Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex
Dokument 62019CN0018
Case C-18/19: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 11 January 2019 — WM v City of Frankfurt am Main
Kawża C-18/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2019 – WM vs Stadt Frankfurt am Main
Kawża C-18/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2019 – WM vs Stadt Frankfurt am Main
ĠU C 112, 25.3.2019, s. 27—28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2019 – WM vs Stadt Frankfurt am Main
(Kawża C-18/19)
(2019/C 112/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: WM
Parti oħra fil-proċedura: Stadt Frankfurt am Main
Domanda preliminari
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li d-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija tista’ ssir f’faċilità korrettiva ordinarja jekk il-barrani jkun ta’ perikolu serju għall-integrità fiżika u l-ħajja ta’ terzi jew għal interessi legali importanti ta’ sigurtà interna, u d-detenut għall-finijiet tat-tneħħija jkollu, anki f’dan il-każ, jinżamm separatament mill-priġunieri ordinarji?