This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XG0915(03)
Notice from the Government of the Republic of Poland concerning Directive 94/22/EC of the European Parliament and of the Council on the conditions for granting and using authorisations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons in the ‘Zakrzewo’ area
Notifika mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta’ “Zakrzewo”
Notifika mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta’ “Zakrzewo”
ĠU C 303, 15.9.2015, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/4 |
Notifika mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta’ “Zakrzewo”
(2015/C 303/04)
Il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar jew l-esplorazzjoni tad-depożitu naturali tal-gass “Zakrzewo” fil-provinċja ta’ Wielkopolskie:
Isem |
Nru tal-Blokka |
Sistema ta’ koordinati tal-1992 |
|
X |
Y |
||
Zakrzewo |
parti mill-blokka ta’ konċessjoni Nru 266 |
424 724,18 |
353 344,85 |
425 538,75 |
353 401,38 |
||
426 332,07 |
353 465,92 |
||
426 674,24 |
353 485,66 |
||
426 630,43 |
353 919,68 |
||
426 593,55 |
354 168,91 |
||
426 510,03 |
354 492,49 |
||
426 397,50 |
354 772,59 |
||
426 272,63 |
354 988,00 |
||
426 143,64 |
355 132,03 |
||
426 017,58 |
355 238,30 |
||
425 808,12 |
355 332,77 |
||
425 605,18 |
355 350,77 |
||
425 378,95 |
355 329,30 |
||
425 118,69 |
355 222,88 |
||
424 536,28 |
354 819,71 |
||
423 909,40 |
354 276,98 |
||
423 525,08 |
353 823,41 |
||
423 065,92 |
353 212,85 |
L-applikazzjonijiet għandhom ikopru l-istess żona.
L-applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux aktar tard min-nofsinhar (12:00) ĦEĊ (Ħin tal-Ewropa Ċentrali)/ĦSEĊ (Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 90 jum li jibda l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu valutati abbażi ta’ dawn il-kriterji:
(a) |
it-teknoloġija proposta (40 %); |
(b) |
il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %) |
(c) |
il-miżata proposta għall-istabbilament tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri (10 %) |
Il-miżata minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta’ “Zakrzewo” hija:
1. |
għall-ipprospettar tad-depożiti tal-gass naturali: — tul perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 10 000,00 fis-sena, — għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena, — għas-sitt sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena, |
2. |
għall-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali: — tul perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 20 000,00 fis-sena; — għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena; — għas-sitt sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena; |
3. |
għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali: — tul perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 30 000,00 fis-sena; — għas-sitt, is-seba’ u t-tmin sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena; — għad-disa’ sena u s-snin ta’ wara ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena; |
Il-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ applikazzjoni se tkun lesta fi żmien sitt xhur wara li tiskadi d-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika bil-miktub tar-riżultati tal-proċedura.
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu bil-Pollakk.
L-awtorità li toħroġ il-liċenzji se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u l-gass naturali lill-applikant li jintgħażel wara li tkun qieset l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri miegħu.
Biex tkun tista’ tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet li jinvolvu l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet għall-użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħu lil:
Ministerstwo Środowiska |
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych |
Wawelska 52/54 |
00-922 Warszava |
POLSKA |
Għal aktar tagħrif:
— |
is-sit tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl |
— |
|