This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0166
Case T-166/20: Action brought on 3 April 2020 — JD v EIB
Kawża T-166/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2020 – JD vs BEI
Kawża T-166/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2020 – JD vs BEI
ĠU C 201, 15.6.2020, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/34 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2020 – JD vs BEI
(Kawża T-166/20)
(2020/C 201/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: JD (rappreżentant: H. Hansen, avukat)
Konvenut: BEI
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannula d-deċiżjoni (i) li tirrikjedi li r-rikorrent jiffirma addendum għall-kuntratt tax-xogħol tiegħu b’tali mod li jirrinunzja għal ċerti drittijiet tas-sigurtà soċjali u (ii) li r-rikorrent ma jitħalliex jidħol fis-servizz tal-BEI sakemm ma jiffirmax l-imsemmi addendum; |
— |
tordna lill-konvenut jirtira l-ittra li tipproponi l-imsemmi addendum u t-talba assoċjata li r-rikorrent jiffirma l-addendum inkwistjoni bħala kundizzjon minn qabel għad-dħul fis-servizz; |
— |
tordna li l-konvenut jħalli lir-rikorrent jidħol fis-servizz tal-BEI b’remunerazzjoni u benefiċċji retroattivi b’effett mid-data ta’ dħul fis-servizz stabbilita fil-kuntratt; |
— |
tordna li l-ispejjeż kollha jiġu sostnuti mill-konvenut; u |
— |
tirriżerva d-drittijiet kollha tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni li ma hemmx bażi legali għall-esklużjoni mill-kopertura mfittxija mill-BEI.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni li ma hemmx bażi legali għar-rekwiżit li jiġi ffirmat l-addendum.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni u b’mod partikolari ksur tal-Artikoli 21(1) u 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
|
(1) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39)