Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0033

    Kawża T-33/15: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (BIMBO)

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/37


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (BIMBO)

    (Kawża T-33/15)

    (2015/C 089/45)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja verbali “BIMBO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 616 414

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 251/2014-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi sussegwentement tagħti deċiżjoni li tiddikjara l-karattru distintiv suffiċjenti, li huwa diġà intrinsiku jew miksub permezz tal-użu, tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, billi tilqa’ dan ir-rikors u tistabbilixxi li jseħħ id-dħul fir-reġistru tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 616 414 “BIMBO” fil-klassi 30 tal-klassifikazzjoni internazzjonali; u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għar-rimbors tat-taxxi tal-appell imħallsa lill-UASI.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top