This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2009_088_R_0209_01
2009/225/EC: Decision of the European Parliament of 22 April 2008 on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Railway Agency for the financial year 2006#Resolution of the European Parliament of 22 April 2008 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Railway Agency for the financial year 2006
2009/225/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2006
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2006
2009/225/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2006
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2006
ĠU L 88, 31.3.2009, p. 209–215
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/209 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2006
(2009/225/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0123/2008),
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 54.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 67.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2006
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0123/2008),
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi, ħlief eċċezzjoni waħda, huma legali u regolari, |
B. |
billi s-sena 2006 kienet l-ewwel sena ta' awtonomija finanzjarja tal-Aġenzija, |
Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji tal-UE, u li b'hekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta' kwittanza ta' kull waħda mill-aġenziji
1. |
Jinnota li l-baġits tal-24 aġenzija u ta' korpi satelliti oħra li saritilhom il-verifika mill-Qorti tal-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080.5 miljuni fl-2006 (l-akbar baġit kien tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljuni); |
2. |
Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta' korpi esterni tal-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti); |
3. |
Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta' aġenziji suġġetti għall-proċedura ta' kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-ECA iżda li huma suġġetti għal proċess ta' kwittanza intern); |
4. |
Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta' verifika/kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits tal-aġenziji/tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel analiżi mill-ġdid fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta' kwittanza fir-rigward ta' aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta' korpi li għal kull wieħed minnhom irid isir rapport ta' kwittanza separat fis-snin li ġejjin; |
Kunsiderazzjonijiet fundamentali
5. |
Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward tal-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta' aġenzija ġdida jew ir-riforma ta' aġenzija eżistenti: it-tip ta' aġenzija, l-għanijiet tal-aġenzija, l-istruttura ta' governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba tal-aġenzija, ir-relazzjoni formali mal-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvediment ta' staff; |
6. |
Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim annwali tar-rendiment li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment; |
7. |
Jitlob li r-rendiment tal-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti tal-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta' ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta' kull aġenzija; |
8. |
Jargumenta li fil-każ ta' aġenziji li qegħdin kontinwament jikkalkulaw il-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom aktar milli huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skont il-postijiet vakanti; huwa tal-fehma li eventwalment dan għandu jwassal għal dħul inqas allokat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi; |
9. |
Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti tal-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista' jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta' diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-bidliet neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex jinħoloq abbozz ta' regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi għalkollox; |
10. |
Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, biex jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta' assorbiment u implimentazzjoni tal-aġenzija msemmija; |
11. |
Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull aġenzija li teżisti; f'każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, tal-inqas, 5 minn dan it-tip ta' evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika; |
12. |
Huwa tal-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-regolament finanzjarju tal-qafas tal-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi; |
Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ
13. |
Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mid-direttur tal-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn a) il-preżentazzjoni tax-xogħol tal-aġenzija lill-pubbliku u b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja; |
14. |
Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta' attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti; |
15. |
Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2005 (6), jistieden lid-Diretturi tal-Aġenziji sabiex minn issa 'l quddiem ir-rapport tal-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni; |
16. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skont dak li ntqal hawn fuq; |
17. |
Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem mal-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn
|
Sejbiet ġenerali mill-Qorti tal-Awdituri
18. |
Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29 (7) li l-iżburżar ta' sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta' flus kontanti tal-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta' kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta' sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' flus kontanti reali tagħhom; |
19. |
Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31); |
20. |
Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li jitqiesu minn uħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta' assigurazzjoni tagħha fil-każ ta' tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: Cedefop, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni); |
Verifika interna
21. |
Ifakkar li f'konformità mal-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern tal-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit tal-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur ta' kull aġenzija; |
22. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport tal-Attivitajiet Annwali tal-Awditur Intern għall-2006 kif ġej: “L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu mogħti lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta' riżorsi ta' staff.” |
23. |
Madankollu, jinnota l-kumment tal-Awditur Intern fir-rapport tal-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi tal-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta' Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta' verifika interna fuq bażi annwali; |
24. |
Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta' aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta' intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi tal-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta' dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin; |
25. |
Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta' verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir; |
26. |
Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta mal-aġenziji iżgħar, ta' proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta' Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta' verifika interna, mis-settur privat; |
Evalwazzjoni tal-aġenziji
27. |
Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (8) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta' Lulju 2007 li titlob i) lista ta' aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u ii) lista ta' aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma' sommarju tar-riżultati prinċipali; |
Proċeduri dixxiplinari
28. |
Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta' grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta dixxiplina bejn l-aġenziji; |
Abbozz ta' ftehim interistituzzjonali
29. |
Ifakkar l-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005) 59), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar tal-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta' sintesi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007) 274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni; |
30. |
Għaldaqstant, jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni tal-aġenziji regolatorji matul l-2008; |
Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom
31. |
Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:
|
Punti speċifiċi
32. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija għall-2006 kienu affidabbli fl-aspetti materjali kollha; |
33. |
Jiddispjaċih madankollu għall-fatt li l-użu ta' kuntratti skaduti u ta' estensjonjiet irregolari għal kuntratti eżistenti jfisser li ma jistax jiġi mistqarr li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari; |
34. |
Jinnota li l-Aġenzija kellha EUR 14.4 miljuni f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 14.4 miljuni f'approprjazzjonijiet ta' ħlas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006; |
35. |
Jinnota li l-Kummissjoni sabet li fl-ewwel sena ta' awtonomija finanzjarja l-Aġenzija implimentat 72 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tagħha, iżda li l-livelli ta' trasferimenti għan-nefqa amministrattiva (Titolu II) u għan-nefqa operattiva (Titolu III) kienu 37.5 % u 85 % rispettivament; |
36. |
Huwa mħasseb li s-sistema ta' kontroll intern kienet dgħajfa għaliex is-sottodelegazzjonijiet ma ngħatawx skont ir-regoli; kien hemm inkonsistenzi bejn deċiżjonijiet ta' delegazzjoni u drittijiet ta' aċċess għas-sistema ta' mmaniġġjar baġitarju SI2; jinnota li l-Qorti sabet li l-Aġenzija ma adottatx regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tagħha; |
37. |
Jirrikonoxxi, madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija li matul l-2006 l-attivitajiet programmati ma kinux implimentati għalkollox peress li l-Aġenzija kienet għadha fil-fażi tal-bidu tagħha, u li fl-2007 l-Aġenzija se tagħmel analiżi dettaljata tal-ipprogrammar tal-attivitajiet tagħha, tar-riżorsi meħtieġa u tal-baġit li se jkun allokat, flimkien ma' pjan għal sejħiet għal offerti; |
38. |
Jinnota, mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Aġenzija, li l-bord amministrattiv ta opinjoni pożittiva dwar il-kontijiet tal-Aġenzija tal-2006; |
39. |
Jinnota, mir-rapport annwali tal-Aġenzija għall-2006, li d-direttur eżekuttiv, fil-kariga tiegħu bħala uffiċjal li jawtorizza, ta dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni bla riżerva; |
40. |
Jinnota, mir-Rapport annwali tal-Aġenzija, li wara missjoni ta' verifika mill-IAS, l-Aġenzija adottat pjan ta' azzjoni bil-għan li sal-bidu tal-2008 jiġu implimentati l-24 standard ta' kontroll intern; |
41. |
Jinnota d-diffikultajiet tal-Aġenzija biex timpjega staff tekniku fil-livell xieraq ta' kompetenza minħabba l-livelli tas-salarji, is-sede tal-Aġenzija u t-tul limitat ta' żmien tal-kuntratti li tista' toffri; jirrikonoxxi li, b'mod ġenerali, il-livell baxx ta' reklutaġġ kien il-fattur ewlieni li naqqas l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija; |
42. |
Jirrikonoxxi l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija dwar il-fatt li issa impjegat uffiċjal għall-akkwisti u awditur intern biex ittejjeb il-proċedura tal-akkwisti. |
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 54.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 67.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(7) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(8) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(9) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(10) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).