Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010H0101

    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2010 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-seba’ EDF) għas-sena finanzjarja 2008

    ĠU L 45, 20.2.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2010/101/oj

    20.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 45/14


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Frar 2010

    dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-seba’ EDF) għas-sena finanzjarja 2008

    (2010/101/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra ir-Raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1), u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE (3), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-seba’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-seba’ EDF) u partikolarment l-Artikolu 32(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tad-29 ta’ Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,

    Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tas-seba’ EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

    Billi

    (1)

    Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-seba’ EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

    (2)

    L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tas-seba’ EDF matul is-sena finanzjarja 2008 kienet sodisfaċenti,

    B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tas-seba’ EDF għas-sena finanzjarja 2008.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. SALGADO


    (1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

    (2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

    (3)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

    (4)  ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.

    (5)  ĠU C 269, 10.11.2009, p. 257.


    Top