This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015AP0434
European Parliament legislative resolution of 15 December 2015 on the draft Council implementing decision approving the conclusion by Eurojust of the Memorandum of Understanding between the Office for Harmonisation in the Internal Market and Eurojust (11595/2015 — C8-0303/2015 — 2015/0811(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-Eurojust (11595/2015 – C8-0303/2015 – 2015/0811(CNS))

ĠU C 399, 24.11.2017, p. 219–219
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/219 |
P8_TA(2015)0434
Memorandum ta' Qbil bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-Eurojust *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u l-Eurojust (11595/2015 – C8-0303/2015 – 2015/0811(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2017/C 399/39)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (11595/2015), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0303/2015), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2015 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0353/2015), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(2) Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' April 2015 fil-Kawżi Magħquda C-317/13 u C-679/13, Parlament vs Kunsill, ECLI:EU:C:2015:223, u fil-Kawża C-540/13, Parlament vs Kunsill, ECLI:EU:C:2015:224.