This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021AT40299(01)
Final Report of the Hearing Officer (Pursuant to Articles 16 and 17 of Decision 2011/695/EU of the President of the European Commission of 13 October 2011 on the function and terms of reference of the hearing officer in certain competition proceedings (OJ L 275, 20.10.2011, p. 29).) Case AT.40299 – Closure Systems (Text with EEA relevance) 2021/C 40/05
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).) Il-Każ AT.40299 — Sistemi ta’ Għeluq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 40/05
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).) Il-Każ AT.40299 — Sistemi ta’ Għeluq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 40/05
C/2020/6486
ĠU C 40, 5.2.2021, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 40/5 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Il-Każ AT.40299 — Sistemi ta’ Għeluq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 40/05)
L-abbozz ta’ deċiżjoni, indirizzat lil Magna (2), Brose (3) u Kiekert (4) (kollettivament “il-Partijiet”), jikkonċerna żewġ episodji ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) li jkopri t-territorji taż-ŻEE.
Iż-żewġ episodji ta’ ksur huma deskritti bħala ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li permezz tagħhom il-parteċipanti kkoordinaw l-imġiba tal-ipprezzar tagħhom u skambjaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva sabiex titnaqqas l-inċertezza kompetittiva għall-bejgħ ta’ moduli tal-bibien u regolaturi tat-twieqi (l-ewwel ksur) u ta’ serraturi u ħabbata (it-tieni ksur) lil ċerti manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri fiż-ŻEE (5). L-abbozz ta’ deċiżjoni jikkostata li Magna pparteċipat fiż-żewġ episodji ta’ ksur, filwaqt li Brose pparteċipat biss fl-ewwel ksur u Kiekert biss fit-tieni ksur.
Fid-9 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni bdiet proċeduri skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004 (6)kontra l-Partijiet.
Wara d-diskussjonijiet għar-riżolviment (7)u s-sottomissjonijiet għar-riżolviment (8)f’konformità mal-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet (“id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet”) indirizzata lill-partijiet fit-30 ta’ Ġunju 2020.
Fir-risposti rispettivi tagħhom għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, il-Partijiet ikkonfermaw, f’konformità mal-Artikolu 10a(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 li d-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet irriflettiet il-kontenut tas-sottomissjonijiet dwar ir-riżolviment tagħhom u li għalhekk baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ konċiljazzjoni.
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz ta’ deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li l-Partijiet ingħataw l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom dwarhom. Ikkonkludejt li dan seħħ.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-Partijiet ma indirizzawli l-ebda talba jew ilment (9), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-Partijiet fil-proċedimenti ta’ dan il-każ ġie rrispettat.
Brussell, l-24 ta’ Settembru 2020.
Wouter WILS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).
(2) Magna International Inc., Magna Closures S.p.A., Magna Mirrors Holding GmbH u MAGNA International Europe GmbH (li flimkien jissejħu “Magna”).
(3) Brose Beteiligungs-Kommanditgesellschaft, Coburg, Brose Beteiligungs-Kommanditgesellschaft II, Coburg, Brose Fahrzeugteile SE & Co. Kommanditgesellschaft, Bamberg (qabel imsejħa Brose Fahrzeugteile GmbH & Co. Kommanditgesellschaft, Bamberg), Brose Fahrzeugteile SE & Co. Kommanditgesellschaft, Coburg (qabel imsejħa Brose Fahrzeugteile GmbH & Co. Kommanditgesellschaft, Coburg) u Brose Verwaltung SE, Coburg (qabel imsejħa Brose Verwaltungsgesellschaft mbH, Coburg) (flimkien imsejħa “Brose”).
(4) Kiekert AG (“Kiekert”).
(5) L-ewwel ksur seħħ mill-12 ta’ Awwissu 2010 sat-21 ta’ Frar 2011; it-tieni ksur seħħ mill-15 ta’ Ġunju 2009 sas-7 ta’ Mejju 2012.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).
(7) Il-laqgħat għar-riżolviment saru bejn l-10 ta’ Settembru 2019 u s-26 ta’ Marzu 2020.
(8) Il-Partijiet ippreżentaw it-talbiet formali tagħhom għal riżolviment bejn is-7 u s-17 ta’ April 2020.
(9) Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet fil-proċedimenti f’każijiet ta’ kartelli li jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet għar-riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura għar-riżolviment jistgħu jitolbu mill-uffiċjal tas-seduta li l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom ikun żgurat. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta' riżolviment f'konsiderazzjoni tal-adozzjoni ta' Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għall-każijiet ta' kartell (ĠU C 167, 2,7.2008, p. 1).