Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0396

    Kawża C-396/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Klagenævnet for Udbud (id-Danimarka) fl- 20 ta’ Awwissu 2014 – MT Højegaard A/S u Züblin A/S vs Banedanmark

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Klagenævnet for Udbud (id-Danimarka) fl-20 ta’ Awwissu 2014 – MT Højegaard A/S u Züblin A/S vs Banedanmark

    (Kawża C-396/14)

    2014/C 388/06

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Klagenævnet for Udbud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: MT Højegaard A/S u Züblin A/S

    Konvenut: Banedanmark

    Domanda preliminari

    1)

    Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE (1), moqri flimkien mal-Artikolu 51 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jipprekludi li entità kontraenti tagħti kuntratt lil offerent li ma jkunx ippreżentata l-kandidatura tiegħu għall-preselezzjoni u għaldaqstant ma ġiex preselezzjonat?


    (1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)


    Top