This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0697
Case T-697/13: Action brought on 27 December 2013 — Kinnarps v OHIM (MAKING LIFE BETTER AT WORK)
Kawża T-697/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Diċembru 2013 — Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)
Kawża T-697/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Diċembru 2013 — Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)
ĠU C 93, 29.3.2014, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/25 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Kinnarps vs UASI (MAKING LIFE BETTER AT WORK)
(Kawża T-697/13)
2014/C 93/44
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Kinnarps AB (Falköping, l-Isvezja) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Ottubru 2013, mogħtija fil-Każ R 2272/2012-2; |
— |
tiddikjara li t-trade mark tar-rikorrenti, MAKING LIFE BETTER AT WORK, f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi inkwistjoni fil-kawża, għandha karattru distintiv suffiċjenti sabiex tiġi rreġistrata bħala trade mark Komunitarja; |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MAKING LIFE BETTER AT WORK”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20, 35 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 887 982.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċhud.
Raġunijiet invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.