This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2016/012/03
Prior notification of a concentration (Case M.7866 — Activision Blizzard/King) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7866 — Activision Blizzard/King) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7866 — Activision Blizzard/King) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 12, 15.1.2016, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 12/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7866 — Activision Blizzard/King)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 12/03)
1. |
Fit-8 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) minn Activision Blizzard Inc. (“Activision Blizzard”, l-Istati Uniti tal-Amerika) biex takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) il-kontroll uniku ta’ King Digital Entertainment plc (“King”, l-Irlanda) permezz ta’ xiri ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Activision Blizzard: l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ divertiment interattiv, fosthom logħob tal-kompjuters u tal-console, — għal King: l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta’ logħob tat-telefown ċellulari. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibgħatulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7866 — Activision Blizzard/King, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).