamel offerti akbar mill-massimu tal-prezz speċifikat fis-sejħiet, dan għandu jiġi eskluż mill-analiżi tal-ħsara u kawżalità. Iżda l-investigazzjoni ma ħarġet l-ebda informazzjoni li tista’ tiġi vverifikata li tikkonferma li saru offerti bħal dawn. |
(61) |
Il-produttur Ċiniż sostna li hemm nuqqas ta’ simetrija tad-dejta dwar il-ħsara. Dan għaliex il-volum tal-bejgħ, is-sehem fis-suq u l-profitt jirreferu għall-bejgħ permezz tad-data tal-kuntratt filwaqt li ċerti fatturi oħra tal-ħsara oriġinaw mill-kontabilità finanzjarji tal-kwerelant u għaldaqstant għandhom mnejn ma jaqblux fiż-żmien. Fil-bidu ta’ din l-investigazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom jiffissaw punt ta’ referenza ċar għall-bejgħ, li jkun applikabbli għall-kumpaniji kollha li jikkooperaw mal-proċediment. Ġie deċiż li d-data tal-kuntratt kienet tipprovdi l-aħjar punt ta’ referenza minħabba li ta’ spiss jgħaddi ħafna żmien bejn id-data tal-bidu tas-sejħa għall-offerti u d-data tal-kuntratt, kif ukoll bejn id-data tal-kuntratt u l-aħħar data tal-fattura. Barra minn hekk, jista’ jkun li jkun hemm għadd ta’ fatturi għal kuntratt wieħed u kuntratt jista’ jkun fih ħafna snin. |
(62) |
Meta d-data tal-kuntratt ġiet iffissata bħala l-punt ta’ referenza, ma kienx prattiku li wieħed jitlob lill-produtturi tal-Unjoni biex jimlew it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjunarju kollu abbażi tad-dati tal-kuntratti. Kieku ntalbu jagħmlu hekk kien ikollhom jerġgħu jaħdmu l-kontabilità tagħhom mill-ġdid b’mod li mhuwiex prassi normali u li kien idaħħal numru ta’ ambigwitajiet bl-impatt negattiv konsegwenti fuq il-kwalità tal-informazzjoni. Fid-dawl li ma kienx vijabbli li jintużaw id-dati tal-fatturi bħala punt ta’ referenza, id-dejta dwar il-ħsara f’dal każ ingħatat bl-aħjar mod possibbli għal dan il-prodott. |
(63) |
Waqt l-għaxar xahar tal-investigazzjoni, jiġifieri fir-reazzjoni tiegħu għall-konklużjonijiet provviżorji, il-produttur Ċiniż qajjem kwistjoni wkoll dwar il-fatt li l-PI kien għal tul ta’ 18-il xahar, u ddikjara li dan kellu jkun limitat biss għas-sena kalendarja tal-2008. Din it-talba kellha tiġi miċħuda għar-raġunijiet li jiġġustifikaw perjodu ta’ 18-il xahar kif imniżżel fir-Regolament provviżorju u hawn fuq fil-premessi (5) sa (11). Barra dan, bidla bħal din kienet tfixkel il-konklużjoni f’waqtha tal-investigazzjoni għaliex kienet tinvolvi li l-kumpaniji kollha li kienu qed jikkooperaw jintalbu li jerġgħu jimlew it-tweġibiet għall-kwestjonarji abbażi ta’ PI rivedut. |
(64) |
Il-produttur Ċiniż wera wkoll id-dubji tiegħu dwar jekk il-bosta kumpaniji tal-UE relatati mal-kwerelant ġewx inklużi kif suppost fl-analiżi tal-ħsara magħmula mill-Kummissjoni. Iżda l-verifika tar-risposti għall-kwestjonarju tal-kwerelant saret bil-kooperazzjoni sħiħa tal-grupp kollu u l-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-indikaturi tal-ħsara u l-kalkoli kienu analizzati kif suppost għall-grupp kollu kemm hu. Kif ġie ċċarat lill-produttur Ċiniż qabel l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, il-kumpaniji tal-UE li għalihom kienet qed tirreferi, jekk għandhom xi rwol fil-manifattura u l-bejgħ tal-prodott rilevanti, dan hu rwol insinifikanti. Fil-fatt, ir-rwol tagħhom huwa limitat għal ċerti funzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat (pereżempju jagħmlu l-manutenzjoni) u l-bejgħ ta’ prodotti li mhumiex fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
(65) |
Il-produttur Ċiniż fl-aħħar nett sostna li, safejn l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta’ ċerti sejħiet għall-offerti jew ma rrispondiet xejn għas-sejħiet, ma kien hemm ebda dumping li għamel ħsara lill-industrija kkonċernata tal-UE f’dawn it-tranżazzjonijiet. Din it-talba ma setgħetx tintlaqa’. |
(66) |
L-ewwel nett, għandu jkun innutat li l-fatt li ma jistax jiġi ffissat valur normali għal xi tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma jitfax dubju fuq is-sejbien ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, sakemm dak li jkun ibbażat fuqu l-kalkolu huwa kkunsidrat li jkun rappreżentattiv. F’dan il-każ dan kien ċertament minnu (ara l-premessa (50)). Għat-tranżazzjonijiet speċifiċi kkonċernati, għandu jkun innutat dan li ġej. It-tranżazzjoni li tirreferi għall-problemi ta’ rekwiżiti tekniċi tikkonċerna tip wieħed ta’ prodott mibjugħ fuq bażi ta’ sejħa waħda għall-offerti. Il-produttur Ċiniż minn lat wieħed, u ż-żewġ produtturi tal-Unjoni mil-lat l-ieħor, interpretaw is-sejħa għall-offerti b’modi differenti. Il-produttur Ċiniż sostna lejn l-aħħar tal-investigazzjoni, li t-tip ta’ prodott ikkonċernat kien kompletament differenti minn skanner mobbli filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet ta’ opinjoni differenti. Għalhekk jidher ċar li l-industrija tal-Unjoni ħadet sehem f’din is-sejħa għall-offerti fit-twemmin li għandha toffri tip ta’ prodott speċifiku. Aktar importanti minn hekk, il-parteċipazzjoni tagħha involviet l-ispejjeż (għat-traduzzjonijiet, għall-aġent, il-ħlas tal-parteċipazzjoni. eċċ.). Għalhekk, il-fatt li fil-konklużjoni finali tal-proċess tas-sejħa għall-offerti l-industrija tal-Unjoni ma tefgħetx offerta fuq termini indaqs ma jfissirx awtomatikament li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għall-ħsara. |
(67) |
Rigward it-tranżazzjonijiet li fadal, il-produttur Ċiniż jirreferi għal tranżazzjoni li ma tidħolx fl-ambitu tal-PI li, kif hemm spjegat fil-premessa (42), hija tabilħaqq għeluq ta’ kuntratt li kien magħmul qabel. Dan irrefera wkoll għal tranżazzjoni li fiha l-industrija tal-Unjoni ma pparteċipatx fis-sejħa għall-offerti. Rigward l-ewwel tranżazzjoni, ma saret ebda deċiżjoni dwar il-ħsara. Rigward it-tieni tranżazzjoni, japplikaw il-konklużjonijiet tal-premessa (59). |
2. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
(68) |
Waqt il-ħdax-il xahar tal-investigazzjoni, kumpanija Rumena ddikjarat li waqt il-PI kienet produttur tal-UE ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni dwar l-istatus attwali ta’ din il-kumpanija. Skont l-informazzjoni ppreżentata kemm mill-kumpanija kif ukoll minn operaturi oħra f’dan is-suq, inkluż il-produttur Ċiniż, ir-rabta ta’ din il-kumpanija mal-prodott simili hija relatata mill-qrib mal-attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ produttur tal-Unjoni stabbilit tas-sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija. B’riżultat ta’ dan, fil-kuntest tal-investigazzjoni kurrenti, l-uniku bejgħ li għamlet il-kumpanija Rumena waqt il-PI huwa meqjus li sar mill-produttur tal-Unjoni ta’ sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija. |
(69) |
Rigward l-indikaturi makroekonomiċi, bħall-konsum, il-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-ħażniet, il-volum tal-bejgħ, is-sehem fis-suq, l-impjieg, il-produttività u l-pagi, kif ukoll il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta’ min jinnota li dawn ġew analizzati fir-rigward tal-produtturi kollha tal-Unjoni. |
(70) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, is-sejbiet previsti fil-premessi (52) sa (56) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. Il-konsum tal-Unjoni
(71) |
Il-produttur Ċiniż sostna li l-livell tal-konsum tal-Unjoni kif previst fir-Regolament provviżorju ma kienx eżattament korrett. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni kkuntattjat lill-partijiet interessati, notevolment l-utenti, bil-għan li tiġbor aktar tagħrif dwar il-konsum tal-UE waqt il-perjodu inkunsiderazzjoni. Abbażi tat-tagħrif addizzjonali li pprovdew il-partijiet interessati, huwa meqjus li l-konsum tal-UE żviluppa kif ġej:
|
(72) |
Il-konsum tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili fl-UE żdied bi 11 % matul il-perjodu inkunsiderazzjoni. |
(73) |
Il-produttur Ċiniż sostna li għandha tiġi ppubblikata d-dejta dwar il-konsum attwali, u mhux it-tagħrif indiċjat. F’dan ir-rigward huwa nnotat li, kif diġà ġie spjegat biċ-ċar fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, in-numru ta’ partijiet involuti fil-produzzjoni ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija huwa żgħir u b’hekk kull kxif tad-dejta reali tal-konsum jista’ jwassal għall-kxif tal-bejgħat attwali mill-partijiet, u dan it-tagħrif huwa meqjus bħala kunfidenzjali. |
(74) |
Tressaq ukoll li ċ-ċifra tal-konsum għandha tqies l-unitajiet kollha tal-prodott ikkonċernat li huma kkunsmati fis-suq tal-UE. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-figuri tal-konsum tal-Unjoni jqisu l-bejgħ kollu tal-prodott li qed jiġi investigat (kemm jekk ikunu b’riżultat ta’ sejħa għall-offerti, kemm jekk ma jkunux) mill-partijiet kollha (safejn għandha t-tagħrif il-Kummissjoni). Id-dejta tqabblet u vverifikata mas-sorsi differenti disponibbli. B’danakollu l-figuri tal-konsum juru biss il-bejgħ attwali, u mhux in-numru żgħir ta’ tranżazzjonijiet li ġew irrappurtati lill-Kummissjoni, li kienu jikkonċernaw jew kiri jew għotja. Kieku ġew inklużi dawn it-tranżazzjonijiet, is-sehem Ċiniż fis-suq kien ikun akbar. |
(75) |
Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (57) u (58) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (71) sa (74) hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati. |
4. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(a) Volum, prezz u sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett tad-dumping tal-prodott ikkonċernat
(76) |
Kif inhu spjegat fil-premessi (57) u (58), ġew riveduti l-volumi u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. L-annwalizzazzjoni tad-dejta u l-aġġornament tal-volumi kkonfermaw il-konklużjonijiet li hemm fir-Regolament li l-importazzjonijiet u s-sehem fis-suq tagħhom żdiedu b’mod sinifikanti mill-2004 ’l hawn. Il-parti Ċiniża wriet id-dubji tagħha dwar il-metodoloġija użata fl-indiċjar ta’ din id-dejta. Huwa importanti li nenfasizzaw li d-dejta li ġiet attwalment użata, bi kwalunkwe mod li ġiet indiċjata, kemm fl-istadju provviżorju kif ukoll f’dak definittiv, turi żieda sinifikanti fil-volum u fis-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
(77) |
Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’iżjed minn 150 % matul il-perjodu kkonċernat.
|
(78) |
Kif intqal fil-premessa (60) tar-Regolament provviżorju, il-prezz medju tal-esportazzjoni varja ħafna skont it-tipi ta’ skanner tal-merkanzija li kienu importati u għalhekk ma setgħux iwasslu għal konklużjonijiet sinifikanti. |
(79) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied b’iżjed mid-doppju fil-perjodu kkonċernat.
|
(80) |
Il-produttur Ċiniż sostna li għandhom jiġu eżaminati wkoll il-volumi ta’ wara l-PI (l-offerti li ntrebħu waqt il-PI li għalihom ġew iffirmati l-kuntratti wara l-PI). Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, il-fatti ta’ wara l-PI ma jitqisux, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-produttur Ċiniż ma invokax dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. Barra minn hekk, għar-raġuni ta’ komparabbilità, kien ikun jeħtieġ li jiġu allokati mill-ġdid il-bejgħ li saru qabel il-PI. Għaldaqstant din it-talba ma ntlaqatx. Meta wieħed iqis iż-żidiet fl-importazzjoni f’termini tal-volum u tas-sehem fis-suq li jidhru hawn fuq, din id-deċiżjoni xorta waħda ma kellha l-ebda impatt fuq il-fatturi li ġew eżaminati f’dan il-każ. |
(b) L-offerta ta’ bejgħ taħt il-prezz
(81) |
Il-produttur Ċiniż ressaq li l-metodoloġija użata fl-istadju provviżorju f’dak li jikkonċerna l-offerti ta’ bejgħ taħt il-prezz kienet żbaljata. Fl-opinjoni tiegħu, ma kienx possibbli li l-prezzijiet attwali tal-bejgħ tiegħu jitqabblu mal-prezzijiet li toffri l-industrija tal-Unjoni għas-sejħat tal-offerti. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li din il-metodoloġija kienet meqjusa li kienet l-aktar waħda xierqa minħabba l-ħtieġa ta’ paragun ġust li involva prodott kumpless ħafna u li involva x-xiri pubbliku. Ma ġew identifikati ebda metodi vijabbli oħra mill-partijiet interessati. |
(82) |
Irid jingħad li minkejja li l-metodoloġija baqgħet dik deskritta hawn fuq, saru xi aġġustamenti żgħar għall-kalkolu li baxxew il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u dawn tgħarrfu lill-partijiet interessati. |
(83) |
Il-paragun rivedut juri li, waqt il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu mibjugħin fl-Unjoni bi prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni b’firxa ta’ bejn il-15 u l-20 %. Ta’ min jinnota li l-produttur Ċiniż sostna fis-sottimissjonijiet tiegħu li waħda mir-raġunijiet li għalihom kien rebaħ il-kuntratti kienet li offra speċifikazzjoni ta’ prodott superjuri. F’termini ta’ offerti ta’ bejgħ taħt il-prezz (u bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa) dan seta’ wassal biex isiru l-aġġustamenti u biex jiġu kkalkulati marġnijiet akbar. Dan l-aġġustament ma sarx għaliex dan ma ġiex ippruvat li kien validu u ma kien hemm ebda informazzjoni biex tikkwantifikahom. |
(84) |
Billi ma kien hemm ebda kummenti oħra, il-bqija tal-informazzjoni fil-premessi (59) sa (62) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (76) sa (83) hawn fuq, hija b’dan ikkonfermata. |
5. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni
Kummenti preliminari
(85) |
Ta’ min jinnota li d-dejta tal-indikaturi tal-ħsara hija ppreżentata b’mod differenti fir-Regolament definittiv biex jindirizzaw żewġ kwistjonijiet, kif iddikjarat fil-premessi (57) u (69), jiġifieri t-talba tal-produttur Ċiniż biex tiġi annwalizzata id-dejta tat-18-il xahar tal-PI u l-kumpilazzjoni fl-analiżi tal-makroindikaturi tad-dejta meħudin mit-tieni produttur tal-Unjoni. |
L-indikaturi tal-ħsara
Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Il-produzzjoni |
100 |
75 |
94 |
173 |
151 |
Il-kapaċità |
100 |
83 |
90 |
185 |
200 |
L-utilizzazzjoni tal-kapaċità |
100 |
90 |
104 |
94 |
76 |
Indiċi: 2004 = 100 Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju |
(86) |
Matul il-perijodu kkunsidrat, il-volum ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’51 %. Din ix-xejra pożittiva hija dovuta prinċipalment għall-bejgħ tajjeb li sar għall-esportazzjoni tal-prodott simili. L-industrija tal-Unjoni żiedet b’aktar mid-doppju l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul l-istess perjodu għall-istess raġuni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqas b’24 %. |
(87) |
Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-figuri msemmijin hawn fuq huma marbutin mal-produzzjoni, li parti sostanzjali minnha tinbiegħ fi swieq lil hinn mill-UE, dawn l-indikaturi mhumiex meqjusin bħala importanti f’dan il-każ. |
Il-ħażniet
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Il-ħażniet |
100 |
164 |
155 |
127 |
136 |
Indiċi: 2004 = 100 Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju |
(88) |
Il-livell tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni wera xejra ’l fuq li qed titbiddel matul il-perjodu kkunsidrat. B’danakollu, dan ma tqiesx li kien indikatur importanti billi din l-industrija topera fuq bażi ta’ produzzjoni skont l-ordni, il-ħażniet dejjem jinżammu baxxi ħafna u parti kbira ta’ dawn il-ħażniet kienet maħsuba għas-suq tal-esportazzjoni. |
Il-volum tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Il-volum ta’ bejgħ tal-Unjoni |
100 |
67 |
93 |
100 |
76 |
Sehem mis-suq |
65-75 % |
70-80 % |
55-65 % |
60-70 % |
45-55 % |
L-indiċi tas-sehem mis-suq |
100 |
108 |
82 |
91 |
68 |
Indiċi: 2004 = 100 Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u sottomissjonijiet sussegwenti |
(89) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkonċernat u fil-PI kien ta’ kważi 25 % inqas mill-volum oriġinali tiegħu. L-industrija tal-Unjoni tilfet mal-20 punt perċentwali mis-sehem tagħha fis-suq bejn l-2004 u t-tmiem tal-PI. |
(90) |
Il-konklużjonijiet fil-premessa (69) tar-Regolament provviżorju li jirrigwardaw il-prezzijiet tal-bejgħ huma kkonfermati. |
(91) |
Il-produttur Ċiniż tenna t-talba tiegħu li jirċievi l-informazzjoni dwar l-offerti tal-kwerelant għas-sejħiet tal-offerti li ġew milqugħa u dwar kemm tqiesu ċerti offerti fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni. Iżda, l-għotja ta’ dan il-livell ta’ dettall ma tqiesx li kien xieraq minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Dan talab ukoll il-konferma li d-data tal-iffirmar tal-kuntratti tal-bejgħ li sar b’riżultat tas-sejħat għall-offerti ġiet użata bħala l-fattur determinanti fil-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet jikkonfermaw li l-metodoloġija spjegata fil-premessa (57) tar-Regolament provviżorju ntużat għall-partijiet kollha. L-istess parti talbet ukoll kjarifika li d-dejta dwar il-kwerelant kienet tirreferi għaż-żewġ impjanti ta’ produzzjoni tiegħu. Dwar dan, kif intqal fil-premessa (7)(a) tar-Regolament provviżorju, huwa kkonfermat li d-dejta mressqa mill-kwerelant ġiet ikkumpilati mill-impjanti t-tnejn li huma tal-produzzjoni tiegħu. |
Il-profittabilità
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa |
100 |
85 |
90 |
7 |
–50 |
Indiċi: 2004 = 100 Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju |
(92) |
L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sitwazzjoni kienet partikolarment ħażina matul il-PI. |
L-investimenti, il-profitt fuq l-investiment, il-likwidità u l-ħila għall-akkwist tal-kapital
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Investimenti |
100 |
164 |
100 |
354 |
105 |
Ir-redditu fuq l-investiment |
110-120 % |
85-95 % |
210-220 % |
215-225 % |
60-70 % |
Likwidità |
100 |
124 |
257 |
186 |
–71 |
Indiċi: 2004 = 100 Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju |
(93) |
L-investimenti baqgħu baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. Parti kbira mill-investimenti kienet iddedikata għall-manutenzjoni tal-bini operattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-livell ogħla ta’ investiment innutat fl-2007 jirrigwarda brevett ġdid biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Ta’ min ifakkar li dan in-negozju huwa ffukat ħafna fuq l-għarfien u mhux fuq l-investiment. |
(94) |
Ir-redditu fuq l-investiment, imfisser f’termini tal-profitti netti tal-industrija tal-Unjoni u l-valur nett fuq il-karta tal-investimenti tagħha, juri tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, iżda mhuwiex indikatur tajjeb tal-ħsara għaliex jirrifletti prinċipalment assi li diġà kienu ġew deprezzati. |
(95) |
Il-qagħda tal-likwidità tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar b’mod drammatiku tul il-perjodu kkonċernat. |
(96) |
Billi l-produzzjoni tas-sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija kienet tifforma parti żgħira mill-attivitajiet tal-kwerelant, il-ħila għall-akkwist tal-kapital ma tqiesitx bħala indikatur importanti f’dan il-każ. |
Ix-xogħol, il-produttività u l-pagi
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
L-impjiegi |
100 |
110 |
129 |
160 |
167 |
L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem |
100 |
98 |
102 |
106 |
106 |
Il-produttività għal kull impjegat |
100 |
68 |
73 |
109 |
135 |
Indiċi: 2004 = 100 Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju |
(97) |
L-impjiegi, l-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem u l-produttività għal kull ħaddiem żdiedu waqt il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dawn l-indikaturi ma jitqiesux bħala indikaturi importanti f’dan il-każ, billi ħafna mill-impjiegi huma marbutin mal-produzzjoni ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija li huma mibjugħin fis-suq għall-esportazzjoni. |
Id-daqs tad-dumping
(98) |
Is-sejbiet tal-premessa (76) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati. |
Kummenti oħra
(99) |
Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor, il-bqija tal-informazzjoni fil-premessi (64) sa (76) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (85) sa (98) hawn fuq, hija b’dan ikkonfermata. |
6. Il-konklużjoni dwar il-ħsara
(100) |
Is-sejbiet fir-Regolament provviżorju dwar il-gradi ta’ importanza differenti tal-indikaturi tal-ħsara f’din il-proċedura partikolari jibqgħu validi. Il-fatturi tal-ħsara li huma meqjusin bħala l-iżjed importanti huma kemm iħallu profitt, is-sehem fis-suq u l-offerta ta’ bejgħ taħt il-prezz billi dawn direttament jirreflettu s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’relazzjoni mal-attività tagħha fis-suq tal-Unjoni. Ir-raġunijiet li għalihom ċerti indikaturi oħra mhumiex daqstant relevanti qegħdin spjegati hawn fuq. |
(101) |
Fir-rigward tal-kapaċità ta’ profitt, l-industrija tal-Unjoni għamlet telf tul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem fis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’24 %. Barra minn hekk, il-produttur Ċiniż għamel offerta ta’ bejgħ taħt il-prezz tal-kwerelant b’firxa ta’ bejn il-15 u l-20 %. |
(102) |
Tabilħaqq, is-sehem Ċiniż mis-suq tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni żdied b’140 % tul il-perjodu kkonċernat filwaqt li fl-istess żmien kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-bejgħ (– 24 %) tal-industrija tal-Unjoni u fis-sehem mis-suq (20 punt perċentwali). |
(103) |
Kif ġie spjegat fir-rimarki ġenerali ta’ qabel din l-analiżi tal-ħsara, id-dejta ġiet ippreżentata b’mod differenti minn dak tar-Regolament provviżorju. Jidher biċ-ċar li kemm jekk tkun ippreżentata d-dejta f’format annwalizzat kif ukoll jekk le, ma tinbidilx fis-sustanza tagħha iżda biss fil-preżentazzjoni. Iżda d-dejta dwar il-ħsara li tidher hawn fuq (fir-rispett tal-makroindikaturi) tinkludi wkoll id-dejta dwar it-tieni produttur tal-Unjoni. Għaldaqstant ġie konkluż li d-dejta riveduta li tidher hawn fuq tikkonferma l-konklużjonijiet provviżorji dwar il-ħsara, jiġifieri li kien hemm sitwazzjoni ta’ ħsara matul il-perjodu kkunsidrat fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
(104) |
Meta jitqies dan li ntqal hawn fuq, huwa maħsub li l-konklużjonijiet rigward il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kif stipulat fir-Regolament provviżorju ma nbidlux mit-tibdil fil-preżentazzjoni msemmi fil-premessa (85). Billi m’hemm ebda kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (77) sa (80) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (100) sa (103) hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati. |
6. IL-KAWŻALITÀ
(105) |
Il-kummenti dwar is-sejbiet rigward il-kawżalità ntbagħtu biss mill-produttur Ċiniż. |
(106) |
Ta’ min ifakkar li l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u fatturi oħra ġew annwalizzati għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (85). |
1. L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
(107) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping żdied b’140 %, waqt li s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 32 %. Dawn il-bidliet negattivi għall-industrija tal-Unjoni seħħew fl-isfond ta’ konsum tal-UE li żdied bejn wieħed u ieħor bi 11 % bejn l-2004 u l-PI (figura annwalizzata). |
2. L-effetti ta’ fatturi oħra
Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
PI |
Il-bejgħ ta’ esportazzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni |
100 |
93 |
123 |
245 |
233 |
Il-prezz tal-bejgħ tal-esportazzjoni |
100 |
107 |
60 |
63 |
70 |
Indiċi: 2004 = 100 Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju |
(108) |
Il-volum tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira (bejn 85 u 95 %) tal-volum totali tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-PI. |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(109) |
Il-produttur Ċiniż implika li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u li nbigħu iżjed skanners tal-merkanzija lill-UE minn kumpaniji Amerikani milli mir-RPĊ waqt il-PI, iżda dan l-argument mhuwiex sostnut bil-fatti u bi provi konkreti u li jistgħu jiġu vverifikati. |
(110) |
Wara li ttieħdu l-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni fittxet b’mod attiv iżjed tagħrif dwar l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti iżda fl-aħħar ikkonfermat il-figuri għall-volum tal-importazzjoni mill-Istati Uniti li kienu stabbiliti fl-istadju provviżjoru. |
L-industrija tal-Unjoni ma ppreżentatx l-offerta tagħha għall-proċessi kollha tas-sejħat għall-offerti li saru matul il-PI
(111) |
Il-produttur Ċiniż ikkritika l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’ċerti sejħat għall-offerti. F’dan ir-rigward, ninnotaw li l-investigazzjoni qieset li mhux il-partijiet kollha (l-industrija tal-Unjoni, il-produttur Ċiniż, produtturi oħra ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija) tefgħu l-offerti tagħhom għal kull eżerċizzju ta’ sejħat għall-offerti. Ma nstab ebda fattur konvinċenti li jimplika li l-ħsara li dehret biċ-ċar waqt il-perjodu kkunsidrat irriżultat mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma pparteċipatx f’offerti li ma kenux meqjusa għażliet kummerċjali xierqa. Il-fatt li għażla kummerċjali xierqa hija fattur li jiddetermina għandux wieħed jirrispondi għal sejħa għall-offerti huwa kkonfermat mill-fatt li t-tfigħ tal-offerti jinvolvi l-ispejjeż (traduzzjonijiet, onorarji tal-aġenti, ħlas biex tiddaħħal l-offerta, eċċ.) u l-kumpaniji ma jitfgħux offerta sakemm ma jkunux ċerti li għandhom ċans li jirbħu l-kuntratt. |
L-impatt ta’ fatturi mhux marbutin mal-prezz tal-prodott ikkonċernat
(112) |
Il-produttur Ċiniż insista li għandhom jiġu analizzati iżjed fil-fond, biex tingħaraf il-kawża tagħhom, l-effetti inġurjużi ta’ fatturi mhux marbutin mal-prezz, bħalma huma fatturi oħra tekniċi. |
(113) |
Mhemmx dubju li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi teknikament li tipproduċi prodott bl-istess speċifikazzjonijiet ta’ dak Ċiniż. Iżda dan kien ikun ifisser li l-industrija tal-Unjoni kien ikollha toffri l-prodott bi prezz ogħla. Tabilħaqq, din il-kwistjoni turi l-effett sħiħ tad-dumping li qed isir mill-produttur Ċiniż. Parti mid-dumping huwa dovut għall-fatt li l-produttur Ċiniż sempliċiment joffri prodott b’iżjed karatteristiċi. Billi d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (6) tippermetti l-applikazzjoni ta’ żewġ kriterji biss li fuqhom jintrebħu l-kuntratti: “l-irħas prezz” u “l-iżjed offerta ekonomikament vantaġġjuża”, il-kuntratt kważi awtomatikament kellu jingħata lill-produttur Ċiniż li qed jagħmel id-dumping. L-offerti tal-produttur Ċiniż ma kenux jibqgħu ekonomikament vantaġġjużi kieku ma kenux l-oġġett ta’ dumping, jiġifieri kieku għall-inqas kienu iżjed għoljin biex jirriflettu l-karatteristiċi addizzjonali. |
(114) |
Fl-aħħar nett jeħtieġ li niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li l-investigazzjoni wriet li l-kwerelant kien issodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha fis-sejħiet għall-offerti li fihom kemm il-kwerelant kif ukoll il-produttur Ċiniż tefgħu offerta taħt l-istess kundizzjonijiet. |
L-allegazzjoni ta’ prezzijiet ogħla minn dawk tal-kwerelant
(115) |
Il-produttur Ċiniż afferma wkoll li kien hemm każi fejn intlaħqu l-offerti tal-produttur Ċiniż minkejja l-fatt li l-prezz li dan kien qed jitlob kien ogħla minn dak tal-kwerelant. Għaldaqstsant, tranżazzjonijiet bħal dawn imesshom jitqiesu li ma kenux kawża ta’ ħsara. |
(116) |
F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li l-investigazzjoni stabbiliet li jeżisti każ wieħed biss ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti fejn mal-ewwel daqqa ta’ għajn jidher li l-uniku produttur Ċiniż rebaħ kuntratt minkejja l-fatt li kien offra prezz iżjed għoli minn dak tal-kwerelant. Iżda l-investigazzjoni wriet li dan ma kienx minnu fir-realtà għaliex l-offerta li għamlet il-kumpanija Ċiniża inkludiet ħafna karatteristiċi addizzjonali għall-istess prezz. Kieku kellhom isiru l-aġġustamenti għal dawn il-karatteristiċi addizzjonali kollha, il-prezz tal-esportazzjoni kien ikun irħas u b’konsegwenza l-marġni tad-dumping kien ikun ogħla. Ma tressqet l-ebda informazzjoni oħra verifikabbli biex issostni l-argument li kien hemm offerti oħra fejn il-kumpanija Ċiniża offriet prezz ogħla minn tal-kwerelant. |
Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-produttur l-ieħor tal-Unjoni
(117) |
Il-produttur Ċiniż ressaq li l-produttur l-ieħor tal-Unjoni kien għamel prezzijiet predatorji u b’hekk ikkawża ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, u li din il-parti m’għandhiex ħsara minħabba l-importazzjonijiet miċ-Ċina billi hi temmet il-kooperazzjoni attiva tagħha. |
(118) |
L-ewwel nett, ta’ min ifakkar li l-produttur l-ieħor tal-Unjoni pprovda l-informazzjoni dwar dan il-proċediment u l-analiżi tal-ħsara hija stmata għall-industrija sħiħa tal-Unjoni. Barra minn hekk, jixraq li wieħed jinnota li l-asserzjonijiet tal-produttur Ċiniż dwar l-ipprezzar predatorju mhumiex sostnuti minn ebda prova fattwali u ma jistgħux idgħajjfu s-sejbiet tal-investigazzjoni kif ippreżentati fil-premessa (89) tar-Regolament provviżorju. |
3. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
(119) |
Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (81) sa (95) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (105) sa (118) hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati. |
(120) |
Fid-dawl ta’ dak li jidher hawn fuq, id-deċiżjoni provviżorja li l-ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata minn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping hija kkonfermata. |
7. L-INTERESSI TAL-UNJONI
1. L-interessi tal-utenti
(121) |
Żewġ utenti li kienu diġà bagħtu r-rappreżentazzjonijiet fl-istadju provviżorju baqgħu jsostnu dak li qalu fil-kummenti oriġinali tagħhom. Huma enfasizzaw il-ħsibijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi jekk jiġu imposti miżuri definittivi. Iżda t-tħassib tagħhom ġie indirizzat fir-Regolament provviżorju u ma ġie ppreżentat xejn ġdid li seta’ jikkonferma li l-kompetizzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi jistgħu jġarrbu l-ħsara, għall-inqas mhux fuq medda ta’ żmien qasira għal medja, mill-impożizzjoni ta’ dazju definittiv. |
2. Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni
(122) |
Iż-żewġ rappreżentazzjonijiet ta’ hawn fuq ma biddlux il-konklużjonijiet provviżorji. Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (96) sa (113) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
8. IL-MIŻURI DEFINITTIVI TAL-ANTIDUMPING
1. Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara
(123) |
Il-produttur Ċiniż ressaq il-kummenti tiegħu dwar il-kalkolu ta’ bejgħ bi prezz imnaqqas. Fejn kien meħtieġ saru l-aġġustamenti fl-istadju definittiv. |
(124) |
Il-produttur Ċiniż ressaq talba marbuta mal-marġni tal-ħsara li kienet tixbaħ lil dik imniżżla fil-premessa (51) ta’ dan ir-Regolament. Din it-talba kellha tinċaħad rifjutata għall-istess raġunijiet imsemmija fil-premessa (51). |
(125) |
Il-produttur Ċiniż talab ukoll il-kjarifiki dwar il-metodu użat biex jiġi ffissat il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa, u b’mod partikolari, għal liema sena jirreferi dan il-marġni. F’dan ir-rigward, huwa nnotat li l-fissazzjoni tal-profitti ta’ qabel it-taxxa inkisbet b’riżultat ta’ analiżi tad-dejta dwar is-snin finanzjarji 2006 u 2007. |
(126) |
Bil-kalkoli magħmulin fuq il-marġni tad-dumping definittiv u fuq il-livell tat-tneħħija tal-ħsara rriżulta li dan tat-tieni ġie iżjed baxx minn tal-ewwel. Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (114) sa (117) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (123) sa (126) ta’ dan ir-Regolament, huma b’dan ikkonfermati. |
2. Il-miżuri definittivi
(127) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interessi tal-Unjoni, u b’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fil-livell tal-marġnijiet l-aktar baxxi ta’ dumping u ta’ ħsara misjuba, skont ir-regola ta’ inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif xieraq fil-livell tal-ħsara li nstab. Dan ġie kkalkulat għal 34 %, waqgħa sinifikanti mill-istadju provviżorju, meta r-rata tad-dazju ġiet iffissata fil-livell tad-dumping li nstab. |
(128) |
Fuq din il-bażi, ir-rata tad-dazju definittiv antidumping għar-RPĊ hija ta’ 34 %. |
(129) |
Konformi mal-premessa (120) tar-Regolament provviżorju, biex ikun hemm sorveljanza attenta għall-effikaċja tal-miżuri, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq bażi kunfidenzjali u perjodika, l-informazzjoni dwar il-proċeduri tas-sejħiet pubbliċi għall-offerti tal-UE li jwassal għall-bejgħ ta’ sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija. |
9. IL-ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU
(130) |
Fid-dawl tal-wisa’ tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tal-ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies li hu meħtieġ li l-ammonti miġbura permezz tad-dazju tal-antidumping provviżorju impost mir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-limitu tad-dazju impost definittivament minn dan ir-Regolament preżenti. Billi d-dazju definittiv huwa anqas mid-dazju provviżorju, l-ammonti miġbura li huma aktar mir-rata definittiva tad-dazju għandhom jinħelsu. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan qed jiġi impost dazju definittiv tal-antidumping fuq sistemi għall-iskannjar tal-merkanzija, ibbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija tan-newtron jew ibbażati fuq l-użu ta’ raġġi X b’sors ta’ raġġi X ta’ 250 KeV jew aktar jew ibbażati fuq l-użu ta’ radjazzjonijiet gamma, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00, ex 9022 29 00, ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 (kodiċijiet TARIC 9022190010, 9022290010, 9027801710 u 9030100091) u l-vetturi bil-mutur mgħammra b’dawn is-sistemi li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8705 90 90 (kodiċi TARIC 8705909010) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju definittiv tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 34 %.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti li jinġabru permezz tad-dazju provviżorju tal-antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1242/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija, ibbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija neutron jew ibbażati fuq l-użu ta’ raġġi X b’sors ta’ raġġi X ta’ 250 KeV jew aktar jew ibbażati fuq l-użu tar-radjazzjoni gamma, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00, ex 9022 29 00, ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 (kodiċijiet TARIC 9022190010, 9022290010, 9027801710 u 9030100091) u l-vetturi bil-mutur mgħammra b’dawn is-sistemi li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8705 90 90 (kodiċi TARIC 8705909010) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru definittivament bir-rata tad-dazju definittiv imposta skont l-Artikolu 1. L-ammonti miġbura li huma aktar mir-rati tad-dazju definittiv tal-antidumping għandhom jinħelsu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 332, 17.12.2009, p. 60.
(4) ĠU L 104, 23.4.1994, p. 5.
(6) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.