Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0348

Kawża T-348/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Settembru 2014 – Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja — Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ anullament — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

ĠU C 388, 3.11.2014, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2014 – Kadhaf Al Dam vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/13) (1)

((Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ anullament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali))

2014/C 388/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ahmed Mohammed Kadhaf Al Dam (Il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentant: H. de Charette, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 53), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 111, p. 50), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 183, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137 (ĠU L 183, p. 52), inkwantu dawn l-attivitajiet jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/182/PESK, tat-22 ta’ April 2013, u tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huma annullati inkwantu jżommu isem Ahmed Mohammed Kadhaf Al Dam fil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011, huwa annullat inkwantu jżomm isem Kadhaf Al Dam fil-lista li tinsab fl-Annessi III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/182, tad-Deċiżjoni 2014/380 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 689/2014 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Kadhaf Al Dam sal-iskadenza tat-terminu ta’ appell minn din is-sentenza jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Kadhaf Al Dam huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba tiegħu għal kumpens.

6)

Il-Kunsill huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn Kadhaf Al Dam u l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba għall-annullament.


(1)  ĠU C 298, 12.10.2013.


Top