EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0074

Kawża T-74/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)

ĠU C 112, 25.3.2019, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)

(Kawża T-74/19)

(2019/C 112/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DK Company A/S (rappreżentanti: S. Hansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hunter Boot Limited (Edinburgh, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “DENIM HUNTER”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 649 891

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 849/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks.


Top